PARROCCA SANT' ANDRIJA

Festa Titulari ta' Sant' Andrija Appostlu

Festa Titulari ta' Sant'Andrija Appostlu

 


Il-Knisja Parrokkjali armata ghal-festa ta' Sant'Andrija (seklu 20)


Huwa fatt maghruf illi l-akbar devozzjoni lejn Sant’Andrija f'pajjizna tinsab fir-rahal ta' Hal Luqa.  Fil-fatt, tajjeb insemmu illi l-qima lejn Sant’ Andrija f’rahalna tmur lura ghal aktar minn 500 sena fejn fl-1497 insibu l-ewwel referenza ghall-knisja ckejkna ddedikata lil Sant’Andrija.  Fil-bidu tas-seklu 17 tpitter il-kwadru titulari l-antik mill-pittur Filippo Dingli li juri lill-Immakulata Kuncizzjoni flimkien ma’ Sant’Andrija u San Pawl.  Hal Luqa saret Parrocca fil-15 ta’ Mejju ta’ l-1634 u mill-ewwel bdiet tinbena knisja akbar iddedikata lill-patrun tar-rahal. 

Fl-1715 tul il-parrokat ta’ Dun Injazju Agius ingiebet ir-relikwija ta’ Sant’Andrija mill-Monasteru ta’ San Fabjan u San Sebastjan ta’ Ruma.  Il-knisja l-gdida giet ikkonsagrata nhar is-7 ta’ Dicembru tal-1783 mill-Isqof Vincenzo Labini.  Matul is-snin, il-knisja parrokkjali kompliet tissebbah b’diversi opri artistici, xiehda tal-imhabba kbira li l-poplu kellu lejn Sant’Andrija.  L-aktar zewg affarijiet ghal qalbna huma bla dubju ta’ xejn il-kwadru titulari tal-Preti u l-vara artistika ta’ Sant’Andrija mnaqqxa fl-injam mill-iskultur Scolaro.

Il-kwadru titulari ta’ Sant’Andrija tpitter minn Mattia Preti u jgib id-data ta’ l-1687. Dan il-kwadru jirraprezenta lil Sant’Andrija Appostlu marbut ma’ salib minn zewg manigoldi. Fl-isfond tal-kwadru tidher il-Belt ta’ Patras (il-Grecja) fejn l-Appostlu jinghad li ha l-martriju tieghu. Jidhru wkoll diversi nies li qed jassistu ghall-martirju tal-Qaddis filwaqt li jisimghu l-ahhar taghlim hiereg minn fommu. Fin-naha ta’ fuq wiehed jista’ jinnota zewg angli, wiehed fuq kull naha tas-salib, it-tnejn izommu is-simboli tal-martirju, jigifieri l-kuruna u l-palma.  Fl-1956, dan il-kwadru gie rrestawrat mill-Profs. Oscar Testa tal-Musei Vaticani ta’ Ruma.

L-istatwa ta’ Sant’Andrija giet imnaqqxa fl-injam mill-iskultur Giuseppe Scolaro fl-1779 fuq disinn tal-Capo Mastro Giuseppe Bonnici.  Fil-fatt l-Isqof Vincenzo Labini jsemmi din l-istatwa lesta hdejn il-fonti tal-maghmudija matul iz-zjara tieghu fl-1781.  Din l-istatwa turi lill-qaddis ihaddan is-salib li wasslu ghall-glorja tal-qdusija permezz tal-martirju.  Ghalhekk fl-ikonografija artistika ta’ dan il-qaddis, sewwa sew fil-vara artistika ta’ Hal Luqa narawh qed ihaddan dan is-salib maghmul minn zewgt izkuk hoxnin msalbin wara dahru.  Matul is-snin saru xi restawi fuq din l-istatwa, sakemm fl-1913 l-iskultur Abraham Gatt irrestawra l-vara ghal dik li nafu llum u giet indurata mid-ditta Coleiro tal-Belt Valletta. F’din l-istess sena, jigifieri fl-1913 inhadmu wkoll il-pedestall , il-bradella u l-bankun fuq disinn ta’ Abraham Gatt. 

Il-festa liturgika ta' Sant'Andrija Appostlu tigi iccelebrata madwar id-dinja kollha nhar it-30 ta' Novembru.  Fl-ewwel snin mit-twaqqif tal-Parrocca ta' Hal Luqa, il-festa ta' Sant' Andrija kienet issir fuq gewwa biss.  Din kienet tikkonsisti billi lejlet il-festa kien jitkanta l-ewwel ghasar filwaqt li nhar il-festa filghodu kienet issir il-quddiesa kantata bil-panigierku u filghaxija kien jitkanta it-tieni ghasar.   Aktar kemm beda jghaddi z-zmien, aktar bdiet tikber il-festa .  Sahansitra bdiet tohrog purcissjoni bir-relikwa tal-Qaddis Patrun mill-1729.  Meta tlestiet il-vara titulari din bdiet takkumpanja l-purcissjoni solenni nhar il-festa.  Mat-twaqqif tal-Baned lokali, il-festa kompliet tikber aktar minn qatt qabel, sakemm illum il-gurnata il-festa titulari ta' Sant'Andrija tigi ccelebrata bl-akbar pompa nhar l-ewwel Hadd ta' Lulju.

 










 


Il-Knisja Parrokkjali armata ghall-festa titulari (seklu 20)

 

 


Il-purcissjoni nhar it-30 ta' Novembru (seklu 20)

 

 


L-istatwa ta' Sant'Andrija imqieghda taht il-presbiterju tal-Altar Maggur (2010)