Festighawdxin - Celebrazzjonijiet Nisranin f'Ghawdex

Il-bidu tal-Website

Il-bidu ta' dan il-website sar nhar il-Hadd 26 ta' Ottubru, 2008. Dan il-website halkun fuq Festi (Celebrazzjonijiet) Nisranin f'Ghawdex. Dan il-website jinkonsisti fuq: knejjes, festi esterni u interni, armar, nar u baned. Dan il-website ghadu jrrid jinbena. Editing tal-kliem fuq informazzjoni li ghandi u ghanke pagna principali. Il-quddiem naghmel informazzjoni ohra fuq dan is-sit u ghamel sit iehor li jigi indahal ma dan. Ghalek aktar informazzjoni u pariri ibatu fuq il-guestbook tieghi, grazzi.

Introduzzjoni

Prezentazzjoni

Il-Festi fil-ġżejjer Maltin huma ħaġa importanti ħafna. Dawn il-festi jiġu ċċelebrati f'kull raħal Għawdex u ghanke Malta. Dawn il-festi tal-irħula prinċipali jiġu jiċċelebrati fil-jiem sħan tas-sajf. f'Għawdex il-festi issiru waħda kull Gimgha (fis-sajf) imma Junju mhux ewwel darba l-ħabtu żewġ festi gieli f’Julju,fil-festa ta’Għarb tkun aħħar ta’ Lulju imħabba tan-Nadur. Jekk tnehhi xi zewg parrocci f'Malta u tnejn f'Ghawdex (korpus fil-Ghasri u Qalb ta' Gesu fil-Fontana), il-knejjes parrokkjali dejjem issemmew ghal xi Qaddis. Kif wiehed jistenna, fl-ewwel post hemm il-Madonna li huma l-akbar ammont ta' vari lill hemm fil-festi huma ddedikati lil Madonna, taht hafna titli differenti. Dawn il-festi jigu ccelebrati kemm fil-knisja u kif ukoll barra min knisja. Fil-Festi ta' gewwa il-knisja (interni) jsiru Noveni, Traslazzjoni solenni, Funzjonijiet u hafna kant bil-kor. F'jiem il-festa, il-knisja ta' kull rahal tilbes l-aqwa libsa li tista. Rigward il-festi ta' barra (esterni) nsibu hafna nies involuti biex jiehdu hsieb. Aktar ma l-knejjes saru importanti, aktar kibru l-festi li ntrabtu maghhom. Hemm hafna ghaqdiet u socjetajiet fil-irhula u hemm kwazi kull rahal ikollu l-Banda tieghu, l-Ghaqda Armar, u l-Aqda tan-Nar.

Fi Zmien ta' Faqar

In-nies ta’dari kienu jitawa Knisja importanza kbira. Fl-imgħoddi, meta l-Maltin tqabdu mal-ħajja biex jgħixu, il-festi u l-purċissjonijiet kienu okkażżjonijiet ta' ferħ, imma mhux ta' briju. Fi żmien ta' ħakkiema li kasbruna u ta' flagelli ta' pesta u kolera, il-purcissjonijiet kienu votivi (saru b'radd ta' hajr lil Alla jew jew xi qaddis ta' grazzja kbira) jew roġazzjonali. Mill-bidu tas-seklu sbatax, xi knejjes parrokkjali bdew jaħsbu biex ikollhom statwa titulari. L-ewwel ma bdew jinħargu f'purċissjoni kienu dawk li lejhom kien hemm devożżjoni qawwija. Il-Marija Bambina ta' Isla, Malta hija l-eqdem statwa titulari u li tinhareg f'purcissjoni. Ġie li ħarget ukoll f'purċissjoni rogazzjonali: li skop tagħha kien li tintalab xi ġrazzja mingħand Alla, bl-interċessjoni tal-Madonna. Il-briju tal-festa dam hafna biex daħal. Xi purcissjonijiet roġazzjonali kienet issir nhar il-festa titulari ta' knisja, bħal knisja ta' Madonna tas-Sokkors u San Girgor, Kercem. Imma  kienet tkun sempliciment devozzjonali. Kienet devota bis-sehem tal-paroċċi kollha, imma bla solennita'. Bil-żmien, xi waħda ewkaristika zviluppat f'purċissjoni ta' solennita' kbira. 

Festi bla Statwa

Il-festi esterni f'gieh il-patrun tal-parrocca damu hafna ma qabdu. Imma r-rabta mal-qaddis jew patrun hija ghantika. Il-poplu beda jingibed lejn il-qaddis titulari tal-knisja. Ghall-ewwel, ma hasbux f'xi statwa.Hasbu izjed ghal xi kwadru f'pozizzjoni centrali, u kwazi dejjem wara l-altar maggur. Kienu jkantaw l-ewwel ghasar lejliet il-festa, u mbaghad, nharha, titkanta l-quddiesa. Il-poplu ta' dak iz-zmien ftit sata' johrog flus ghal festa. L-opri kbar li saru fil-knejjes taghna, u bosta drabi l-bini tal-knisja nnifisha, saru bil-generozita' tal-familji nobbli. fiz-zmien il-kavallieri, il-poplu ghawdxi kien immur ghal festa ta' rahal tieghu biss. Beda jsir in-nar u bdew jizzejnu l-knejjes u t-toroq. Meta l-festi bdew jikbru f-Ghawdex ukoll, il-parrocci ta' Ghawdex bdew iqabbdu xi Malti halli jmur hemm bil-piramidi, trofej, u tazzi tieghu biex jarmahom. Il-festi komplew jikbru meta dahhlu fihom it-tigrijiet ta' l-irgiel, tat-tfal subien, tad-dghajjes, u tal-bhejjem. Il-festi bdew isiru brijuzi bid-daqq ta' xi strument muzikali.  Gie li, ghall-ewwel, kienu xi erba' kantanti li jitlaqqghu flimkien. Gie li kienu semplicement xi zewg daqqaqa li jimxu u jdoqqu waqt il-purcissjoni. F'Ghawdex, il-knejjes parrokkjali damu izjed minn ta' Malta biex thajru ghal statwa titulari.

Il-Mamma ta' Għawdex

Kienet dahlet ukoll il-mentalita' fostna li knisja katidrali ma ticcelebrax festi esterni b'solennita'. Għalhekk, qatt ma daħlu purcissjonijiet bl-istatwa fil-katidral ta' Malta. Bl-istess mod, il-katidral ta' Għawdex, għalkemm kellu xi purċissjonijiet bi statwi, ma kellux l-istatwa titulari tiegħu. Meta, fl-1897, saret f'Roma statwa ta' Santa Marija, din ma gietx ordnata mill-katidral, imma mis-soċjeta' filarmonika Leone. Kellha tasal is-sena 1956 biex l-istatwa giet irregalata lill-katidral u tbierket minn Isqof Pace.  

Meta l-Estern beda jiddomina dejjem iżjed

Aktar ma noqorbu lejn żmienna, naraw dejjem iżjed li l-festi titulari jsiru okkażżjonijiet ta' divertiment, u għalhekk ta' ħafna kummerċ ukoll. IL-vara tinħareġ f'purċissjoni li tkun immexxija minn xi sacerdot imlaħħaq. Imma, waqt il-purcissjoni, hadd ma jimmagina li dak hu ħin ta' devozzjoni, specjalment meta ma tosserva l-ebda ġabra lanqas f'dawk li jieħdu sehem fiha. Illum il-fratelli jsibuha bi tqila biex jikkumpanjaw f'purcissjoni titulari. Min-naha l-ohra, il-ferħ jidher hafna, mhux biss fl-armar tat-toroq, imma wkoll fil-baned u l-loghob tan-nar. Hafna jgħidulek li festa mingħajr nar u banda mhux festa. Il-ħafna kumitati tal-festi ma jsibux diffikulta' biex ikollhom lil min jidħol ġaranti għal dak li jista' jinqala'. Il-ħrug tal-purċissjoni u d-dħul tagħha huma l-mumenti ta' l-aqwa entużjażmu.Il-funżjonijiet għadhom isiru bil-mużika u l-kant.

Festi Esterni

TO BE CONTINUE FOR THE NEXT TIME..............................................................................