Programm tal-Festi Solenni
F’gieh it-Tnissil bla Tebgha tal-Vergni Marija
L-Immakulata Kuncizzjoni
Iccelebrata fil-knisja ta’ San Frangisk ta’ Assisi
Tal-Belt Victoria, Ghawdex
28 ta’ Novembru-8 ta’ Dicembru 2009
PROGRAMM-FESTI TA’ GEWWA
Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2009
Bidu tan-Novena.
6.00pm: Ruzarju, kurunella u Barka Ewkaristika.
6.30pm: Quddiesa tan-Novena mill-W.R.Dun Renato Borg, segretarju tal-Isqof Emeritu Mons Nikol G.Gauchi bl-omelija dwar il-Madonna. Wara l-quddiesa, bews tar-Relikwa.
Il-Hadd 29 ta’ Novembru 2009
It-Tieni jum tan-Novena u
Jum il-hrug ta’ l-istatwa min-nicca
9.30am: Quddiesa ghall-Benefatturi hajjin u mejtin mill-Wisq Rev Patri Gorg Attard OFM Conv., Gwardjan u Rettur tal-knisja taghna.
Wara l-quddiesa, hrug min-nicca ta’ l-istatwa artistika ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni, kapulavur fl-injam mill-iskultur Bormliz, Salvatore Psaila. Ikanta l-Chorus Urbanus, taht id-direzzjoni tas-surmast John Galea.
4.30pm: Ruzarju, kurunella u Barka Ewkaristika.
5.30pm: Quddiesa tan-Novena mill-W.R.Dun Renato Borg bl-omelija dwar il-Madonna. Wara l-quddiesa, bews tar-Relikwa.
Mit-Tnejn sal-Gimgha
9.30am: Quddiesa ghall-anzjani minn Dun Manwel Spiteri, organizzata mic-Centru Anzjani u Morda fi hdan il-Miisteru ghal Ghawdex.
It-Tnejn 30 ta’ Novembru 2009
It-Tielet jum tan-Novena.
6.00pm: Ruzarju, kurunella u Barka Ewkaristika.
6.30pm: Quddiesa tan-Novena mill-W.R.Dun Renato Borg, segretarju tal-Isqof Emeritu Mons Nikol G.Gauchi bl-omelija dwar il-Madonna. Wara l-quddiesa, bews tar-Relikwa.
It-Tlieta, l-Erbgha u l-Hamis 1-3 ta’ Dicembru 2009
Ir-raba’, l-hames u s-sitt ijiem tan-Novena.
6.00pm: Ruzarju, kurunella u Barka Ewkaristika.
6.30pm: Quddiesa tan-Novena minn Dimech OFM Cap., Gwardjan u Rettur tal-Jnisja tal-Madonna tal-Grazzja, Victoria. Wara l-quddiesa, bews tar-Relikwa.
Il-Gimgha 4 ta’ Dicembru 2009
L-Ewwel jum tat-Tridu
6.00pm: Ruzarju
6.30pm: Quddiesa kantata, ccelebrata minn Mons. Guzeppi Cauchi, bl-omelija tat-Tridu mill-W.R. Patri Gorg Bugeja OFM. Wara, kurunella, kant tal-innu, antifona, Barka Ewkaristika u bews tar-relikwa.
Is-Sibt 5 ta’ Dicembru 2009
It-Tieni jum tat-Tridu
6.00pm: Ruzarju animat mill-membri tal-kumitat tal-festa ra’ l-Immakulata Kuncizzjoni.
6.30pm: Quddiesa kantata, ccelebrata minn Mons. Salv Tabone, bl-omelija tat-Tridu mill-W.R. Patri Gorg Bugeja OFM. Wara, kurunella, kant tal-innu, antifona, Barka Ewkaristika u bews tar-relikwa.
Il-Hadd 6 ta’ Dicembru 2009
It-Tielet jum tat-Tridu
4.30pm: Ruzarju animat mill-fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni (1663)
5.00pm: Quddiesa kantata, ccelebrata minn Mons. Giovanni B. Gauci, vigarju Generali tad-Djocesi t’Ghawdex bl-omelija tat-Tridu mill-W.R. Patri Gorg Bugeja OFM. Wara, kurunella, kant tal-innu, antifona, Barka Ewkaristika u bews tar-relikwa.
It-Tnejn 7 ta’ Dicembru 2009
Lejlet Jum l-Immakulata
7.30am: Koncelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Wisq Reverendu Gwardjan Patri Gorg Attard OFM Conv., bhala gheluq tan-novena u tat-Tridu. Fi tmiem din il-koncelebrazzjoni jitkanta t-Te Deum b’radd ta’ hajr lil Alla ghat-taghlim spiritwali li jgibulna dawn il-festi.
9.00am: Quddiesa ghat-tfal ta’ l-iskola primarja ta’ Triq Vajringa Victoria.
10.00am: Quddiesa ghall-istudenti ta’ l-iskola Primarja Laura Vicuna (Ghasri).
IL-VGILI TAS-SOLENNITA’
5.15pm: Traslazzjoni Solenni mill-Wisq Reverendu Ministru Provincjal Patri Samwel Chetcuti OFM Cov. Wara, Ghasar Solenni mill-istess Ministru Provincjal bil-kant polifoniku u Barka Ewkaristika. Ikanta l-kor Laudate Pueri.
6.30pm: Koncelebrazzjoni pontifikali mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof tad-djocesi ta’ Ghawdex. Ikanta l-kor Chorus Urbanus.
It-Tlieta 8 ta’ Dicembru 2009
IS-SOLENNITA TAT-TNISSIL BLA TEBGHA TAL-VERGNI MQADDSA MARIJA
-L-Immakulata Kuncizzjoni-
Il-quddies ikun fil-5.30am, 6.30am, 7.30am, 8.30am, 9.30am (pontifikal), 11.30am u 1.30pm.
9.30am: Koncelebrazzjoni solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta’ Ghawdex. Wara l-qari tal-vangelu, lR. Mons. Karm Refalo Arcipriet tax-Xaghra jinseg panengirku ta’ tifhir lil Alla ad unur l-Immakulata Kuncizzjoni. Ikanta l-kor Laudate Pueri.
3.00pm: Siegha adorazzjoni solenni mmexxija mill-Membri tal-Legion of Mary.
4.00pm: Quddiesa.
5.00pm: Ghasar Solenni ccelebrat minn Mons. Salvu Tabone Monsijur novell. Ikanat l-kor Laudate Pueri.
5.45pm: Tibda hierga l-purcissjoni bl-istatwa devota u artistika ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni. Jindaqq l-innu Lodate Maria, muzika tas-surmast G. Flamingo, mill-banda Dekana Cittadina La Stella (Belt Victoria), taht id-direzzjoni tas-surmast Joseph Vella, u bis-sehem tal-kor, tenur u baritonu.
6.00pm: Purcissjoni bl-istatwa ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni, bis-sehem tal-komunita Frangiskana Konventwali tal-Belt Victoria, u l-fratellanza ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni fi hdan l-istess komunita’. Imexxi l-purcissjoni Mons. Salvu Tabone. Ikanta l-kor Laudate Pueri. Il-Banda Cittadina La Stella takkumpanja l-purcissjoni bl-istatw ata’ Marija Immakulata, iz-zina Marjana tal-Belt Victoria u ta’ l-ordni Frangiskana. Mad-dhul ta’ l-istatwa lura fil-knisja, il-Patri Gwardjan Gorg Attard OFM Conv., jaghmel att ta’ konsagrazzjoni ta’ l-Ordni Frangiskana lill-Immakulata Kuncizzjoni, filwaqt li jindaqq l-innu ta’ l-antifona Hodie Egressa Est (1884), tal-Mons. Giuseppe Farrugia (“tal-Vers”), segwit mill-Barka Ewkaristika, l-bews tar-relikwa, u l-kant ta’ l-innu popolari ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni, Lejna Hares. B’hekk jigu fi tmiemhom ic-celebrazzjonijiet ad unur Marija Immakulata.
PROGRAMM-FESTI TA’ BARRA
Il-Gimgha 27 ta’ Novembru
8.00pm: Ikla tal-festa, organizzata mill-kumitat tal-festa ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni.
It-Tnejn 7 ta’ Dicembru 2009
Jum id-Dimostrazzjoni
8.00pm: Marc brijuz mill-Banda Cittadina La Stella (Belt Victoria) jakkumpanja l-istatwa ta’ –Immakulata Kuncizzjoni, mahduma fl-2002 ghall-festi ta’ barra minn Pawlu Aquilina, statwarju Ghawdxi. Il-marc jghaddi minn Triq Ghajn Qatet, Triq 8 ta’ Dicembru, Triq Enrico Mizzi, Triq San Duminku, Triq Pompei ghal Pjazza San Frangisk. Fi tmiem il-marc, l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall monumentali taghha (mirqum minn Michael Camilleri Cauchi fl-2003) fi Pjazza San Frangisk waqt li jindaqqu l-innijiet Lil Marija Immakulata, versi tal-mibki Patri Mikiel Bezzina OFM Conv., u muzika tas-surmast Joseph Vella u l-Ave Marija. Wara, wirja ta’ loghob tan-nar ta’ l-art fi Pjazza San Frangisk.
It-Tlieta 8 ta’ Dicembru 20009
Jum Il-Festa
5.15pm: Marc mill-Banda La Stella minn Triq Anton Tabone (minn hdejn is-Salib tal-Pjazza) sa Pjazza San Frangisk. Wara takkumpanja fil-purcissjoni.
6.15pm: Marc mill-Banda Imnarja (Nadur) minn Triq l-Arcisqof Pietru Pace (minn quddiem il-hanut ta’ Rapa Grocery) sa Pjazza San Frangisk. Wara, l-istess banda tesegwixxi Programm muzikali hdejn il-knisja waqt il-hin tal-purcissjoni. Wara li tidhol il-purcissjoni u jintemmu ic-celebrazzjonijiet fil-Knijsa, issir wirja spettakolari ta’ loghob tan-nar ta’ l-art fil-Pjazza.
DETTALJI OHRA
Il-kant fil-jiem tan-novena jitmezza mill-organista Ivan Cauchi.
Il-muzika, kemm fil-jiem tat-tridu, kif ukoll lejliet u nhar il-festa, tkun taht id-direzzjoni ta’ Dun Gorg J. Frendo, assistent maestro di cappella tal-Bazilika Kolleggjata ta’ San Gorg Martri (Belt Victoria)
Il-Funzjoniet, kemm tat-Tridu, kif ukoll ta’ lejliet u nhar il-festa, kif ukoll il-marcijiet f’jum il-festa u lejlietha, jigu trasmetti diretti fuq l-istazzjon tar-radju komunitarju tal-Parrocca ta’ San Gorg, fuq frekwenza ta’ 104.0 MHZ FM Stereo. It-trasmissjonijiet ta’ dan l-istazzjon jixxandru wkoll fuq l-Internet, fil-website ta’ l-istess stazzjon tar-radju komunitarju www.lbv104.com
Programm .jpg)
Tal-Festi Solenni f’Gieh
IL-MADONNA TAL-GRAZZJA
Meqjuma fil-knisja tal-Patrijiet Kapuccini
Victoria-Ghawdex
6-13 ta’ Settembru 2009
IL-HADD 6 TA’ SETTEMBRU
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. fid-9.00am Qudiesa kantata mill-W.R.Gwardjan, Patri Karm Dimech OFM CAP. Waqt il-quddiesa jkun hemm il-Prezentazzjoni tat-tfal u trabi lill-Madonna. Wara c-cerimonja tal-prezentazzjoni jsir il-hrug min-nicca tal-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja. Il-Quddiesa ser tkun iddedikata lill-Benefatturi hajjin u mejtin. Fil-Quddies kollu ssir il-gabra specjali b’risq il-festi ta’ gewwa l-knisja.
IT-TNEJN 7 TA’ SETTEMBRU
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. Fis-6.30pm Ruzarju u kurunella. Fis-7.00pm Quddiesa koncelebrata mmexxija minn Dun Roberto Gauci, bis-sehem tal-gruppi Neo-Katekumenali Ghawdxin.
IT-TLIETA 8 TA’ SETTEMBRU
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. Fid-9.00am Quddiesa koncelebrata mmexxija mill-W.R. Kan.Brian Mejlak, Kappillan ta’ Kercem, li fiha ssir il-Vestizzjoni ta’ l-Abbatini. Wara l-quddiesa tasal l-istatwa l-gdida tal-Madonna tal-Grazzja xoghol tal-istatwarju Sur Michael Camilleri Cauchi u jsir it-tberik taghha fuq iz-zuntier tal-knisja.
L-ERBGHA 9 TA’ SETTEMBRU
Jum iddedikat lill-anzjani u l-persuni b’dizabilita
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. Fis-6.00pm Ruzarju u kurunella. Fis-6.30pm Ghasar kantat. Fis-7.00pm Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus. Waqt il-quddiesa jigi amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal-morda.
IL-HAMIS 10 TA’ SETTEMBRU
Jum Ewkaristiku b’talb specjali ghas-sacerdoti u l-vokazzjonijiet.
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. Fis-6.00pm adorazzjoni bis-sehem tal-Gruppi Ewkaristici Ghawdxin. Fis-7.00pm Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Anton Refalo.
IL-GIMGHA 11 TA SETTEMBRU
Manifestazzjoni Marjana bis-sehem tal-membri Ghawdxin tal-Legjun ta’ Marija.
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. Fis-6.00pm ssir l-Esposizzjoni tas-SSMU Sagrament u jsir talb, Ruzarju u l-Kurunella. Fis-7.00pm Koncelebrazzjoni Soleni mmexxija mill-W.R. Mons. Carmelo Gauci, Arcipriet tal-Gharb. Jekk it-temp ikun jippermetti jsir kollox fuq iz-zuntier.
IS-SIBT 12 TA’ SETTEMBRU
-Lejlet il-Festa-
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. Fis-6.00pm Ruzarju u Kurunella. Fis-6.15pm Translazzjoni Pontifikali Solenni tar-Relikwija tal-Madonna. Fis-6.30pm Ghasar Kantat. Fis-7.00pm Koncelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus.
IL-HADD 13 TA’ SETTEMBRU
-Jum il-Festa-
Filghodu l-quddies ikun fis-6.00am u fis-7.00am. fid-9.00am Koncelbrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. MONS. Isqof Mario Grech. Wara l-qari tal-Vangelu nisimghu l-kelma tal-Isqof taghna. F’nofs inhar jasal il-Pellegrinagg tar-Roti u l-Muturi li jakkumpanjaw il-Kwadru tal-Madonna tal-Grazjja u wara jsir it-tberik taghhom u tinghata tifkira ta’ l-okkazjoni. Fil-5.15pm Ruzarju u Kurunella. Fil-5.30pm Ghasar kantat. Fis-6.00pm Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Ministru Provincjal P. Joe Alessandro OFM CAP. Fis-7.00pm Tibda hiegra l-purcissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna tal-Grazzja mmexxija mill-W.R. Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet tax-Xaghra. Fi Triq il-Kapuccini jinghad ir-Ruzarju Aux Flambeaux bis-sehem tal-Banda Leone u l-Kor Fjur t’Assisi tal-knisja taghna. Wara d-dhul tal-purcissjoni tinghata l-Barka Sagramentali.
Waqt ic-celebrazzjonijiet Liturgici, jiehu sehem il-kor Fjur t’Assisi taht id-direzzjoni ta’ Ms Marita Cassar.
FESTI TA’ BARRA
Organizzati mill-Kumitat Festi Esterni.
IT-TLIETA 8 TA’ SETTEMBRU
Il-wasla tal-istatwa l-gdida tal-Madonna tal-Grazzja, xoghol l-istatwarju Michael Camilleri Cauchi. Fl-10.00am tasal fejn is-salib ta’ Triq ir-republika u akkumpanjata mil-iscouts tar-Rabar tinzel minn Triq il-Kapuccini ghal fuq iz-zuntier tal-knisja fejn isir diskors qasir mill-President tal-kumitat festi esterni u wara jsir it-tberik ta’ l-istatwa.
IL-HAMIS 10 TA’ SETTEMBRU
Fit-8.00pm ser issir l-ikla tradizzjonali tal-festa. Il-biljetti jinkisbu minghand is-Sur George Debono jew is-Sur Vince Vella. Inheggukom biex tattendu u ma thallux ghall-ahhar.
IL-GIMGHA 11 TA SETTEMBRU
Ghoti tad-Demm. Min jixtieq jaghti d-demm, niltaqghu fit-8.00am quddeim l-isptar Generali. Tinsewx li dan hu gest nobbli u karitattiv. Ghal aktar informazzjoni kellmu lis-Sur George Debono.
IS-SIBT 12 TA’ SETTEMBRU
Fit-8.00pm il-Bnada Cittadina Leone tibda marc minn hdejn il-Gozo Garage u takkumpanja l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja, li wara tigi mtellgha fuq il-pedistal ta’ fuq iz-zuntier tal-knisja. Wara jkun hemm il-loghob tan-nar.
IL-HADD 13 TA’ SETTEMBRU
JUM IL-FESTA-PELLEGRINAGG TAR-ROTI U L-MUTURI
Fil-11.00am niltaqghu fil-pjazza tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu minn fejn jitlaq il-pellegrinagg lejn is-santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Nimxu lkoll wara x-xbieha taghha. Fil-11.45am jasal il-pellegrinagg u jsir it-tberik tar-roti u l-muturi u tinghata tifkira lil kull partecipant. Fis-6.30pm il-Banda Cittadina Leone taghmel marc matul Triq il-Kapuccini. Il-marc jibda’ minn hdejn is-Sur Laurie Fenech u jasal sa fuq iz-zuntier. Il-banda Leone ddoqq marci u innijiet Marjani waqt il-purcissjoni.
In-Nar ta’ dawn il-jiem tal-Festa gie mahdum minn tal-Virtu’ Fireworks Factory-Gharb
PROGRAMM TAL-FESTI .jpg)
SOLENNI F’GIEH
SANTA MARIJA
PATRUNA SPECJALI TAL-GZEJJER MALTIN
MEQJUMA FIL-KATIDRAL
TA’ GHAWDEX
Il-Gimgha 31 ta’ Lulju
Tiftah il-Kwindicina ta’ Santa Marija
7.15pm;Koncelebrazzjoni Pontifikali minn Mons.Nikol G.Cauchi, isqof emeritu, flimkien mal-presbiterju parrokkjali fil-ftuh tal-Kwindicina.
9.00pm Besieged-rakkont muzikali u vokali f’concert version, tal-Assedju ta’ Ghawdex tal-1551 fuq il-Bastjun ta’ San Mikiel fic-Cittadella b’kompozizzjoni ta’ Terry Shaw fuq versi ta’ David Crewe, taht il-patriconju tal-E.T. Dr George Abela, president ta’ Malta.
Is-Sibt 1 ta’ Awissu
7.15om Quddiesa tal-kwindicina minn Patri Martin Micallef OFM Cap
8.3-pm BBQ kbir tal-festa mill-Vampa Organisations
Il-Hadd 2 ta’ Awissu
9.30am Marc mill-Banda Leone mic-centru Parrokkjali sal-Katidral
10.45am Hrug tal-istatwa ta’ Santa Marija min-nicca fost il-kant ta’ innijiet Marjani
7.15pm Quddiesa tal-Kwindicina minn Patri Martin Micallef OFM Cap
It-Tnejn 3 ta’ Awissu
7.15pm Quddiesa tal-kwindicina minnPatri Martin Micallef OFM Cap u party ghall-persuni bi bzonnijiet specjali fl-Annexe tal-Katidral
It-Tlieta 4 ta’ Awissu
7.15pm Quddiesa tal-kwindicina mmexxija mis-sacerdot novell Dun Joseph Curmi. Wara attivita ghat-tfal fil-Pjazza tal-Katidral b’hafna divertiment u loghob.
l-Erbgha 5 ta’ Awissu
7.15pm Quddiesa tal-kwindicina mis-sacerdot novell Dun anthony Bajada fejn jigi amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal-Morda lill-anzjani u party lill-anzjani
Il-Hamis 6 ta’ Awissu 09
Jum il-parocca tal-Katidral u s-Socjeta Filarmonika Leone
7,15pm Quddiesa tal-kwindicina mmexxija minn Mons.Arcipriet Guzeppp Attard, bl-omelija mid-direttur spiritwali emeritus dun George Mercieca.
Tiehu sehem il-banda Leone u l-korijiet tal-Katidral.
8.30pm Marc mil-banda Leone mill-pjazza tal-Katidral sa Pjazza Savina.
9.00pm Programm muzikali mill-banda Leone fi Pjaza Savina taht id-direzzjoni tas-surmanst Colin Attard.
Il-Gimgha 7 ta’ Awissu
6.00pm L-ahhar quddiesa ta’ filghaxija
8.00pm Hienja int ghax emmint....-Velja ta’ talb, tifhir u katekezi f’gieh Santa Marija mtellgha s-sema bi thejjija ghas-solennita tal-Ghid ta’ Awissu.Jippresiedi mons.Guzepp attard, arcipriet tal-Katidral bis-sehem tal-korijiet parrokkjali il-Chorus Ecclesiae Cathedralis u l-Cahtedral Youth Choir.
Is-Sibt 8 ta’ Awissu
7.15pm Quddiesa tal-Kwindicina minn Dun Joseph Sultana, vigarju parrokkjali bl-omelija mid-Djaknu tal-parrocca Rev.Maximillian Grech. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini l-godda.
Il-Hadd 9 ta’ Awissu
10.30am Quddiesa taz-zghazagh minn Fr Marcello Ghirlando OFM li ghaliha mistiedna z-zghazagh u l-isportivi kollha tal-parrocca.
7.15pm Quddiesa tal-keindicina mill-Arcipriet Mons.Carmelo Refalo
8.30pm L-ikla tradizzjonali tal-Festa fi Pjazza Katidral
It-Tnejn 10 ta’ Awissu;
7.15pm Quddiesa tal-kwindicina mis-sacerdot novell Dun Richard N. Farrugia.
9.00pm Kuncert muzikali u vokali bis-sehem kongunt ta’ bandisti zghazagh tal-Baned Leone u Sliema fi Pjazza Katidral. Direzzjoni muzikali: l-Assistenti Surmastrijiet Josef Debrincat (Leone) u lesley Tabone (Sliema)
It-Tlieta 11 ta’ Awissu; L-Ewwel jum tat-Tridu
10.00am quddiesa ghat-tfal tal-parrocca mill-vigarju Parr.Dun Joseph Sultana
6.30pm Kant solenni tat-talba tal-Ghasar mill-W.R. kapitlu Katidrali u Kurunella.
7.00pm Koncelebrazzjoni solenni minn Dun Gwann Musicat, kappillan tal-Kor fil-Katidral flimkien mas-sacerdoti li qeghdin jiccelebraw il-25 sena mill-ordni sacerdotali taghhom. L-omelija tat-tridu ssir minn Patri Lucjan Borg OSA Provincjal tal-Agostinjani. Wara, Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika minn Mons. Joseph Cauchi.
9.30pm Dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Santa Marija mill-Banda Leone u mill-Banda Vizitazzjoni (Gharb). Il-banda Leone zzanzan sett ta’ marci godda.
l-Erbgha 12 ta’ Awissu; Tieni jum tat-Tridu
10.00am quddiesa tat-tfal tal-parrocca mill-vigarju Parr.Dun Joseph Sultana
6.30pm Kant solenni tat-talba tal-Ghasar mill-W.R. kapitlu Katidrali u Kurunella.
7.00pm Koncelebrazzjoni solenni mmexxija minn Mons.Rosario Borg, Membru tal-Kapitlu tal-Katidral flimkien mas- sacerdoti li qeghdin jiccelebraw il-50 sena mill-ordni sacerdotali taghhom. L-omelija tat-tridu ssir minn Patri Lucjan Borg OSA Provincjal tal-Agostinjani. Wara, Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika minn Mons.Salv Tabone.
9.30pm Marc mill-Banda Leone u l-Banda Prekursur (Xewkija), fit-tmiem, loghob tan-nar f’Pjazza Savina koordinat minn-Vampa Organisations.
Il-Hamis 13 ta’ Awissu; It-Tielet jum tat-Tridu
10.00am quddiesa tat-tfal tal-parrocca mill-vigarju Parr.Dun Joseph Sultana
6.30pm Kant solenni tat-talba tal-Ghasar mill-W.R. kapitlu Katidrali u Kurunella
7.00pm Koncelebrazzjoni solenni mmexxija minnMons.Anton Gauci, Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral flimkien mas- sacerdoti li qeghdin jiccelebraw il-60 sena mill-ordni sacerdotali taghhom. L-omelija tat-tridu ssir minn Patri Lucjan Borg OSA Provincjal tal-Agostinjani. Wara, Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika minn Mons.Arcipriet Guzeppi Attard.
9.00pm Marc mill-Banda San Girgor (Kercem) matul Triq ir-Republika sa Pjazza Indipendenza u programm muzikali taht id-direzzjoni ta’ Mro Mark Gauci.
9.30pm Dimostrazzjoni solenni bl-istatwa ta’ Santa Marija mat-toroq principali tar-Rabat. Jiehu sehem il-Banda Leone u l-Band amOunt Carmel (Gzira). Loghob tan-nar fi Triq ir-Republika kkoordinat mill-Vampa Organisation. Wara tlugh tal-istatwa ta’ Santa Marija fuq pedistall f’Pjazza Indipendenza fost il-kant ta’ innijiet Marjani.
Il-Gimgha 14 ta’ Awissu; Lejlet Santa Marija
8.00am Quddiesa Konventwali Solenni mir-Rev.mu Kapitlu bis-sehem tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis. Fi tmeim il-quddiesa jitkanta t-Te Deum ta’ gheluq il-kwindicina.
10.00am Quddiesa mmexxija minn Mons Arcipriet Guzepp Attard ghat-tfal kolla tal-parrocca.
11.00am Il-Banda Leona takkumpanja lit-tfal mill-pjazza Katidral sal-kazin. 11.30am Riceviment fil-kazin tal-Banda Leone.
5.30pm Marc mill-Banda Leona mic-centru Parrokkjali ghall-Katidral bl-akkumpanjament tal-Paljijiet tat-Tigrijiet tal-Bhejjem.
6.00pm Transalazzjoni Pntifikali Solenni tar-Relikwija tal-Madonna mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, dflimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral. Wara, ghasar Pontifikali u kant tas-Salve Regina, Litanija u Barka Sagramentali.
8.00pm Koncelebrazzjoni Solenni b’radd il-hajr ‘l Alla fl-okkazjoni tal-34 anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Assunta
9.00pm Marc mill-Banda Santa Marija (Zebbug) minn quddiem il-kazin tal-Banda Leone sa Pjazza Indipendenza u programm muzikali taht id-direzjoni ta’ Mro Joseph Grech.
9.30pm Marc t’ lejlet Santa Marija matul Triq ir-Republika mill-Banda Leone flimkien mal-Banda Victory (Xaghra). Il-marc jintemm fi Pjazza Savina bil-loghob tan-nar tal-art mekkanizzat ikkoordinat mill-Vampa Organisations.
Is-Sibt 15 ta’ Awissu- L-GHID TA’ L-ASSUNTA
Hiniji9et tal-quddies; 4.15am, 5.30am, 5.45am, 6.30am, 7.17am, 8.00am, 9.00am(pontifikal), 11.00am, 12.00 u 1,00pm
8.45am Wasla ta’ l-Et Mons Isqof Mario Grech u l-kant Pontifikali tat-Talba ta’ nofs il-Jum
9.00am Celebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-ET Mons Isqof Mario Grech Isqof Djocesan, flimkien mar-Rev.mu Kapitlu Katidrali, il-presbiterju parrokkjali u r-religjuzi tal-Belt Victoria. l-assemblea liturgika tkun immexxija mill-ET il-President tar-Republika, flimiien mal-membri parlamentari Ghawdxin. Fi tmiem il-Pontifikal, Mons Isqof jaghti l-Barka Appostolika bl-indugenza Plenarja.
10.30am Tqassim tal-premjijiet fil-Wirja Agrarja ta’ Santa Marija li ssir fil-Villa Rundle.
11.00am Marc brijuz fil-qalba tal-Belt Victoria bis-sehem tal-Baned 12th May (Haz Zebbug) u l-Banda Sliema.
2.30pm Tigrijiet tradizzjonali tal-Bhejjem. Il-paljijiet jitqassmu mill-Onor Giovanna Debono, ministru ghal Ghawdex u minn Dr Samuel Azoppardi, Sindku tal-belt Victoria.
5.00pm Quddiesa minn Mons. Pawlu Cardona, Arcipriet tal-Parrocca ta’ San Gorg
6.15pm Kant Solenni tat-11 Ghasar mir-Rev.mu kapitlu mmexxi mill-Vigarju Generali, Mons Arcidjaknu Giovanni B Gauci.
6.15pm Marc mill-Banda Leone mic-centru Parrokkjali sal-Pjazza Katidral
6.30pm Marc mill-Banda Victory (Xaghra) mic-Centru Parrokjali sal-Pjazza Katidral
7.00pm Hrug tal-Purcissjoni Pontifikali bl-Istatwa devota u artistika ta’ Santa Marija bis-sehem tar-Rev.mu Kapitlu u Kleru mmexxija mill-ET Mons Isqof Mario Grech. Il-Banda Leone ddoqq l-innu Immortali Per LA Festa Di Maria Assunta In Cielo(1913) tas-Surmast Orlando Crescimanno fuq versi tal-Professur Ramiro Barbaro di San Giorgio bis-sehem tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis, tal-Cathedral Youth Choir, it-Tenur Joseph Aquilina u l-Baritonu Alfred Camilleri taht id-direzzjoni ta’ Mro Colin Attard. Wara il-Banda Leone takkumpanja l-Purcissjoni.
8.00pm Marc minn quddiem il-Kazin tal-Banda Leone sal-Pjazza tal-Katidral mill-Banda San Guzepp(Ghajnsielem) u programm muzikali taht id-direzzjoni ta’ Mro Sunny Galea
8.30pm Programm muzikali fi Pjazza Indipendenza mill-Banda Victory tax-Xaghra taht id-direzzjoni ta’ Mro Joe Galea
10.00pm Spettaklu meraviljuz u singolari ta’ loghob tan-nar ta’ l-ajru minn fuq l-gholja ta’ Gelmus koordinat mill-Vampa Organisations
Tislima mill-Poplu Ghawdxi, flimkien ma huthom il-Maltin u l-Barranin, lill-Assunta fid-dhul taghha fil-Katidral ta’ Ghawdex bil-kant ta’ l-Ave Maria. Tinghata l-barka Sagramentali fil-Pjazza tal-Katidral mill-ET Mons.Isqof
11.30pm Marc tal-ahhar mill-Banda Leone
Għawdex jiċċelebra l-Festi Prinċipali f’ġieħ
il-Protettur setgħan tiegħu
SAN ĠORĠ MEGALOMARTRI
il-Patrun
tad-Djoċesi u
u
t-Titular
tal-Knisja Protoparrokkjali u Arċimatriċi
Bażilika u Kolleġġjata Lateranensi in urbe
Omm il-Parroċċi tal-Gżira
10 ta’ Ġunju ~ 19 ta’ Lulju 2009
Il-Victoria International Arts Festival
Dan il-festival internazzjonali, fil-kuntest tal-festa ta’ San Ġorġ, twieled fl-1998 bħala offerta ta’ kultura għolja li tagħni b’dimensjoni ġdida u tikkostitwixxi żvilupp oriġinali fil-festa tradizzjonali Maltija. Kulħadd huwa mistieden għas-serati kollha, li huma mingħajr ħlas, propju sabiex jitħares il-karattru popolari ta’ dan il-festival. Din it-tnax-il edizzjoni qed tinżamm taħt il-patroċinju tal-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Kultura, l-Onor. Dolores Cristina.
L-ERBGĦA 10 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mis-St James Consort (Malta), fil-bażilika.
IL-ĦAMIS 11 TA’ ĠUNJU
Il-ħames Ħamis ta’ San Ġorġ
6.00pm: Quddiesa kantata bil-priedka mill-Kan. George Bezzina.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Versatile Brass Quintet (leader: Sarah Spiteri) (Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IL-ĠIMGĦA 12 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-vjolista Pierre Henri Xuereb u l-pjanista Sophia Vaillant (Franza), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IS-SIBT 13 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-vjolinista Romeo Giacomotto (Malta) u l-organista Wolfgang Kogert (l-Awstrija), fil-bażilika.
IT-TNEJN 15 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Debutants Concert & “The Composer Speaks” Series (
L-ERBGĦA 17 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-flawtista Silvio Zammit u l-harpsichord player Ramona Zammit (Malta), fil-bażilika.
IL-ĦAMIS 18 TA’ ĠUNJU
Is-sitt Ħamis ta’ San Ġorġ
6.00pm: Quddiesa kantata bil-priedka minn Dun Ġużepp Gauci.
IL-ĠIMGĦA 19 TA’ ĠUNJU
Is-solennità tal-Qalb Qaddisa ta’ Ġesù
9.00am: Quddiesa li tagħti bidu għal jum ta’ adorazzjoni solenni.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert vokali mis-sopran Lyudmila Volozhynka (ir-Russja) u l-baxx Franco de Grandis (l-Italja) bl-akkumpanjament tal-pjanista Elizabeth Leonardi (Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IS-SIBT 20 TA’ ĠUNJU
8.00pm: Taħdita pubblika Art in
IL-ĦADD 21 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Janascarco Trio (l-Italja/Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IT-TNEJN 22 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Folk Songs from
IT-TLIETA 23 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Big Band Brothers (leader: Daniel Cauchi) (
L-ERBGĦA 24 TA’ ĠUNJU
Is-solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann l-Għammiedi
9.00am: Konċelebrazzjoni konventwali ppreseduta mill-arċipriet Mons. Pawlu Cardona, bis-sehem ta’ l-iSchola Cantorum Gregoriana tal-bażilika.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-AMUS Ensemble (l-Italja), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IL-ĦAMIS 25 TA’ ĠUNJU
Is-seba’ Ħamis ta’ San Ġorġ
6.00pm: Quddiesa kantata bil-priedka minn Mons. Ġorġ Grima.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-pjanisti Fabrizio Datteri u Nadia Lencioni (l-Italja), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IL-ĠIMGĦA 26 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.30pm: Serata ta’ żfin bis-sehem ta’ Alison White Dance School (leader: Alison White) (Malta), fi Pjazza Indipendenza.
IS-SIBT 27 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-klarinettista Godfrey Mifsud u l-pjanista Caroline Calleja (Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
Il-ĦADD 28 TA’ ĠUNJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mil-Lakota Piano Trio (ir-Russja/Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IT-TNEJN 29 TA’ ĠUNJU
Is-solennità ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl
Għeluq tas-Sena Pawlina li fiha tfakkru l-elfejn sena mit-twelid ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl
9.00am: Konċelebrazzjoni konventwali ppreseduta mill-arċipriet Mons. Pawlu Cardona, bis-sehem ta’ l-iSchola Cantorum Gregoriana tal-bażilika.
IT-TLIETA 30 TA’ ĠUNJU
6.00pm: Quddiesa minn Mons. Emanuel Curmi, direttur tal-Caritas djoċesana, għall-persuni b’diżabbiltà minn Għawdex kollu. Wara, ikla tal-festa għalihom organizzata mil-Ladies Society tal-parroċċa.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Serata ta’ drama bis-sehem tal-Gozo Creative Theatre Club (direzzjoni: George Mizzi) (Malta), fiċ-Ċentru għall-Arti u Kultura, iċ-Cittadella.
L-ERBGĦA 1 TA’ LULJU
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mis-SAKYR Ensemble (il-Fillandja/ir-Repubblika Ċeka), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IL-ĦAMIS 2 TA’ LULJU
It-tmien Ħamis ta’ San Ġorġ
6.00pm: Quddiesa kantata bil-priedka mill-arċipriet emeritu Mons. Ġużeppi Farrugia.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Quartette à tête (l-Awstrija), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IL-ĠIMGĦA 3 TA’ LULJU
L-għaxar anniversarju mill-ftuħ ta’ l-istazzjon komunitarju Leħen il-Belt Victoria
7.00pm: Konċelebrazzjoni solenni ppreseduta mill-arċipriet Mons. Pawlu Cardona, f’għeluq l-għaxar anniversarju mill-ftuħ ta’ l-istazzjon, li għaliha huma mistiedna speċjali l-kollaboraturi kollha li taw servizz fl-aħħar għaxar snin.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Upper Austria Ensemble “Trio Cantevole” u l-Fisherman’s Friends (l-Awstrija), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
In-Novena ta’ San Ġorġ
In-Novena hi sensiela ta’ disat ijiem ta’ tħejjija spiritwali li jwasslu għall-ġimgħa tal-festa, immirati b’mod speċjali għat-tfal u l-familji kollha tal-parroċċa. Il-Quddiesa titmexxa mill-Kan. Tonio Galea, kappillan tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu (il-Munxar), u fil-ħin ta’ l-omelija jittellgħu episodji minn San Ġorġ: Il-Ġawhra ta’ Kristu Rebbieħ (2001), rappreżentazzjoni drammatika miktuba minn Mons. Salv Borg b’katekeżi fuq il-ħajja u l-martirju ta’ San Ġorġ, bi produzzjoni ta’ l-uffiċċju parrokkjali u direzzjoni ta’ Antonella Zammit. Tul il-jiem tan-Novena ssir ukoll il-kampanja ta’ ġenerożità waqt li fi tmiem il-Quddiesa jintrebħu rigali għat-tfal li jattendu.
IS-SIBT 4 TA’ LULJU
L-ewwel jum tan-Novena
10.00am: Xandira speċjali fuq l-istazzjon komunitarju Leħen il-Belt Victoria fl-okkażjoni ta’ l-għaxar anniversarju tal-ftuħ tiegħu, fi Pjazza San Ġorġ.
7.00pm: Quddiesa tan-Novena bl-ewwel episodju: Il-konverżjoni ta’ Ġeronzju.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-ODEN Ensemble for Contemporary Music (Franza), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IL-ĦADD 5 TA’ LULJU
It-tieni jum tan-Novena
6.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tieni episodju: It-tnissil ta’ Ġorġi.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-vjolinċellista Athil Hamdan (is-Sirja) u l-pjanista Tatiana Batyreva (ir-Russja), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IT-TNEJN 6 TA’ LULJU
It-tielet jum tan-Novena
6.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tielet episodju: It-twelid ta’ tarbija.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert ta’ mużika Russa mill-baritonu Joseph Lia u l-pjanista Elizabeth Leonardi (Malta), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IT-TLIETA 7 TA’ LULJU
Ir-raba’ jum tan-Novena
6.00pm: Quddiesa tan-Novena bir-raba’ episodju: It-tfulija u ż-żgħożija ta’ Ġorġi.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Barratt Duo (in-Norveġja), fl-Awla
L-ERBGĦA 8 TA’ LULJU
Il-ħames jum tan-Novena
6.00pm: Quddiesa tan-Novena bil-ħames episodju: Suldat Nisrani – Nisrani suldat.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-vjolinista Marcello Canci u l-pjanista Gabriele Campagna (l-Italja), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IL-ĦAMIS 9 TA’ LULJU
Is-sitt jum tan-Novena
Id-disa’ u l-aħħar Ħamis ta’ San Ġorġ
9.00am: Quddiesa għall-anzjani u l-morda mill-vigarju parrokkjali Dun Dominic M. Sultana, bis-sehem tal-membri u l-voluntiera ta’ l-Ordni Sovran Ospidalier u Militari ta’ San Ġwann ta’ Malta, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tad-Dilka tal-Morda. Wara, Tombola Get-Together fiċ-ċentru parrokkjali organizzat mil-Ladies Society tal-parroċċa.
6.00pm: Quddiesa tan-Novena bis-sitt episodju: Ġorġ in-Nisrani jisfida lil Djoklezjanu.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Barocco Locco (leader: Fritz Heller) (l-Olanda/il-Ġermanja), fil-bażilika.
IL-ĠIMGĦA 10 TA’ LULJU
Is-seba’ jum tan-Novena
6.00pm: Quddiesa tan-Novena bis-seba’ episodju: Imħabba maħsula bid-demm.
Victoria International Arts Festival
7.30pm: Kunċert mill-organista Scott Farrell (l-Ingilterra), fil-bażilika.
8.30pm: L-Ikla tal-Festa fi Pjazza San Ġorġ, organizzata mis-Soċjetà Filarmonika La Stella.
IS-SIBT 11 TA’ LULJU
It-tmien jum tan-Novena
7.00pm: Quddiesa tan-Novena bit-tmien episodju: Ġawhra leqqiena fost kwiekeb li jgħammxu.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-Barocco Locco (leader: Fritz Heller) (l-Olanda/il-Ġermanja), fil-bażilika.
IL-ĦADD 12 TA’ LULJU
Id-disa’ u l-aħħar jum tan-Novena
11.00am: Konċelebrazzjoni solenni ta’ radd il-ħajr ippreseduta minn Mons. Alfred Xuereb, assistent personali tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI, fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin anniversarju presbiterali tiegħu. Jieħu sehem il-kor Laudate Pueri taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo. Tiġi esegwita l-Missa Papæ Marcelli ta’ Pier Luigi da Palestrina u motetti sagri ta’ Domenico Bartolucci u Joseph Vella.
6.00pm: Quddiesa tan-Novena bid-disa’ episodju: Stilla tiddi fuq dinjietna u beltna.
7.00pm: Party kbir għat-tfal fi Pjazza San Ġorġ.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert mill-vjolinċellista Daniel Veis u l-pjanista Helena Veisová (ir-Repubblika Ċeka), fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia.
IT-TNEJN 13 TA’ LULJU
7.00pm: Tiġrijiet tradizzjonali fi Triq ir-Repubblika bis-sehem ta’ bhejjem
8.00pm: Kunċert sinfoniku u korali bis-sehem ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali (Malta), il-kor Laudate Pueri (Malta), il-vjolinċellista Daniel Veis (ir-Repubblika Ċeka) u l-organista Scott Farrell (l-Ingilterra), taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella (1942- ), maestro di cappella tal-bażilika u direttur artistiku tal-festival.
IT-TLIETA 14 TA’ LULJU
6.00pm: Quddiesa mill-arċipriet
7.00pm: Marċ brijuż mill-banda ċittadina La Stella minn Taċ-Ċawla sa Pjazza San Ġorġ.
8.00pm: Ħruġ tradizzjonali min-niċċa ta’ l-istatwa ta’ San Ġorġ (1838), kapulavur fl-injam ta’ Pietru Pawl Azzopardi u l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex. Ġabra speċjali għall-festa.
8.45pm: Ċelebrazzjoni ta’ Xhieda Kristjana miż-żgħażagħ Ġorġjani fil-bażilika, organizzata mill-grupp 23four>>, bis-sehem tat-23four Youth Band & Choir (direzzjoni: Richard Grech), li tinkludi mumenti ta’ talb, riflessjoni u kant immexxija mid-djaknu Noel Debono.
9.30pm: Marċ brijuż mill-banda Ite ad Joseph (il-Qala) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, fejn jingħata bidu għal dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ (1991), xogħol ta’ Austin Camilleri.
L-ERBGĦA 15 TA’ LULJU
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU
6.00pm: L-aħħar Quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-kapitlu tal-kolleġġjata flimkien mal-komunità Kristjana, ippresedut minn Mons. Coronato Grima, kanċillier tad-djoċesi ta’ Ġibiltà. Il-kant a cappella jsir mill-kor tal-bażilika Laudate Pueri u l-iSchola Cantorum Gregoriana taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo. Priedka minn Mons. Carmelo Refalo, arċipriet tal-kolleġġjata tat-Twelid tal-Verġni Mbierka, ix-Xagħra. Innu, antifona u barka Ewkaristika ppreseduti mill-Kan. On. Karm Curmi.
Matul il-jiem tat-Tridu jiġu esegwiti l-innu Georgi Miles Inclite (1878), għal solisti, kor a 3 voci pari u orkestra, kompożizzjoni ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1852-1925), u l-antifona Beatus Georgius (pre-1890), mużika ta’ Mro Paolo Fiammingo u versi ta’ San Pier Damiani (1007-1072). Jieħdu sehem is-solisti Antonino Interisano (tenur) u Jaki Jurgec (baritonu). Il-kor u l-orkestra jkunu taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella.
9.30pm: Marċi brijużi mill-banda ċittadina La Stella u l-banda Santa Margerita (Ta’ Sannat), li jibdew minn Triq Għajn Qatet u Triq l-Arċisqof Pietru Pace rispettivament, sa Pjazza San Franġisk.
10.00pm: Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel (1987), xogħol ta’ Alfred Camilleri Cauchi, bis-sehem taż-żewġ baned. Il-banda ċittadina La Stella żżanżan is-sett ta’ marċi ġodda għas-sena.
IL-ĦAMIS 16 TA’ LULJU
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU
9.00am: Konċelebrazzjoni solenni mill-kapitlu u l-kleru, ippreseduta mill-arċipriet emeritu Mons. Ġużeppi Farrugia, għall-erwieħ tar-ragħajja spiritwali u s-saċerdoti l-oħra li taw servizz fi ħdan il-komunità parrokkjali Ġorġjana.
1.00pm: Kunċert mill-Colyton Grammar School Choir (direttur: David House) (l-Ingilterra), fil-bażilika.
6.00pm: L-aħħar Quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-kapitlu tal-kolleġġjata flimkien mal-komunità Kristjana, ippresedut mill-Kan. Felix Tabone, vigarju parrokkjali. Priedka minn Mons. Carmelo Refalo, arċipriet tal-bażilika tat-Twelid tal-Verġni Mbierka, ix-Xagħra. Innu, antifona u barka Ewkaristika ppreseduti minn Mons. Alfred Xuereb, kanonku onorarju, assistent tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI.
9.00pm: Marċ mill-banda Beland (iż-Żejtun), minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
9.30pm: Dimostrazzjoni trijonfali bl-istatwa ġdida ta’ San Ġorġ, Patrun ta’ Għawdex (2008), xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-baned Beland (iż-Żejtun) u Santa Marija (iż-Żebbuġ).
IL-ĠIMGĦA 17 TA’ LULJU
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU
9.00am: Konċelebrazzjoni solenni mill-kapitlu u l-kleru, ippreseduta mill-arċipriet Mons. Pawlu Cardona, b’talb speċjali b’suffraġju tal-membri tal-parroċċa li ħallew din id-dinja matul is-sena li għaddiet.
6.00pm: L-aħħar Quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-kapitlu tal-kolleġġjata flimkien mal-komunità Kristjana, ippresedut minn Mons. Carmelo Scicluna, kantur tal-kolleġġjata. Priedka minn Mons. Carmelo Refalo, arċipriet tal-bażilika tat-Twelid tal-Verġni Mbierka, ix-Xagħra. Innu, antifona u barka Ewkaristika ppreseduti mill-Kan. On. Dr Joe Zammit, arċipriet tal-parroċċa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp tal-Qala.
9.00pm: Marċ mill-banda Prekursur (ix-Xewkija), minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Tonio Borg.
9.30pm: Dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ (1894), kapulavur ta’ Vincenzo Cremona u l-ewwel statwa għall-festi esterni f’Għawdex. Tmexxi d-dimostrazzjoni l-banda ċittadina La Stella. Tieħu sehem ukoll il-banda Mnarja (in-Nadur).
IS-SIBT 18 TA’ LULJU
TMIEM IT-TRIDU MQADDES
9.00am: Konċelebrazzjoni solenni ppreseduta mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca, arċisqof emeritu ta’ Malta, bis-sehem tal-kapitlu u l-kleru tal-bażilika. Kant solenni tat-Te Deum.
10.00am: Marċ brijuż mill-banda ċittadina La Stella, minn Pjazza San Ġorġ sal-każin La Stella fi Triq ir-Repubblika.
LEJLET IS-SOLENNITÀ
5.00pm: Quddiesa tal-vġili tas-solennità.
6.00pm: Marċ mill-banda ċittadina La Stella, mill-każin sa Pjazza San Ġorġ, fejn tilqa’ l-wasla ta’ l-E.T. Mons. Mario Grech, isqof djoċesan, li jasal mill-palazz veskovili akkumpanjat mill-kapitlu u l-kleru tal-kolleġġjata Lateranensi.
6.20pm: Wasla ta’ l-E.T. Dr George Abela, President tar-Repubblika ta’ Malta.
6.30pm: TRANSLAZZJONI SOLENNI U ĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI TA’ L-EWWEL GĦASAR TAS-SOLENNITÀ, IPPRESEDUTI MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA ĠORĠJANA, ASSISTIT MINN DELEGAZZJONI TAL-KAPITLU KATIDRALI U L-KAPITLU TAL-KOLLEĠĠJATA IN URBE. L-ASSEMBLEA TKUN TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA, L-E.T. DR GEORGE ABELA.
7.45pm: Barka Ewkaristika mill-arċipriet emeritu
Jiġi esegwit l-Għasar Vespri per la Solennità di San Giorgio Martire (1900) għal solisti, kor a 4 voci pari u orkestra, kompożizzjoni ta’ Mons. Giuseppe Farrugia. Jiġu esegwiti wkoll iż-żewġ antifoni Beatus Georgius, ta’ Mro Paolo Fiammingo (pre-1890) u ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1897), u t-Tantum Ergo in onore di San Giorgio Martire (1901) ta’ Mons. Giuseppe Farrugia.
8.00pm: Programm mużikali mill-banda ċittadina King’s Own (il-belt Valletta), fi Pjazza San Ġorġ, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.
9.30pm: Fi Pjazza San Ġorġ, eżekuzzjoni mill-banda ċittadina u dekana La Stella ta’ l-innu immortali A San Giorgio Martire (1931), versi tal-Prof. Luigi Billion u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella (1895-1974), taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur il-Prof. Joseph Vella.
10.00pm: Marċ singulari u kolossali bis-sehem taż-żewġ baned ċittadini La Stella u King’s Own (il-belt Valletta), li matulu jdoqqu flimkien bħala massed band fi Triq ir-Repubblika. Logħob kbir tan-nar fi Pjazza San Franġisk.
IL-ĦADD 19 TA’ LULJU
IS-SOLENNITÀ TA’ SAN ĠORĠ
7.45am: Marċ mill-banda Ite ad Joseph (il-Qala), minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
8.00am: Il-kapitlu u l-kleru tal-kolleġġjata urbana jakkumpanjaw proċessjonalment lill-Isqof djoċesan mill-palazz veskovili sal-bażilika Ġorġjana. Kant tat-Terza fis-sagristija maġġuri.
8.20am: Wasla ta’ l-Onor. Dr Lawrence Gonzi, Prim Ministru ta’ Malta.
8.30am: KONĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI PPRESEDUTA MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA, ASSISTIT MINN RAPPREŻENTANTI TAL-KAPITLU KATIDRALI, IL-KAPITLU TAL-KOLLEĠĠJATA LATERANENSI, IL-KLERU TAL-BAŻILIKA URBANA, U MEMBRI TAL-KLERU SEKULARI U RELIĠJUŻ. L-ISQOF JINSEĠ OMELIJA B’TIFĦIR U GLORJA LIL SAN ĠORĠ, IL-PATRUN TAD-DJOĊESI.
Tiġi esegwita l-Mass in D in honour of St George “Princeps Martyrum” (1976) għal solisti, kor a 4 voci dispari u orkestra, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella tal-bażilika u surmast direttur tal-banda ċittadina La Stella. Jieħdu sehem is-solisti Miriam Cauchi (sopran), Antonino Interisano (tenur) u Jaki Jurgec (baritonu).
11.00am: Marċ brijuż u popolari fiċ-ċentru tal-belt Victoria bis-sehem tal-baned San Ġorġ (Ħal Qormi) u Santa Margerita (Ta’ Sannat).
5.00pm: Quddiesa minn Mons. Ġużeppi Attard, arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.
6.00pm: Ċelebrazzjoni pontifikali tat-Tieni Għasar tas-solennità, mill-kapitlu tal-kolleġġjata urbana u l-kleru tal-bażilika, ippreseduta mill-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, isqof emeritu ta’ Għawdex u dekan emeritu tal-kolleġġjata.
Jiġu esegwiti s-salmi tat-Tieni Vespri ta’ San Ġorġ, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, mill-kor Laudate Pueri tal-bażilika.
6.15pm: Marċ mill-banda ċittadina La Stella, minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
7.00pm: Tibda ħierġa l-purċissjoni pontifikali waqt li l-banda ċittadina La Stella tilqa’ l-ħruġ solenni ta’ l-istatwa titulari tal-Patrun tal-belt u l-gżira bl-innu reliġjuż Georgius natus est (1984), versi tal-Kan. Joe Mejlak (1944-2008) u mużika tal-Prof. Joseph Vella.
7.15pm: Il-banda ċittadina La Stella ssellem lil San Ġorġ, il-Patrun tad-djoċesi, bl-eżekuzzjoni ta’ l-innu l-kbir immortali A San Giorgio Martire, versi tal-Prof. Luigi Billion u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella, bis-sehem tat-tenur Antonino Interisano (l-Italja), il-baritonu Jaki Jurgec (is-Slovenja) u l-kor tas-soċjetà filarmonika.
Kien dan l-innu li fl-1931 beda t-tradizzjoni ta’ l-innu l-kbir fil-ftuħ tal-purċissjonijiet titulari, liema tradizzjoni ġiet adottata mill-parroċċi l-oħra kollha ta’ Għawdex.
7.30pm: TIBDA TIMMARĊJA L-PURĊISSJONI PONTIFIKALI, IMMEXXIJA MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA, ASSISTIT MINN RAPPREŻENTANTI TAL-KAPITLU KATIDRALI, U BIS-SEHEM TAL-KAPITLU U L-KLERU TAL-BAŻILIKA, L-ORDNIJIET RELIĠJUŻI TAL-BELT VICTORIA, IS-SEMINARISTI TAD-DJOĊESI, U L-FRATELLANZI TAL-KNISJA PROTOPARROKKJALI U ARĊIMATRIĊI. TAKKUMPANJA L-BANDA ĊITTADINA U DEKANA LA STELLA BID-DAQQ TA’ INNIJIET RELIĠJUŻI.
8.00pm: Marċ mill-banda San Ġużepp (Għajnsielem), minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Indipendenza, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Sunny Galea.
8.15pm: Marċ mill-banda Mnarja (in-Nadur), minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech.
10.00pm: Dħul trijonfali ta’ l-istatwa ta’ San Ġorġ fil-bażilika urbana fost il-briju u l-kant mill-poplu Għawdxi u Malti ta’ l-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ (1952), versi ta’ Patri Akkursju Xerri OFM (1915-1968) u mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara (1890-1969).
10.30pm: Antifona u barka Ewkaristika mill-arċipriet Mons. Pawlu Cardona, li bihom jintemmu dawn il-festi prinċipali ta’ Għawdex, f’ġieħ San Ġorġ, sa mill-qedem il-protettur tal-poplu Għawdxi.
11.00pm: Marċ brijuż mill-banda ċittadina La Stella, minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
QUDDIES U QRAR FIL-BAŻILIKA
Jekk irridu li jkollna festa kif tixraq, għandna nimpenjaw ruħna u nħeġġu lil xulxin għall-Qrar u għall-Quddiesa ta’ kuljum fil-jiem tal-festa. F’San Ġorġ il-Qrara tajba u t-Tqarbina huma essenzjali. Bħas-soltu l-Qrar jista’ jsir fil-ġranet kollha tal-festa, imma l-penitenti huma mitluba biex jaħsbu kemm jista’ jkun fil-jiem ta’ qabel, f’ħinijiet barra mill-funzjonijiet.
Il-Quddies f’jum il-festa jkun hekk:
Fil-għodu: 4.00, 5.00, 6.00, 6.30, 7.00, 7.30 (fil-bażilika), 8.00 (fiċ-ċentru parrokkjali), 8.30 (fil-bażilika), 10.00 (fiċ-ċentru parrokkjali), 11.00 u 12.00 (fil-bażilika).
Fil-għaxija: 4.00 u 5.00 (fil-bażilika).
QUDDIES FID-DJAR TAL-MORDA U L-ANZJANI
Bejn it-Tnejn 6 u s-Sibt 11 ta’ Lulju 2009 saċerdoti tal-parroċċa jkunu disponibbli biex jiċċelebraw il-Quddiesa u jamministraw is-sagramenti tal-Qrar u l-Griżma tal-Morda fid-djar tal-morda u l-anzjani tal-parroċċa. Dawk li jixtiequ li xi saċerdot iżur id-dar tagħhom għandhom jikkuntattjaw lill-uffiċċju parrokkjali (21 556 377).
IKONA PRESIDENZJALI F’JIEM IL-FESTA
Bi tradizzjoni mibdija fi żmien l-E.T. il-Prof. Guido de Marco, din is-sena wkoll l-E.T. Dr George Abela, President ta’ Malta, qed jogħġbu jibgħat għal jiem ta’ qima fostna l-ikona Russa ta’ San Ġorġ miżmuma fil-palazz presidenzjali ta’ San Anton, Malta. Ix-xbihat tal-martri huma għajnuna biex inħossu l-preżenza konkreta tal-qawwa ta’ Alla fostna.
L-ikona tkun esposta fil-bażilika u, filwaqt li nammiraw il-ġmiel tagħha, għandna niftakru f’ħutna l-Kristjani li jgħixu fl-artijiet tar-Russja u nitolbu għal għaqda akbar bejn il-Knisja Kattolika u l-Knejjes Ortodossi tal-Lvant.
MUŻIKA SAGRA FIL-BAŻILIKA
Napprezzaw l-impenn kbir li sar biex il-kompożizzjonijiet ta’ mużika sagra unika li għandna jiġu esegwiti bl-aqwa mod possibbli. Il-mużika tkun esegwita mill-kor tal-bażilika Laudate Pueri u l-Victoria Festival Orchestra. Għall-okkażjoni l-kor jiġi kkumplimentat b’koristi Maltin u barranin, fosthom mill-kor pontifiċju Cappella Sistina u l-Coro dell’Accademia di Santa Cecilia, kif ukoll solisti lokali u barranin.
Il-mużika fil-bażilika, kemm fil-jiem tat-Tridu u kemm lejlet u nhar il-festa, tkun taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella. Il-mużika fil-bażilika matul il-festa hi organizzata mill-Kan. George J. Frendo, assistent maestro di cappella, u Dr Maria Frendo, leader tal-kor Laudate Pueri. Is-solisti huma s-sopran Miriam Cauchi (Malta), it-tenur Antonino Interisano (l-Italja) u l-baritonu Jaki Jurgec (is-Slovenja). CDs bil-mużika esegwita jistgħu jinkisbu mill-bażilika.
TRASMISSJONIJIET TAL-FESTA BIR-RADJU U L-WEBSAJT
It-trasmissjonijiet bir-radju jsiru għal dawk li ma jistgħux jiġu l-knisja. Fil-każ ta’ l-anzjani r-radju hu għajnuna, fil-każ ta’ min m’hux ir-radju jsir strument ta’ abbuż. It-trasmissjonijiet u r-ritratti permezz tal-websajt huma għal dawk li huma ħafna ‘l bogħod minna. Infurmaw lill-emigranti tagħkom b’dan.
Mill-21 ta’ Ġunju 2009 l-istazzjon tar-radju tal-parroċċa Leħen il-Belt Victoria (104FM MHz Stereo) ixandar bi skeda sħiħa l-funzjonijiet liturġiċi u l-attivitajiet esterni kollha marbuta mal-festa, flimkien ma’ programmi reliġjużi, kulturali u ta’ attwalità, mill-istudjows fi Pjazza San Ġorġ, mill-bażilika Ġorġjana, miċ-ċentru parrokkjali, u mill-pjazez u t-triqat tal-belt Victoria.
Il-funzjonijiet kollha tal-festa jistgħu jiġu segwiti fuq il-websajt tar-radju www.lbv104.com, li tista’ tintlaħaq ukoll mill-websajt tal-bażilika www.stgeorge.org.mt, fejn mhux biss jintwerew u jinstemgħu t-trasmissjonijiet kollha, imma jkun offrut ukoll servizz immedjat u estensiv ta’ ritratti ta’ l-attivitajiet festivi.
Minflok noqghod nikteb kocc paroli fil-vojt, xtaqt nippublika din il-poezija. li malli taqrawha, tindunaw xinu l-messag li qed inwassal b'din il-website.
Din il-Poezija hija miktuba min J.Mejlak u mehuda mill-ktieb tieghu 'Narcis u Gisimin'.
Djalogu
(Bejn Santa Marija u San Gorg)
Tlajt sal-genna ghal ftit minuti
Ghax s’hemm fuq jien xtaqt intir,
Waqt li kont fil-mistrieh nohlom,
Ghidt qaddis irrid insir!
Aqtghu intom x’rajt go rokna,
Ma temmnux, qed nghid is-sew;
X’hin raw lili f’daqqa wahda
Dlonk it-tnejn jithaddtu bdew.
M’gharafthomx mill-ewwel jiena
Kelli nersaq izjed fil-qrib:
Kienu biss Marija w Gorgi,
Kelli b’ferh lilhom insib!
Hrigt mill-but lapis u karta
Biex innizzel dak li amajt,
Kienet xena bla titwemmen
Illi bhalha qatt ma rajt
Ifthu ftit widnejkom sewwa
Biex tisimghu dak il-kliem
Illi ntqal f’dik l-okkazjoni,
U fil-qalb inissel sliem.
S.Marija-Ersaq ‘l hawn, iben ta’ qalbi
Ha nithenna u nifrah bik,
itlaq ftit ir-rokna mwieghda
li hejjejt fil-genna ghalik.
S.Gorg-Hawn jien gejt, ghaziza ommi,
U ninxtehet dlonk f’riglejk,
Inti taf il-qima tieghi
U l-imhabba l’ghandi lejk.
S.Marija-Nafek sew sa
Bqajt inharsek sa ma kbirt,
Dhalt zaghzugh gewwa l-milizja,
Tribun b’hiltek malajr sirt.
S.Gorg-Kemm segwejtek tifel ckejken
Donni kont il-fessud tieghek,
Dejjem qalbi kienet shiha
L’ghad tigborni l-genna mieghek.
S.Marija-Kiefer kien Dijoklezzjanu,
Jirbhek b’qawwa kieku ried,
Imma int waqaftlu b’qawwa
Waqt tad-dmugh tehles mill-wied.
S.Gorg-Jiena kont naf li kelli lilek
Gewwa l-genna tistennieni
Biex tilqaghni gewwa hdanek
U bla tmiem taghmilni hieni.
S.Marija-Zammejt biss ghajnejja fuqek
U sal-mewt jien imxejt mieghek:
Tajtek qawwa biex tmut hieni
W int urejt il-hila tieghek.
S.Gorg-Issa t-tnejn ninsabu mwahhda
F’lok qaddis, Santa Marija,
Ejja t-tnejn ma nharsux lura
Lejn id-dinja tat-tbatija.
S.Marija-Illum lilna jehtigilna
Li mid-dinja nnehhu l-hemm,
U li nnixxfu darba ghal dejjem
It-tixrid hamran tad-demm.
S.Gorg-Ma ninsewx lill-Missier Alla
Biex jaghtina daqqa t’id
Li neqirdu kull mibeghda
U f’kull rokna nnisslu l-gid.
S.Marija + S.Gorg- Ma nhallux il-bluha tikber
U tifridhom
Imma jghixu dejjem f’ghaqda
Li titqawwa u tghix kull hin.
S.Gorg-Jalla lilek ta’ “L-Istilla”
Ihobbuk b’sincerita’,
S.Marija-U “tal-ljun” ghalik l-imhabba
Shiha ttul fl-eternita.

Create a free website at Webs.com