Dan is-Sit ghandu l-ghan li jwassal taghrif mis-Santawrju tal-Madonna tal-Grazzja, li jinsab fil-Belt Victoria - Ghawdex. Dan is-Santwarju jiehdu hsiebu l-Patrijiet Frangiskani Kapuccini sa mill-1737. Qabel f'din il-hara kien hemm qabel mkien ta' qima fejn kienet meqjuma Sant Agata. Izda minhabba l-hbiet tal-furbani u z-zmien dan l-imkien garrab hsarat kbar , tant li l-bdiewa tal-hara hasbu sabiex jibnu mkien iehor, din id-darba meqjuma lit-Tnissil Bla Teba' ta' Marija. Gara li l-Patrijiet Kapuccini kienu bdew hahsu sabiex jibnu kunvent iehor barra dawk tal-Furjana u tal-Kalkara, u l-ghazla waqet fuq il-Gzira ta' Ghawdex.
Fil-hara maghrufa bhala l-Belliegha il-Gran Mastru Vilhena ta l-art filwaqt li ghadd ta' benefatturi taw offert sabiex jinbnew il-kunvent u l-knisja. Il-binja kollha hadu 13-il sena biex inbnew. Il-Perit kien Fratell Kapuccin, Fra Guzepp mill-Isla, li wkoll bena dak tal-Kalkara.
Is-sura tal-binja hija wahda awstera, kollox fic-cokon, semplici u ordnat. Din hi l-impronta Kapuccina.
Is-Santwarju huwa dedikat lill-Madonna tal-Grazzja. It-Titular impitter mill-artist Malti Stefano Erardi, ta' minn jinnota li ibnu Alessio insibuh li aktar tard pitter it-Titular tal-Madonna tal-Grazzja tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja tal-Parrocca ta' Haz-Zabbar.
Fis-Santwarju jinsab ukoll xbieha ta' San Frangisk ta' Assisi ta' Giuseppe Cali, San Gusepp ta' Copertino ta' Conti, Statwa mill-isbah tal-Madonna tal-Grazzja tal-artist Ghawdxi Wistin Camilleri, Statwa ta' San Piju minn Pietrelcina, ta' Alfred Camilleri Cauchi, u l-Kurcifiss Mirakuluz li awtur tieghu ma hux maghruf.
Santwarju zghir, izda huwa l-ghozza ta' ghadd ta' pellegrini li jigu jzuruh.
Il-hinjiet tal-Quddies fis-Santwarju huwa:
FIX-XITWA : Mit-Tnejn sas-Sibt : 6.00am 7.00am u 6.00pm , il-Hadd 6.00am, 7.00am u 9.00am.
FIS-SAJF : Kollox bhax-xitwa barra l-Quddiesa ta' filghaxija li tkun fis-7.00pm.
Quddiesa ghad-Devoti ta' Patri Piju, kull Tielet Gimgha ( Friday) ta' kull Xahar.
Ghal kull taghrif, santi tal-Madonna tal-Grazzja, Kurcifiss Mirakuluz, Patri Piju, Fra Baskal...Pellegrinaggi ecc. Cemplu lil Patri Gwardjan, Patri Pawl Bugeja fuq : 21556608 / 21550177 jew e-mail paulbug@maltanet.net