F'isem il-kleru u l-poplu kollhu ta' Hal Luqa, niddikjara l-ftuh ta' din il-gallarija ...
W. Rev. Kappillan Dun Karm Camilleri
30 - VI - 09
Nhar it-Tlieta 30 ta' Gunju 2009, fl-okkazjoni tal-ftuh tal-festi solenni ad unur il-patrun taghna Sant’ Andrija Appostlu, il-W. R. Kappillan Dun Karm Camilleri inawgura l-progett ta' restawr fuq il-gallerija tal-orgni li tinsab fuq il-bieb principali tal-knisja parrokkjali. Ix-xoghol ta’ nduratura kien fdal ghal darb’ohra f’idejn John Pace.
L-inawgurazzjoni saret wara quddiesa li tat bidu ghall-gimgha ta' celebrazzjonijiet fl-okkazjoni tal-festa titulari. Kien mument ferm emozjonanti meta qabel il-hrug ta' l-istatwa ta' Sant' Andrija min-nicca l-Kappillan Dun Karm Camilleri ddikkjara din il-gallarija lesta minn kollox sabiex tkompli ssebbah it-Tempju Andrean. Il-komunita' Halluqija li honqot il-knisja infexxet f'capcipa kbira b'turija ta' apprezzament ghal dak kollhu li twettaq matul din is-sena.
Ritratti - N. Zammit u J. Grima