KUMMISSJONI FESTA ESTERNA 16 TA' LULJU FGURA A.D.1993

14, Mahzen ta' l-Armar Festa Madonna tal-Karmnu, Triq il-Karmelitani Fgura

Prokuraturi u Chairman tal-Kummissjoni

Prokuraturi tal-festa mill-1967 b'forma ta' kumitat responsabli ghal-festa esterna:-

  • 1967- 1971    P. Innoċenz Zerafa O.Carm.
  • 1971- 1972    P. Damian Cachia O.Carm.
  • 1972- 1973    P. Maurizju Mizzi O.Carm.
  • 1973- 1988    P. Mario Enriquez O.Carm.
  • 1988- 1989    Bro. Michael Chetcuti O.Carm.
  • 1989- 1991    Bro. Michael Rapinett O.Carm.
  • 1991- 1992    P. Adrian Cassar Pulis O.Carm.

Prokuraturi tal-festa u Chairman mit-twaqqif tal-Kummissjoni 1993 sal-llum:-

                  

  • 1993- 1997         P. Adrian Cassar Pulis O.Carm.

                    

  • 1997- 2006       P. Joe Saliba O.Carm.

                  

  • 2006-               P. Renald Lofreda O.Carm

L-Istorja tal-Kummissjoni Festa Esterna sa mit-twaqqif taghha

  •  L-Festa fil-bidu taghha:

Il-Fgura huwa rahal fin-nofsinhar ta' Malta mdawwar bi bliet u rhula li isimhom jispikka sew fl-istorja ta' pajjizna. L-inhawi maghrufa tal-Fgura; hadu isimhom minn Figura tal-Madonna tal-Karmnu li matul is-seklu 18 kienet tezisti go nicca fl-inhawi fejn illum insibu Triq Karmnu.  Izda l-iktar zmien importanti huwa dak ta wara t-tieni gwerra dinjija meta fl-1945 l-Provincja Karmelitana f' Malta ghazlet l-inhawi tal-Fgura bhala post li fih tibda hidma pastorali. Il-festa fir-rahal taghna hija wahda relattivament gdida u zgur li fl-ahhar snin ghamlet progress u ziedet il-popolarita taghha.  L-interess zdied ukoll fit-toroq taghna fejn hafna residenti specjalment fl-inhawi ta' Triq Mater Boni Consigli hadu l-inizjattiva biex jarmaw it-toroq taghhom.


  • L-Ewwel Kumitat tal-festa:

Izda ghal habta tas-sena 1967 twaqqaf l-ewwel kumitat tal-festa f isem il-parrocca.  Kienet fuq l-inizjattiva ta' P. Innocenz Zerafa O.Carm. li twaqqaf dan il-kumitat. Min dak in-nhar il-parrocca bdiet tiehu hsieb tarma u tixghel l-inhawi tal-knisja u t-triq principali. Kienet ukoll tahseb ghal-banda il-hadd filghaxija u in-nar ta` l-art u l-ajru.

        

                 L-Ewwel Kumitat tal-festa (1969-1970)


  • Il-bidu tal-Kummissjoni Festa Esterna:

Izda kienet fis-sena 1992 li l-parrocca kienet hasset il-htiega li twaqqaf Kummissjoni biex tiehu hsieb tarma u torganizza il-festa tal-padruna taghna Omm u Gmiel tal- Karmelu. Fis-sena 1992 Fr.Adrian Cassar Pulis O.Carm gie maghzul biex ikun il-prokuratur tal-festa u mill-ewwel hass il-htiega li jwaqqaf Kummissjoni li tigbor l-armar tat-toroq go mahzen wiehed, li zzid id-dawl fit-toroq, li tibdel armar antik f' iehor attraenti u modern, li zzid in-nar b' moderazzjoni fil-festa  kif ukoll li taqla baned fil-jiem tal-festa. Illum 15-il sena wara l-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju ghadha tiffunzjona bil-kbir u dak li ghalih twaqqfet ghadha taghmlu b' impenn kbir u b' responasabilita lejn il-poplu tal-Fgura.


  • It-twaqqif tal-Kummissjoni Festa Esterna:

Il-holma sehhet fir-realta nhar il-5 ta' Marzu 1993 meta fuq approvazzjoni tal-mibki Pirjol P.Killian Azzopardi O.Carm, il-grupp il-gdid tal-festa twaqqaf taht l-isem Kummissjoni Festa Esterna bic-chairman ikun il-habbrieki Fr.Adrian Cassar O.carm  L-ewwel membri tal-Kummissjoni Festa Esterna kienu: Fr Adrian Cassar Chairman, Raymond Bezzina Segretarju, Alfred Monreal Kaxxier, David Mangion Assistent Chairman, Ronald Mercieca assistent  Segretarju u Anton Mangion Assistant Kaxxier. Ma dawn jizdiedu n-numru kbir ta' zghazagh li b'entuzjazmu kbir laqu bil-ferh it-twaqqif tal-Kummissjoni l-gdida.


  • Is-Sede tal-Kummissjoni:
F' dawn iz-zminijiet kienet ukoll inhasset il-htiega li jkollha post fejn isiru il-laqghat u jinzamm l-armar tal-festa. Ftit taz-zmien wara l-kummissjoni akwistat is-sede tieghu; l-mahzen fi Triq Karmelitani fejn setgha jinzamm l-armar tal-festa.

     

      Il-mahzen ta' l-armar fi 14 Triq Karmelitani


  • L-Ghan ewlieni:

Il-Kummissjoni tiltaqa` regolarment kull xahar u taghmel bosta attivitajiet biex tigbor il-fondi mehtiega biex issir il-festa, issir restawr ta` armar ezistenti u jigi ppjanat armar gdid li jbiddel armar qadim jew jimla` ahjar fejn l- armar ma jkunx komplut. Il- Kummissjoni hija komposta minn 15- il persuna, principalment zghazagh, li jingabru flimkien mal-Prokuratur tal-Festa.

Fil-laqgha l-Kummissjoni tiddiskuti kemm dwar il-htigijiet li jkun hemm bzonn fl-armar u kemm fuq kif ser jingabru l-fondi mehtiega kemm biex issir festa u kemm biex isir restawr ta` armar jew pjanijiet ohra.

L-ghan tal-Kummissjoni Festa Esterna fil-Fgura kien dejjem dak li tiehu hsieb parti kbira mill-festa esterna gewwa l-Fgura..

Fis-snin sebghin u tmenin fil-Fgura zdied l-armar fit toroq u dan sar bl-inizjattiva ta hafna dilettanti li b'entuzjazmu  zejnu kemm setghu l-inhawi taghhom. Jispikka l-Grupp Armar Triq Mater Boni Consigli li zgur ghamel dak kollhu possibli biex fit-toroq taghhom tinholoq atmosfera sabiha festiva. Issa bit-twaqqif tal-Kummissjoni hafna mill-armar ingabar fil-mahzen il-gdid ta' Triq il-Karmelitani u dan sar biex jinholoq aktar kordinament fost id-dilettanti. Il-htiega ta zieda fid-dawl fit-toroq kienet prijorita u ghalhekk inxtraw numru kbir ta' mains u nhaddmu numru kbir ta festuni. Aktar il-quddiem il-festuni zdiedu hafna u llum niftahru li z-zona armata bid dawl hija wahda kbira hafna u tkopri numru kbir ta' toroq. Ghall-din ir-raguni l-membri tal-Kummissjoni ma setghux jiehdu hsieb aktar l-armar tad-dawl u ghalhekk fis-sena 1998 gie kkummissjonat Kuntrattur biex jiehu hsieb jarma hu t-toroq bid-dawl. Naturalment hafna mil-materjal uzat huwa dak li snin qabel inhadem mill-Kummissjoni.

Id-drapp dekorattiv fit-toroq taghna kien wiehed skars u l-ftit li kien hawn kien semplici u jistona mal-progress ta bini gdid li beda tiela l-fgura. Il-htiega ghall-drapp gdid inhasset ferm u ghalhekk bdew jinbidlu l-pavaljuni u l-bandalori. Inbdew pavaljuni fit-Triq il-Karmelitani u Triq George Stevens (1993), bandalori ghall-pjazzez George Stevens u Reggie Miller (1994)  pavaljuni fti Triq Liedna (1997) pavaljuni fi Triq il-Kitba (1995) bandalori ghaz-zuntier (1996) u bandalori ghall-triq Hompesch (1994). B'hekk nistghu nghidu li l-bazi tal-armar fil-Fgura kien saret ghax  bdiet tigi mimlija z-zona tal-Purcissjoni. Fejn jidhol l-injam saret il-kolonna u l-istatwa ta San Elija li sebbhet il-wesgha ta' quddiem il-knisja kif ukoll il-progett grandjuz ta tmin trofej bil-bandalori(1995)  li zgur huma l-ghira ta hafna rhula u fost l-aktar armar prezzjuz tal-Kummissjoni. Kien bidu li zied l-eccitament  fost ir-residenti. Zdied il-gbir fit-toroq u hafna taw daqqa t'id fil-hjata.


  • Dilettanti ta' l-armar u Grupp Armar 16 ta' Lulju fi hdan il-Kummissjoni

L-armar fit-toroq beda jizdied gmielu u beda jinhass il-bzonn li l-Kummissjoni Festa Esterna torganizza grupp mill-membri taghha biex jiehdu hsieb direttament ix-xoghol ta' l-armar. Qabel il-festa tan-1997 sar Chairman il-Kappillan Fr.Joe Saliba li fis-snin li ghamel chairman tal-Kummissjoni hadem biex il-progetti mibdija jintemmu u l-hlas ta' materjal isir fil-hin.

Fis-sena 1998 inbeda x-xoghol fuq il-bandalori ta' Triq Zabbar u tkomplew it-trofej. Ghall-festa tan-1999 twaqqfu d-dilettanti ta' l-armar li aktar sar il-Grupp Armar 16 ta' Lulju. L-ewwel membri mmexxija mic-Chairman Mark Camilleri kienu  Keziah Ellul, Alfred Monreal, Charles Ellul, Jason Lombardo, Johnny Pantaleresco, Joe Zammit u Joe Bartolo. Kien gurpp li minn dik is-sena hadem bis-sahha fuq l-armar diga  mibdi  u ppjana kemm seta' fuq progetti godda. Fis-sena 2000 sar l-istandart tal-Kummissjoni Festa Esterna u li llum narawh jiftah il-Purcissjoni Solenni tal-Madonna tal-Karmnu f'nhar il-festa. F'din is-sena tal-Gublew inhadmet ukoll l-istatwa z-zghira tal-Madonna tal-Karmnu li ta kull sena tingarr mit-tfal u titella wkoll fuq il-kolonna taghha fuq iz-zuntier.

Fis-sena 2001 zdiedu numru kbir ta' zghazagh li bdew jahdmu iktar minn qatt qabel tul is-sena kollha. Kienu diga jghinu fl-armar tal-festa izda issa sabu posthom fil-Grupp Armar 16' ta Lulju bil-hsieb li l-quddiem ikunu huma li jiehdu r-riedni tal-Kummissjoni. Inbdiet l-iskultura tat-Trofej u dik taz-zokklaturi u  hafna minnha giet indurata miz-zghazagh stess. Fost il-membri li hadmu jispikkaw Lincoln Cowles, Ronald Cutajar, Mark Cristina, Keziah Ellul, Ryan Bezzina, Mark Zahra u Daniel Hili. Fis-sena 2002 inbeda l-progett il-kbir ta' bandalori fi Triq Hompesch. Dawn huma disinn ta' Renzo Gauci u tlestew fi zmien qasir ta tlett snin. Is-sena 2003 kienet l-10 sena tal-Kummissjoni Festa Esterna ghalhekk il-grupp armar bidel il-kolonna antika tal-Madonna tal-marc bix-xoghol fl-injam ikun ta' Mark Camilleri. Mill-festa 2003 ix-xoghol fl-armar beda jiehu hsiebu Anton Tanti. Il-kolonna ntghogbot hafna u llum narawa armata b'erba pilandri jikkumplimentawa. Is-sena 2004 kienet l-ahhar wahda ghall-grupp armar u dan ghalhiex il-membri tieghu kien hadu bizzejjed esperjenza biex mis-sena 2005 ikunu huma li jiffurmaw parti mill-Kummissjoni Festa Esterna. L-ahhar progett kien ir-restawr ta' l-Istatwa ta' Malta tal-Paci li bl-ghajnuna ta' Aaron Cammilleri Cauchi saret kollha kemm hi mill-membri.


  • L-Istandard tal-Kummissjoni Festa Esterna:

F`Gheluq il-5 snin mit-twaqqif tal-Kummissjoni giet imzanzna l-arma tal-Kummissjoni.  Ghall festa ta`1999, sar standard tal-Kummissjoni Festa Esterna u dan jingarr waqt il-purcissjoni ta' nhar il-festa.  Sal-llum il-gurnata dan l-istandard jiftah il-purcissjoni ta' Jum il-festa.

     

      L-istandard fil-purcissjoni


  • Armar tal-Briju u l-Kummissjoni Festa Esterna 2005

Il-mahzen ta' l-armar dejjem kien post centrali ghaz-zghazagh u fejn issib iz-zghazagh issib il-briju. Hafna miz-zghzazagh li kienu jiffurmaw parti mis-sezzjoni Zghazagh tal-Kazin tal-banda kienu jiffrekwentaw ukoll il-mahzen ta' l-armar u ghalhekk il-post intuza wkoll biex fih jinhadem iljun ghall-briju tal-marc (1995) kif ukoll intuza biex jinzammu l-bziezaq u xi bnadar ukoll. Fis-sena 1997 sar ukoll xi xoghol bil-bziezaq. Fis-sena 2001 u 2002 inharqu gassijiet fit-tlugh tal-Madonna fil-marc tal-gimgha kif ukoll li ntuzaw bziezaq minfuha bil- halogen. Izda f'gheluq l-10 snin tal-Kummissjoni Festa fis-sena 2003 il-membri tal-grupp armar hargu b'sorpriza li kienet kanun jispara l-karti u zewg bnadar bil-pittura. Is-success tal-kanun kien wiehed kbir u  qajjem hafna briju specjlament fost it-tfal, tant li rega ntuza fil-marc ta nhar il-festa bid-differenza li flokk karti gie sparat ilma!  Fis-sena 2004 giet imzanzna bandalora kbira u artistika disinn ta Albert Borda u li wkoll kienet ta success. Is-sena 2005 kienet sena li gabet maghha problemi fuq l-ghaqdiet li jorganizzaw il-festa fil-Fgura u minhabba nuqqas ta ftehim ghaddejna festa mimlija tensjoni u li  mmarkat b'mod neggattiv l-armonija li sa dak iz-zmien kienet tghaqqad id-dilettanti tal-festa fil-Fgura. Fejn jidhol armar, il-Kummissjoni zanznet 16-il bandiera gdida biex jigu armati gimgha qabel il-festa fi Triq Hompesch u fi spettaklu nhar lejliet il-festa kixfet l-aqwa opra tal-briju taghha imsemmija Meravilja lil-Ommna tal-Karmnu' xoghol ta' Jeremy Cachia u li xerqet ferm f'gheluq l-anniversarju ta' l-40 sena parrocca.


  • L-Prokuratur il-gdid Fr.Renald Lofreda u s-sena 2006

Is-sena 2005 kienet wahda ta dizgwit u li gabet maghha r-rizenja ta' hafna mill-membri. Grupp zghir immexxi minn Alfred Monreal, Jason Lombardo u Christian Brincat kompla jahdem u jigbor fondi biex kemm jista jkun il-festa 2006 issir bhas-soltu. Matul is-sena saru wkoll xi laqghat fil-Kurja ta' l-Arcisqof mal-Kancillier Mons.Carmelo Zammit  biex ikun jista' jerga jintlahaq ftehim bejn il-partijiet koncernati. Fil-Kapitlu Provincjali ta Mejju kellna bidla fil-prokuratur tal-festa fejn Fr.Joseph Saliba wara disa' snin bhala Chairman gie mibdul minn Fr.Renald Lofreda. L-energija zghazugha ta' Fr Renald spikkat  u kien hu protagonist ewlieni biex terga tinzamm l-ghaqda bejn l-partijiet kollha tal-festa, kif ukoll biex wara nuqqas ta seba' xhur jerga jgib lura  hafna miz-zghazagh li sa seba' xhur qabel kienu jghinu fil-festa. Il-festa 2006 kienet wahda ta' sodissfazjon ghax fiha rega beda jinhema mill-gdid l-entuzjazmu li kien naqas fis-sena ta' qabel.


  • Ir-ristrutturar tal-Mahzen fl-2006 u snin ghal 15 -il sena anniversarju

Il-htiega li jkollok mahzen spazjuz hija haga mportantissima ghax thallik trankwill biex tippjana progetti godda. Ghalhekk wara li Marco Degiovanni sar id-direttur tal-mahzen ippresenta l-ideat tieghu biex jintuzaw hafna mill-ispazju mohli u li jsiru raffijiet godda li fuqom jintrefa hafna mill-armar. Ix-xoghol kien iebes ghax wara l-festa l-aptit jonqos, imma b' hegga u determinazzjoni qattajna sajf shih nahdmu biex inwettqu l-hsiebijiet taghna. L-inawgurazzjoni saret nhar il-15 t' Ottubru 2006  fejn fost l-entuzjazmu tal-membri iccelebrajna dan il-mument.


Il-Kummissjoni ffurmata ghall-festa 2007 kienet tahlita ta membri antiki u ohrajn godda. L-ghan principali kien li jizdiedu n-nies kif ukoll li jkompli jizdied l-armar. F' dak li hu armar inbdew 5 settijiet ta' pavaljuni godda fi Triq San Tumas, Triq Valleran, Triq Martin Luther King, Triq Sant' Antnin u Triq Kampanella. Id-disinni huma ta' l-oghla kwalita u zgur li meta jkunu lesti kollha, mhux ser jaghmlu ghajb ghall-pavaljuni ohra mxerdin ma Gziritna. Fil-festa 2007 izzanznet ukoll liedna gdida fil-main road u li zgur ikkumplimentat tajjeb ma l-atmosfera sabiha li jkolna fit-triq principali tul il-jiem tal-festa. Il-festa 2007 kienet wahda ta sodissfazzjon ghax rega zdied il-gbir mit-toroq u rega zdied in-numru ta zghzazagh li jahdmu fil-mahzen tul is-sena kollha.


Is-sena 2008 tibqa imfakkra ghal 15 -il sena anniversarju tal-Kummissjoni u ghal din l-okkazzjoni fl-1 ta' Marzu 2008 inkixfet irhama kommemorattiva mal-mahzen ta' l-armar. Fil-festa ta l-istess sena zzanzan diversi armar gdid fosthom hija wahda mill-kollonni l-godda fi Pjazza Kunsill ta' l-Ewropa.

  • Baned Mistiedna

Il-baned huma essenzzjali fil-Gimgha tal-Festa u l-Kummissjoni tistieden zewg baned li ta' kull sena jakkumpanjaw il-purcissjoni solenni tal-Madonna tal-Karmnu f'Jum il-Festa. Ghall xi zmien hallset ukoll lill-banda tal-lokal biex idoqq fil-jiem tad-Tridu. Il-baned mistiedna tul dawn il-hmistax il sena :

  1. San Mikiel Zabbar (1993-2000)
  2. Is-socjeta Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga (1993)
  3. Is-socjeta Muzikali G.M De Paule (1994-1996)
  4. Banda Madonna tal-Karmnu Balluta (1995)
  5. Banda Imperial (1996-2009)
  6. Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta (2001-2009)

  • Nar fil-festa

Il-Fgura mhuwiex lokal rinomat ghall-loghob tan-nar izda l-Kummissjoni dejjem ghamlet li setghet, b'moderazzjoni, biex fil-lokal taghna jkolna hoss ta' festa. Kif jghidu, festa minghajr nar mhiex festa! Ghall xi zmien il-Kummissjoni kellha wkoll il-Grupp tan-nar imexxi mil-membri David Mangion u Adrian Figallo. Illum in-nar huma responsabli minnu Marco Degiovanni u Alex Zammit.



  • L-attivitajiet matul is-sena:

Il-Kummissjoni ma tiehux hsieb biss il-festa tal-lokal izda taghti s-sehem taghha wkoll f' attivitajiet socjali, kulturali u religuzi.  Fost dawn insemmu ic-celebrazzjonijiet tal-millenju, Notte bianca fil-belt, jum iz-zghazagh, funzjonijiet religjuzi tal-festa u festi ohra, is-sehem fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-quddies taz-zaghagh u f' anniversarji ohra mportanti. Permezz ta' dawn l-attivitajiet li torganizza l-Kummissjoni fil-parrocca gewwa l-Fgura tkompli issahhah l-identita' tar-rahal taghna, kif ukoll li tkompli taghmel il-parrocca aktar socjali u hajja tul is-sena kollha.

Biex torganizza l-festa, l-Kummissjoni tiehu hsieb ttella numru kbir t'attivitajiet li huma importanti ghad-dhul finanzjarju. Huma wkoll attiviatajiet li matul is-snin zammewna il-membri u helpers maghqudin fi spirtu ta' familja nahdmu ghal ghan wiehed is-sena kollha. 

Matul is-sena jsiru bosta attivitajiet fosthom Dinner Dance tal-Milied u Tqassim tar-rigali min Father Christmas, `Gozo by Night`, prejjem ta` kull gimgha, Tournaments tal-futbol, Bazaar tal-pjanti ghal Jum l-Omm, Wine and Pizza, Tombli, BBQs kbar fis-sajf, kif ukoll il-party ghat-tfal fi zmien il-karnival. Tiehu hsieb ukoll torganizza wirjiet matul is-sena, dik ta` l-Artigjanat/Wirja Sagra, kif ukoll l-wirja tal-Gimgha l-Kbira fil- Knisja l-Qadima. 

L-attivita principali hija l-FguraFest bis-sehem ta hafna talent Fguri kif ukoll numru kbir ta mistiedna specjali. Il-Fgurafest li hi okkazzjoni annwali, li tigi gimgha qabel il-festa, li in-nies tal-Fgura tigi bi hgara.  Fil- Fgurafest jispikka it-talent lokali b`ghadd ta` zeffiena u kantanti. Attivitajiet simili tal-Fgurafest huma l-Pasta Nights. Fis-sena 2005 organizzat wirja specjali fl-okkazzjoni ta' l-erbghin sena min mindu l-Fgura saret parrocca u sittin sena meta gew il-Karmelitani fil-Fgura.Fis-sena 2006 bdiet issir ukoll il-Lejla Sajfija f'Awissu fejn nistghu nghidu li din qed imfittxija hafna mir-residenti.   

Ringrazzjamnet xieraq imur lejn ir-residenti li jattendu ghall-dawn l-attivitajiet.

  

     Certifikati u plakkek kommemorattivi


  • Pubblikazzjonijiet:
Sa mit-twaqqif, il-Kummissjoni dejjem kellha ghal-qalba l-pubblikazzjonijiet li bihom twassal il-lehen taghha fid-djar. Il-Programm tal-festa, li fis-sena 2008 ghalaq is-sittax il-harga tieghu, beda b'forma ta fuljett zghir komemmorattiv u li llum narawh forma ta' ktieb attraenti mimli b'inoformazzjoni u mzewwaq b'numru kbir ta' ritratti. Bir-ragun huwa ktieb li  tul is-snin ghamel progress kbir. Apparti l-ktieb annwali tal-festa, l-Kummissjoni tippublika wkoll il-ktieb tal-Gimgha l-Kbira, l-Kalendarju u l-fuljett Mill-Mahzen ta' L-armar li jitqassam fid-djar kull tlett xhur. Fis-sena 2006 twaqqfet is-Sezzjoni Pubblikazzjonijiet li tahdem is-sena kollha fuq gbir ta' reklami u tiehu hsieb tigbor l-informazzjoni kollha possibli biex il-hargiet ikunu ta' success. Il-membri presenti huma Jason Lombardo, Christian Brincat, Kenneth Debono u Ryan Bezzina. Nirringrazzja wkoll lil ex-membri Alfred Monreal u Keziah Ellul li hadmu wkoll f'dan il-qasam tul dawn is-snin.. Ringrazzjament dovut lill-hwienet li minghajr ir-reklamar taghhom, il-Pubblikazzjonijiet taghna ma jkunux possibli u thegeg lil kulhadd sabiex jaghmel uzu mis-servizzi jew prodotti li jigu irreklamati.

   

                  Pubblikazzjonijiet


  • Ir-Responsabbiltajiet:

Ta` min isemmi li l-festa ta` barra huma responsabbilta` tal-Kummissjoni Festa Esterna.  Dawn jinkludu: L-armar tal-festa; Kuntrattur tad-dawl kif ukoll il-konsum; Permessi tal-pulizija; Insurance ta` l-armar; In-nar ta` l-art u ta` l-ajru; Il-festa tat-tfal,nhar it-Tnejn tal-festa u zewg baned mistiedna ghal filghaxija fil-Jum tal-Festa. Il-marc tal-gimgha jiddetermina l-andament tieghu il-prokuratur tal-festa.


  • Lejn festa popolari daqs irhula ohra:

Il-Kummissjoni tahdem is-sena kollha biex ittejjeb u tkabbar il-festa tal-Fgura.  Izda bis-sehem tal-Kummissjoni biss il-festa ma tkunx tista tikber billi jizdied armar gdid.  Nappellaw lil poplu kollu biex jaghti is-sehem tieghu fl-attivitajiet li jigu organizzati tul is-sena kollha.  Il-poplu tal-Fgura irrid jaghti is-sehem tieghu ukoll fil-gbir fid-djar. Il-gbir mid-djar jsir permezz tal-helpers u dawn jsiru fi Frar u Gunju rispettivament.  Flus migbura mid-djar ma humiex bizzejjed ma l-ispejjes biex jinxteghlu it-toroq ezistenti, ahseb u ara jizdiedu toroq ohra bil-fustuni. Uhud mill-individwi li joqghodu l-Fgura ma jaghmlux hilithom biex jaghtu l-kontribut finanzjarju taghhom ghal dan il-ghan.  Li kieku ma jkunux benefatturi differenti ma jkunx jista jizdied armar gdid.

    

Whud mit-t-shirts mahruga mill-Kummissjoni

 


  • Il-Partecipazzjoni taz-zaghazagh:

Fil-Kummissjoni Festa Esterna il-partecipazzjoni taz-zaghazagh fil-jiem tal-festa kull ma jmur qieghed jizdied. Ghal grazzja t` Alla l-ghajnuna kull sena tizdied b`ghadd sabieh ta' zaghazagh li jghinu fl-armar tal-festa. Din turi kemm tassew kull ma jmur iz-zaghazagh qed ikomplu jiehdu l-interess fil-festa tal-Fgura, li nistghu nghidu huma il-futur tal-festa.


  • Il-hidma tul is-sena kollha:

Bhalma wiehed jista` jara, l-Kummissjoni hija wahda impenjattiva tul is-sena kollha.  Hu ta' sodisfazzjon ghalina li naraw aktar entuzjazmu ghal festa.  B` hekk iz-zaghazagh fi hdan il-Kummissjoni Festa Esterna jkomplu jahdmu bis-shih biex ikompli jkollna festa kif jixraq lil padruna taghna.  Ta min jghid li l-festa mhix gimgha biss bil-marci, murtali, bnadar u armar. Il-festa hi is-sena kollha hsibijiet u mpenn ghal dawn iz-zaghazagh, li jahdmu is-sena kollha jippreparaw ghal festa, li tkun gejja min sena ghal sena.


  • Appell:

Dawk iz-zaghazagh u rgiel kollha li huma nteressati jissiehbu membri fi hdan il-kummissjoni huma milqugha b'idejna miftuha.  Napprezzaw hafna l-ghajnuna ta' kull individwu ghal gid tal-festa tal-padruna taghna u ghal parrucjani kollha.  Kull min hu nteressat li jaghmel parti mill-ghaqda taghna javicina l-prokuratur tal-festa jew ikellem xi membru il-mahzen ta l-armar.


  • Ringrazzjamenti:
  •  

    Il-Kummissjoni tirringrazzja lill-familji kollha ghall-ghajnuna u l-kontribuzzjonijiet. Ghalkemm ix-xewqa taghna tkun li kull familja taghti mqar 5ewro.  Dan ghaliex kieku kulhadd jaghti is-sehem tieghu jkollna festa ferm akbar. Grazzi wkoll lill-helpers, kemm irgiel u kemm nisa ghall-ghajnuna li jaghtu kemm fl-attivitajiet u fix-xoghol li l-kummissjoni li kellha matul is-snin.  Grazzi ghal l-akbar ghajnuna li jaghtu l-voluntiera u l-membri kollha hija matul il-gimgha tal-festa.  Fost dawn insemmu l-armar u l-organizzazjoni tal-festa.  Tirringrazzja wkoll lill-dawk kollha li ghal habta tal-11:00pm nhar il-festa jigu bi hgarhom biex bhas-snin l-imghoddija jirnexxilna inzarmaw kollox f'lejl wiehed.  Barra dan nirringrazzjaw lil dawk in-nies li l-ghada tal-festa ghal habta tad-9:00am l-quddiem jibda jintewa u jintrefa f postu d-drapp.


    help
          
         
         
    Copyright © 2002-2006 Webs

    Merħba

    Attivitajiet

    No upcoming events

    Ritratti Godda

     

    Filmati Ricenti

    Irregistra u tkun membru

     

    Ivvotta

    Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 2010

    Il-Hin fil-Fgura