|
  
Merħba f’dan is-sit elettroniku dwar il-kult marbut mal-passjoni u l-mewt tal-Mulej fil-Belt Valletta.
It-tradizzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt huma qodma ħafna u primarjament lkoll jiżvolġu madwar il-Knisja tal-Franġiskani Minuri - msejjħa Ta’ Ġieżu - li tinsab fuq ix-xaqliba ta’ l-Għolja Xiberras li tħares lejn il-Port il-Kbir.
F’dan is-sit wieħed jista’ jsib informazzjoni vasta dwar il-kult tal-passjoni fil-Belt Kapitali, mhux biss il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, iżda anke dwar l-Arċikonfraternità li tieħu ħsiebha kif ukoll dwar il-Kurċifiss Mirakoluż meqjum f’din il-Knisja, xogħol li kien riċerkat b’reqqa minn Patri Ġorġ Aquilina OFM.
J’Alla dan is-sit ikun għodda siewja biex jikber l-apprezzament kulturali lejn it-tradizzjonijiet tal-Maltin, kif żviluppat fost l-oħrajn il-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt, u jservi wkoll biex jitkattar il-valur spiritwali marbut ma’ din l-akbar ġrajja.
Grazzi

|