Ir-rahal taghna it-Tarxinizi xi jsawwar.
    


Merhba
 
Ir-rahal taghna it-Tarxinizi xi jsawwar.
NAVIGATION
Merhba
Il-Knisja ta' Hal Tarxien.
Il-Kwadru Titulari
Sotto Kwadru Tad-Duttrina
Il-bidu tal-festa Titulari
Il-bidu tal-festa Sekondarja
Tad-Duttrina skond ix-xjuh
L-istatwi Principali
Il-Fratellanzi
L-isem "Hal Tarxien"
Il-Kappella ta' Santa Marija
Il-knisja ta' San Bert
Album tar-ritratti
Guestbook
Links
Hajr lil ...............






    
Merhba


 






Hal tarxien

Hal Tarxien huwa wiehed mill-irhula l-aktar qodma f'Malta bi storja dokumentata li tmur lura ghal bosta snin. F'dan l-inhawi l-bniedem preistoriku bena tempji sbieh wisq lill-allat tieghu, li ghadhom famuzi sal-lum ma dinja kollha. Dan juri li l-ewwel nies li ghammru f'Hal tarxien gew ma' l-eluf ta' snin ilu. Kull gens ta' nies bhal dan halla fdalijiet tieghu f' Hal Tarxien. Dan ir-Rahal ghandu civilta tassew qadima u tista tghid li kien ukoll il-benniena tac-civilta Maltija. Huma wkoll bdew ihaffru l-oqbra u f' Hal Tarxien hallew ukoll tempju taht l-art, li jindika li kellhom twemmin marbut mal-mewt. Jinghad li din ir-razza ta' nies (Neolitici) kienu nies li kellhom mohhom jilhqilhom sewwa u bi hsibijiet gholjin u ta' twemmin qawwi. Xhieda ta' dan insibuh fil-monumenti li nsibu f' Hal Tarxien. Ir-Rumani hallew l-akbar gid u l-isbah civilta li Malta setet tiret, it-twemmin Nisrani bil- migja ta' San Pawl f'Malta fis-sena 60 wara kristu. Fost l-irhula li jinghad li zar San pawl kien hemm wiehed bl-isem ta' 'HARR- TIR-GHUX' li kien fil-limiti ta' Hal tarxien. Il-post fejn sar dan l-episodju jinghad  li kien fil-misrah fejn illum tinsab il-knisja Parrokjali ta' Hal Tarxien. Ghalkemm din mhix hlief ghajr leggenda, ta' min wiehed ikompli jfakkarha bhala parti mill-folklor ta' missirijietna. Taht in-Normanni bdew jinbnew xi knejjes zghar, Hal tarxien kiseb ghadd gmielu min dawn il-kappelli fosthom Santa Marija fil-quccata, tar-rahal, u l-Lunzjata f'post imwarrab imma li r-rahhala kienu jzommu bl-akbar ghozza ghax kienet qrib l-eghlieqi taghhom. Hal Tarxien kien fil-qrib ta' Bir Miftuh (illum il-Gudja) u ghalhekk meta Bir Miftuh sar Parrocca fl-1436, ir-rahal taghna sar bicca wahda minn din il-parrocca. 

Tmiem.   

          Tgharif migbur mill-ktieb ' Hal Tarxien ta' Vincent Battistino li gie ippubblikat ghall-ewwel darba fl-1993 '

 

                                                     

 


                                      

 



Din is-sit giet aggornata:

Fit-29 ta' Awissu 2008

Merhba

Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament

Links

 



Min mindu din is-sit giet miftuha fil-31 ta' Awissu 2007



©2007 festihaltarxien

Create a free website at Webs.com