Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes
A.D. 1986
L-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes twaqqfet ufficjalment fi Frar tal-1986 bil-ghan ewlieni li tghaqqad flimkien lil dawk kollha li japprezzaw l-Arti Sagra u li huma dilettanti tal-Mudelli tal-Knejjes. Fi kliem iehor, l-Ghaqda tigbor fiha lil dawk kollha li jinteressahom il-Folklor Religjuz ta’ Pajjizna.
Darba fix-xahar, tigi organizzata laqgha ghall-membri fil-Lokal tal-Ghaqda li jinsab gewwa l-Belt Valletta. Tul dawn il-laqghat jinghata taghrif dwar l-opri artistici li nsibu fil-Knejjes Maltin u Ghawdxin kif ukoll jinghataw lectures dwar kif wiehed jista’ jsebbah il-Mudell tal-Knisja tieghu. Ta’ min isemmi li fost il-mistidnin li kellna, insibu lil Guido Lanfranco, Charles Coleiro u ohrajn.
Il-fuljett ‘Il-Knisja Tieghi’ li johrog kull xahrejn huwa mezz iehor ta’ komunikazzjoni bejn l-Ghaqda taghna u l-membri. F’dan il-fuljett edukattiv, wiehed jista’ jsib diversi artikli interssanti miktuba mill-membri tal-istess Ghaqda, dettalji dwar avvenimenti li jkunu ser isehhu, u iktar.
Bla dubju ta’ xejn, il-Wirja annwali hija l-aktar attivita’ importanti li torganizza l-Ghaqda. Din issir fis-Sala San Frangisk gewwa l-Belt Valletta u tigbed lejha ghadd kbir ta’ nies. Kull membru jinghata spazju sabiex jesebixxi xi oggett li jkun ghadu kif hadem hu jew anke xtara. L-oggetti li jigu esebiti ta’ kull sena f’din il-Wirja jinkludu Vari tal-Gimgha l-Kbira, Statwi Titulari, Paramenti Sagri, Artali, Mudelli ta’ Knejjes u ohrajn.
Fl-ahharnett ta’ min wiehed jappella lil dawk id-dilettanti li ghadhom m’humiex membri sabiex jidhlu fl-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes u b’hekk isahhu l-appogg kontinwu li l-Ghaqda taghna dejjem sabet mill-membri attivi taghha. Min jixtieq aktar informazzjoni dwar kif jista’ jissieheb fl-Ghaqda ghandu jibghat lis-Segretaru f’dan l-indirizz:
37, Triq il-Lvant, Valletta VLT 06

Il-Pijunieri tal-Ghaqda Dilettanti Mudleli ta' Knejjes A.D. 1986
Mix-xellug ghal-lemin
Guido Lanfranco, Paul Piscopo, Raphael Micallef, Tony Terribile, George Guzman