Sezzjoni Zghazagh

Ghaqda Muzikali L'Isle Adam -Rabat tal-Imdina

Settembru 2009

Unur ir-Rabat nomminati mill-Ghaqda Muzikali L'Isle Adam u s-Sezzjoni Zghazagh Ghaqda Muzikali L'Isle Adam Jum ir-Rabat 2009

UNUR IR-RABAT LIL MATTHEW CHETCUTI

MATTHEW Chetcuti zghazugh Rabti li twieled f’Settembru 1991. Studja fl-Iskola Primarja tar-Rabat u wara fl-iskola Sekondarja ta’ Sant’Agata fir-Rabat ukoll.  Illum jistudja f’-MCAST fil-qasam tal-Informazzjoni Teknologika (l-komputer). Ix-xewqa ta’ Matthew hija li javvanza fil-qasam tal-komputers.

Matthew minn meta kien ckejken kien detterminat u qatt ma qata’ qalbu minn xejn.  Ta’ seba’ snin beda jattendi  fl-iscouts tar-Rabat u dejjem ha sehem fl-attivitajiet taghhom minkejja l-htigijiet specjali tieghu.

Huwa jattendi il-hikes u picnics li jigu organizzati mill-iscouts u dan ukoll biex ikun ta’ ezempju ghal min hu bhalu.  Huwa wkoll zghazugh attiv fi hdan l-komunita Guzeppina tar-Rabat fejn jaghti l-ghajnuna tieghu specjalment fi zmien il-festa ta’ San Guzepp.
Matthew ghandu wkoll ghal qalbu  li jghin lil dawk li ghandhom bzonn l-ghajnuna.
 
UNUR IR-RABAT 2009--- JOSEPH  P.  SMITH

Joseph studja l-arti kemm f’Malta kif ukoll  Firenze, l-Italja fejn kien rebah borza ta’ Studju fl-1983. F’Malta huwa studja taht il-harsien ta’ Antoine Camilleri, Esprit Barthet u Anthony Degiovanni.
Ilu fil-fotografija mill-1979. Huwa membru attiv tal-Malta Photographic society, organizzazzjoni li taghha Joe rebah l-unur prestiggjuz ta’ Fotografista tas-Sena fl-l995. Joe huwa wkoll membru tal-Malta Institute of Professional Photographers u fl-2001 ken l-ewwel  Malti fil-fotografija li gie  onorat bl-oghla unur  ta’ din l-istituzzjoni…il-Fellowship.

Tliet snin wara, Joe ghamel isem barra minn xtutna meta sar ukoll Fellow  ta’ xejn anqas minn tliet Assocjazzjonijiet barranin.

Joe kellu wkoll diversi wirjijet personali kemm f’Malta kif ukoll barra min Malta. Ix-xoghol tieghu deher ukoll f’diversi rivisti lokali kif ukoll barranin. Ghal dawn l-ahhar snin kien mistieden beix jaghti tahdidiet u workshops fotografici barra minn xtutna kif ukoll kien parti minn guriji internazzjonali.

Is-sena li ghaddiet kienet forsi l-aqwa sena ghal Joseph Smith, meta rega’ kien protagonista u pogga ukoll isem Malta fuq il-mappa meta rebah l-ewwel premju fil-fotografija  minn fost aktar minn 2,500 nominazzjoni ,  f’kompetizzjoni mnehdija mill-Unjoni Ewropeja.   Ir-ritratt rebbieh juri skarpan Rabti qed jahdem fil-hanut ckejken tieghu.
Bhalissa is-Sur Jospeh Smith ghadu kemm lesta progett fuq il-popolazzjni anzjana tal-Birgu, liema progett se jkun esebit f’wirja fotografika f’Ottubru li gej  . Qed jahdem ukoll fuq  ktieb bir-ritratti li se jkun ippublikat fil-jiem li gejjin.
U l-akbar unur li ta kull sena jaghti l-kunsill lokali huwa dak ta’ GIEH IR-RABAT u gieh ir-Rabat din is-sena 2009  jinghata lill-Professur Charles Farrugia
          Il-Professur Charles Farrugia twieled ir-Rabat fl-1941. Dejjem ghex ir-Rabat ghajr ghal xi zmien meta  kien jistudja barra minn Malta. Beda fl-iskola Primarja tar-Rabat u l-edukazzjoni Sekondarju tieghu fill-Kullegg ta’ San Alwigi.  Beda l-karriera tieghu ta’ ghalliem fl-iskejjel ta’ l-Istat u dan kien fl-1959. Kien jghallem fl-iskola Primarja tar-Rabat bejn 1964-1966. Sena wara 1967  il-Professur Farrugia beda jaghti il-lectures lil ghalliema.

          Huwa studja is-suggett favorit tieghu ( l-edukazzjoni) f’St. Michael’s Training College kif ukoll fl-Universitajiet ta’ Londra u Montreal. Kiseb id-Dottorat (Ph.D) mill-Universita tal-London Institute of Education.

           Fl-1978, il-Professur Farrugia kien il-fundatur u d-Dekan  tal-Faculta ta’ l-Edukazzjoni fl-Universita ta’ Malta……pozizzjoni li dam izzomm ghal-14 il-sena u fejn hawn introduca korsijiet li jwaslu ghal B. Edu, Masters  u anke wkoll id-dottorat f’dan il-qasam. Fil-qasam tal-edukazzjoni introduca wkoll korsijiet f’diplomi specjalizzati u korsijiet ohra. Prattikament nistghu nghidu li l-ghalliema kollha Maltin u Ghawdxin  li ghandhom aktar minn 30 sena kienu xi darba jew ohra  l-istudenti tal-Professur Rabti Charles Farrugia.

          Insemmu wkoll li ghal ghaxra snin kien il-Pro Rettur tal-Universita ta’Malta fejn hawn ukoll introduca proceduri amministrattivi fl-Universita kif ukoll beda l-pjan ghal studji akkademici Universitarji ghall-Kbar. Hadem hafna mill-qrib mal-British Commonwealth Seretariat u l-UNESCO …dejjem fil-qasam ta’ l-edukazzjoni l-aktar fl-izvilupp edukattiv ghall- pajjizi  zghar.  Huwa wkoll kien ic-chairman tal-Junior College Board ghal-aktar minn 10 snin. Kittieb u  ppublika diversi artikli fuq gurnali nternazzjonali u kotba---- dejjem fuq l-edukazzjoni.

Mill-1996, il-Professur Farrugia  kien ic-chairman tal-Maltese National Commission ghall-UNESCO waqt li sentejn ilu akkwista ghajnuna mill-UNESCO ghall-Muzew tar-Rabat Wignacourt biex titjieb il-facilita tal-wirjiet u tinholoq kamra ghat-taghlim ta’ l-istudenti li jkunu qed jirricerkaw fl-arkivji tal-muzew.

Insemmu wkoll li l-Professur Farrugia serva ghall-tmien snin   bhala Gvernatur ghal-Awtorita Maltija fis-Servizzi Finanzjarji u llum il-gurnata huwa l-Ombudsman tal-Universita.           Huwa mizzewweg u ghandu t-tlett ulied…..u sitt nepputijiet.
Illum il-Professur Farrugia jinghata mis-Sindku GIEH IR-RABAT.

PATRI PAWL GALEA UNUR IR-RABAT 2009 

Patri Pawl  Galea twieled ir-Rabat fi Frar 1950 minn Vincent u Anastasia nee’ Muscat.  Tilef il-missieru fl-eta zghira ta’ 14-il sena. Ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola tas-Sorijiet Agostinjani kif ukoll fl-iskola Primarja tar-Rabat u kompla fil-Liceo tal-Hamrun…..fil-waqt li bhala Frangiskan studja fi hdan il-Provincja Maltija u l-ahhar sentejn ghaddiehom fil-Kustodja tal-Art Imqaddsa f’Gerusalem. Gie ordnat Djaknu fil-bazilika ta’ Betlem.

Patri Pawl Galea gie ordnat Sacerdot fil-Parocca ta’ San Pawl ir-Rabat minn Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca nhar is-Sibt 3 ta’ Lulju 1976. L-ewwel hidma ta’ Patri Pawl kientrt bhala mastru tal-Postulanti fil-Kunvent Frangiskan fil-Hamrun. Wara sentejn ghamel seba’ xhur mastru tan-Novizzi fil-Kunvent tal-Imgarr Ghawdex.

Wara l-Imgarr  Patri Pawl Galea mar  Tas-Sliema fejn qatta 15-il-sena shah--- tliet snin vici , sitt snin Gwardjan u sitt snin Kappillan.

Wara tas-Sliema , Patri Pawl ghamel 5 snin Gwardjan fil-Kunvent tal-Belt Valetta. Imbaghad  kompla fir-Rabat bhala mastru u Gwardjan.

Bejn is-sena 2003 u is-sena 2008 Patri Pawl Galea  serva l-Ghola kariga tal-Provincja f’Malta dik ta’ Provincjal. Illum rega’ jinsab Gwardjan u mastru tan-Novizzi fil-kunvent ta’ Giezu r-Rabat.

Patri Pawl Galea minn dejjem kien attiv fil-Komunita Guzeppina u illum huwa wkoll direttur Spiritwali tal-Arcikonfraternita ta’ San Guzepp. Insemmu wkoll li Patri Pawl huwa mfittex hafna bhala Predikatur, fil-fatt din is-sena kien maghzul bhala  Kwarizemalist tal-Kapitlu Metropolitan.

DR. KARISTU ABELA UNUR IR-RABAT

Dr. Karistu Abela (maghruf maghna bhala Karistu) twieled ir-Rabat fi Frar 1961. Matul hajtu hadem f’bosta oqsma fosthom mastrudaxxa, haddiem fit-tarzna, hareg ukoll ghall-elezzjoni fl-1992. Insemmu wkoll li Dr. Karistu Abela  kien gurnalist ma gazzetta lokali kif ukoll kien ghalliem tal-Istudji Socjali f’zewg skejjel Sekondarji.

Dr. Karistu Abela  huwa gradwad bil  Ph.D fil-Politika, Filosofija u ekonomija mill-Iskola tal-Ekonomija ta’ Londra. Kif ukoll bil-Ph.d fil-Fontografija mill-Universita ta’ Hollywood.Fis-Snin 80  Dr. Abela  beda jiehu nteress fil-Lingwa maltija u kien dan il-bidu li wassal biex  8  snin ilu jniedi spellchecker bil-Malti. Dan wassal ukoll biex jibda jahdem fuq il-Vokabularju Kongunt tal-Lingwa Maltija kemm miktuba kif ukoll mitkellma. Fuq dan ix-xoghol Dr. Abela  ilu ghaddej aktar minn 20 sena shah u kull jum iqatta madwar 16-il siegha jahdem fuq dan il-Vokabularju li se jkun jikkonsisti f’85 volum b’aktar minn 1000 pagna il-wiehed. …..jigifieri 85,000 pagna b’kollox.

Dan ix-xoghol kien deskrit bhala ‘L-akbar ktieb li qatt inkiteb fl-istorja tal-Umanita minn awtur wiehed’…..kif ukoll monument ta’ Gieh ghall-Ilsien Malti

Awwissu 2009

Kappelli mxerrdin madwar Malta iddedikati lil San Ġużepp

Odette Gauci Cortis B.A. (Hons) Hist

 

Id-devozzjoni lejn il-Patrun Universali tal-Knisja u r-raġel ta’ Sidna Marija hija mxerrda sew fil-gżejjer Maltin. Dan narawh fid-diversi knejjes li hawn iddedikati lil dan il-patrun. U xi ngħidu għad-diversi festi li jiġu ċċelebrati għad unur tiegħu. Biss biss nistgħu nsemmu l-knejjes prinċipali li huma ddedikati lilu li jinsabu fl-Imsida, fil-Manikata, l-Kalkara, fil-Qala Għawdex, f’Birkirkara, fil-Belt Valletta u fir-Rabat Malta. Żgur u mhux forsi li kull Malti u Għawdxi xi darba f’ħajtu daħal jara dawn il-knejjes. Barra minn dan kważi f’kull knisja li nidħlu ħa nsibu xi statwa, artal jew fratellanza li huma iddedikati li San Ġużepp.Imma mbagħad forsi ftit huma dawk in-nies li jafu li jezistu kappelli oħra żgħar lihuma wkoll iddedikati lil San Ġużepp iżda li ftit huma imsemmija u magħrufa.Għalhekk f’dan l-artiklu ser nagħti ħarsa ħafifa lejn xi uħud minn dawn il-kappelli likienu iddedikati lil San Ġużepp u forsi għalkemm ma għadhomx jeżistu jew magħadhomx jintużaw xorta kienu sbieħ u ta’ valur storiku.

F’Birzebbuga

Nibda bil-kapella li tinsab f’Birżebbuġa. F’dan ir-raħal imdawwar bil-bahar kienetinbniet kappella ddedikata lil San Ġużepp li għadha tezisti sal-lum għalkemmm’hiex aċċesibli għan-nies għax tinsab ġo dar privata u għalhekk ftit jista' wieħedjidħol fiha. Minn barra, wieħed jista' jaraha u jarafha żgur billi l-kampnar tagħha lihu ta’ stil Korint jisboq bini iehor. Ġewwa hija kappella sempliċi u żgħira. Hemmkwadru li juri lil San Ġużepp bil-Bambin u li hu ċert hu li mal-bieb ta’ barra hemmkitba li tgħid li kull min jgħid Pater, Ave u Gloria quddiem ix-xbiha ta’ San Ġużeppli hemm ġewwa l-knisja għal erbgħin jum jaqla' indulgenza.

Wied il-Għajn

Kappella oħra ċkejkna ddedikata lil San Ġużepp li wieħed ukoll diffiċli jkolluaċċess għaliha hija dik li tinsab ġewwa Wied il-Għajn. Din tinsab ħdejn ix-xatt ta’Wied il-Għajn. Kien bniha ċertu wieħed jismu Wenzu Bigeni għaliex kien devot ta’San Ġużepp u x-xewqa tiegħu kienet li meta jmut jindifen fiha kif fil-fatt hekkġara. Din il-kappella nbniet fuq il-pjanta tal-Perit Solar. Maż-żmien din il-knisjasaret privata u mbagħad inħattet biċċa sew minnha. Illum il-ġurnata qed tintużabiss għal skop turistu.

Ħaż-Żabbar

Minn Wied il-Għajn ngħaddu għal Ħaż-Żabbar. Hawn, barra li nsibu knisja, insibuwkoll istitut li hu ddedikat ukoll lil San Ġużepp. Dawn għadhom jeżistu sal-lum uwieħed faċli jkollu aċċess għalihom. L-Istitut u l-knisja jinsabu inti u diehel f’ĦażŻabbar.L-Istitut kien jintuża biex jilqa' fih bniet iltiema u kien f’idejn is-sorijietDumnikani. Il-fundatur tiegħu kien Patri Feliċjan Grech li kien Dumnikan. Lewwelġebla tiegħu tqiegħdet fit-2 ta’ Lulju 1930 fuq il-pjanta tal-Perit ĠużeppiPace u x-xogħol intemm fis-7 ta’ Novembru 1937. Il-knisja ukoll inbniet ma’ dan listitutfuq pjanta ta’ l-istess perit. Kienet ikkonsagrata mill-Arċisqof Gonzi fl-14 ta’April 1961. Fiha artal wieħed li naturalment huwa iddedikat lil San Ġużepp.Minn ġewwa hija mżejna b’diversi pitturi sbieħ li huma maħduma mill-pitturĠużeppi Briffa. It-titular juri lil San Ġużepp. Fl-arzella li hemm fil-ġenb hemmkwadru ieħor li juri d-dehra tal-Madonna lil San Duminku. Fuq iż-żewġt iġnub loħrahemm żewġ kwadri żgħar li juru lil San Vinċenz Ferreri (1937) u ż-żwieġ ta’Santa Katerina.

Santa Venera

F’Santa Venera l-knisja għadha daqs daqsxejn kbir meta tqabbilha ma' dawk lidiġà semmejt. Din il-knisja bnieha Dun Ġorġ Bugeja fl-1906 u magħha bena ukollistitut li kien jintuża biex fih jilqa' dawk it-tfal li kienu jiġġerrew fit-toroq. Il-flus biextinbena din il-knisja kienu inġabru u ingħataw minn Dun Ġorġ stess bl-għajnunata’ xi benefatturi. Infatti benefattur li għen ħafna biex tinbena din il-knisja kienKarmenu Bugeja li kien qarib ta’ Dun Ġorġ. Meta wieħed jidħol ġo din il-knisjajinduna li tikkonsisti minn kor, żewġ kappelluni u korsija. Għandha tliet artali ufiha għamla ta’ salib Latin. Fil-ġenb għandha kampnar. Nhar l-14 ta’ Mejju 1916Mons. Mawru Caruana l-Isqof ta’ Malta ikkonsagra din il-knisja u fl-artal maġġurqiegħed ir-relikwi tal-qaddisin Ġuswar, Beninju u Vittorju. Ġo din il-knisja wieħedjista' jammira żewġ kwadri, xogħol iż-Żebbuġi Lazzaro Pisani, li juru tar-Rużarju(1919) u lil Kristu fl-Ort (1920).

Hamrun

Din il-kappella ma għadiex teżisti. Kienet inbniet minn kavallier ta’ l-Ordni ta’ SanĠwann, il-Viċi Kanċillier u kommendatur Fra Eugen Ramirez Maldonato. Din ilkappellabnieha ġewwa daru stess li kienet tinsab fit-tarf ta’ fuq ta’ Triq SanĠużepp. Meta miet din id-dar waqgħet f’idejn il-Granmastru ta’ dak iż-żmien ubaqgħet f’idejn l-Ordni sakemm kellhom iħallu l-gżejjer Maltin mal-wasla tal-Franċiżi f’Malta fl-1798. Għalhekk mat-tluq ta’ l-Ordni din il-kappella ġietipprofonata fl-imblokk tal-Franċiżi u saret tintuża bħala ħanut. Iżda fis-sekludsatax mal-wasla ta’ l-Inglizi din il-kappella ma baqgħetx teżisti. Imma ħaġa li hijażgura hija li din il-knisja kienet il-bidu li biha ingħatat isimha it-triq ewlenija likienet tinsab fiha u aktar tard lir-raħal kollu li sar magħruf bħala ‘Casal SanGiuseppe’. Maż-żmien inbiddel u sar magħruf bħala Harmun kif nafuh illum.

San Pawl il-Bahar

Din il-knisja kien berikha Mons. Mikiel Gonzi u qiegħed l-ewwel ġebla tagħha fis-6 ta’ Dicembru 1959. Din il-knisja tellgħuha l-patrijiet Kappuċċini u kienet taħt ittitluta’ San Ġużepp Ħaddiem. Il-pjanta saret mill-magħruf Kavallier ĠużeD’Amato. Il-knisja kellha koppla, għamla ottagonali, b'djametru ta’ 90 pied ukienet mibnija fuq stil modern. Kien fiha tliet artali.Fost l-iktar kwadri popolari kont issib dawk li kienu jinsabu ħdejn l-artal tax-xellugl-kwadru ta’ San Antnin qed jippriedka lill-ħut, il-kwadru ta’ San Ġużepp u l-Bambin u l-kwadru ta’ San Franġisk ma’ l-annimali. Imbagħad kien hemm kwadrioħra fl-artal tal-lemin dak ta’ San Pawl, dak tal-Madonna madwar l-Appostli u dakta’ Sant’Andrija. Dawn kollha għamilhom il-pittur Pietru Camillieri Cauchi. Statwikien hemm dik ta’ San Ġużepp u l-Bambin, San Guda Taddew u l-Kuncizzjoni liħadimhom Wistin Camillieri.Din il-knisja telgħet fuq il-lok fejn il-kappuccini kienu jagħmlu s-servizz tagħhomf’daqsxejn ta’ kamra rranġata f'kappella. Imma din il-knisja ħelwa ma kellhiextgawdi wisq għaliex ftit snin wara li nbniet bdew jidhru xi xquq li ħassbu sewwalill-patrijiet. Sar studju fuq l-art li fuqha inbniet il-knisja u instab li l-art kienet taflijau kollha xquq kbar. B’hekk kien ġie deċiż li titwaqqa qabel ma taqa weħidha bilkaġunta’ xi diżgrazzja. Għalhekk f’Gunju 1988 inbeda x-xogħol ta’ twaqqiegħġebla ġebla li bdiet mill-koppla. Il-haddiema ma laħqux ħattew wisq għaliex partil-kbira minnha waqgħet weħidha u hekk illum tidher biss qisha qafas.Minn din il-ħarsa li tajna naraw li matul iż-żmien kien hawn diversi knejjes żgħar ukappelli li kienu ddedikati lil San Ġużepp u li ftit jissemmew jew għax magħadhomx jeżistu jew inkella għax ma kienx hawn ħafna tagħrif fuqhom.Għalhekk tajjeb li wieħed jsemmihom u jtihom t-tifħir li jistħoqqilhom għaliexdawn żgur inbnew frott l-imħabba li kellhom missirijitna lejn dan il-Patrijarka SanĠużepp. Żgur li allavolja uħud minnhom ma għadhomx jeżistu xorta qatt m’humaser jintesew.

Referenzi

Enciklopedija Bliet u Rħula Maltin Tagħrif dwar kull Belt u Raħal, Malta, 1987

Informazzjoni dwar knejjes li m’għadhomx jezistu jew huma privati giet migbura minn domandi li

gew magħmula li xi persuni minn Birzebbuga, minn Wied il-Għajn u minn San Pawl il-Baħar

Lulju 2009

IL-QIMA U D-DEVOZZJONI LEJN

SAN ĠUŻEPP FIL-KARMELU

Waħda mil-leġgendi Karmelitani bikrija tgħid li l-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi, kienet titla’ fuq l-Għolja tal-Karmelu, mir-raħal viċin ta’ Nażaret, biex jiltaqgħu ma’ l-eremiti, ulied il-Profeta Elija, li kienu jgħixu “qrib l-għajn tal-Profeta”. Din il-leġġenda ħelwa trid turi l-verità profonda tar-rabta spiritwali tal-Karmelitani mal-Familja Mqaddsa. Fil-fatt fil-Karmelu insibu mħabba speċjali lejn il-familjari u lejn dawk il-persunaġġi li huma marbutin ma’ Marija Verġni, Patruna ta’ l-Ordni: San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija, Santa Anna u San ġwakkin, il-ġenituri ta’ Marija u n-nanniet ta’ Ġesù. Il-Karmelitani jqimu lil San Ġużepp bħala l-Protettur Ewlieni ta’ l-Ordni, filwaqt li Santa Anna u San ġwakkin huma meqjuma bħala l-Protetturi Sekondarji. Devozzjoni u qima speċjali oħra tal-Karmelitani hija dik lejn San ġwann l-Evanġelista, id-Dixxiplu l-Maħbub li f’idejh, minn fuq is-salib, Ġesù ħalla lil Ommu Marija. Għal jum il-festa ta’ dan l-appostlu, ir-Ritwal Karmelitan kien jippreskrivi t-tberik ta’ l-inbid, sinjal tal-ferħ u l-kontemplazzjoni mistika, imsejħa wkoll is-“sakra spiritwali”.

Għalkemm wara l-Medjuevu, ma bqajniex nużaw leġġendi biex infissru r-realtà spiritwali tar-rabta tal-Karmelu mal-Familja Mqaddsa, ma nistgħux ngħidu li din ir-rabta naqset. Fil-Karmelu mal-qima u d-devozzjoni marjana, baqgħet ħajja dik lejn San Ġużepp, ir-raġel ġust li f’idejh Alla “afda l-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni sakemm kien għadu fil-bidu tiegħu”. Il-Karmelitani jqimu lil San Ġużepp bħala dak ir-raġel ġust li ddedika ħajtu għaż-żewġ imħabbiet kbar ta’ qalbu: Ġesù u Marija. Għalhekk il-Karmelitani jaraw fih mudell fl-għixien tal-vokazzjoni tagħhom, li hija proprju li jingħataw kollhom kemm huma għall-qadi ta’ Kristu u ta’ Marija. Bħalma San Ġużepp ħadem bl-għaraq ta’ xbinu u bata kemm felaħ biex jieħu ħsieb lil martu u jrabbi u jħares mill-perikli kollha, lil Ġesù afdat f’idejh. Hekk ukoll il-Karmelitan jiddedika ħajtu għal Ġesù u Marija, meqjuma mill-Karmelitani bħala s-Sidien tal-Karmelu, fl-Art Imqaddsa. Kull Karmelu, jinsab fejn jinsab, huwa meqjus bħala d-dar ta’ Marija u l-art ta’ Ġesù. San Ġużepp huwa meqjum ukoll fil-Karmelu bħala mudell ta’ kontemplazzjoni, għax f’ħajtu kellu x-xorti li jgħix f’familjarità umana u spiritwali ma’ Ġesù u Marija. Kien hu li kellu x-xorti li dejjem jgħix fil-preżenza ta’ Ġesù u Marija, kemm waqt il-mistrieħ u kemm waqt il-ħidma. Bħalu l-Karmelitan, il-ħin kollu, mhux biss waqt il-ħin tat-talb, imma wkoll fil-ħidma, moħħu jikkontempla u qalbu tħabbat bl-imħabba għal Ġesù u Marija.

Meta l-ewwel Karmelitani kellhom jaħarbu mill-Karmelu u jixterdu fl-Ewropa, ġabu magħhom id-devozzjoni lejn San Ġużepp. Għalkemm fil-Knisja tal-Lvant kienet tiġi ċċelebrata l-festa tiegħu, il-Knisja tal-Punet, ma kenitx tiċċelebra lil San Ġużepp fil-kalendarju liturġiku tagħha. Kif jixhdu l-magħruf Abbati Benedittin Johannes Trithemius (1462-1516) u l-Papa Benedittu XIV (1675-1758) “il-fehma ta’ l-istudjużi żżomm li kienu l-Patrijiet Karmelitani l-ewwel li ġabu magħhom mil-Lvant lejn il-Punent, id-drawwa ta’ min ifaħħarha, tal-kult sħiħ lejn San Ġużepp” (De Serv. Dei beatif., I/iv, 11; I/xx, 17). Bl-espressjoni “kult sħiħ”, il-Papa kien qed jifhem li l-qima lejn San Ġużepp fil-Karmelu ma kenitx biss qima devozzjonali, imma wkoll liturġika. Fil-fatt diġà fl-1480, il-Karmelitani kellhom il-liturġija proprja għall-festa ta’ San Ġużepp. It-testi liturġiċi mfassla mill-Poeta Rinaxximentali ta’ fama letterarja kbira, il-Karmelitan il-Beatu Battista Spagnoli ta’ Mantova (1447-1516), huma meqjusa bħala “l-ewwel monument tal-Knisja Latina f’ġieħ ta’ San Ġużepp”. Irridu ngħidu wkoll li d-devozzjoni lejn San Ġużepp, imsejjaħ Nutror Domini, kienet diġà tinsab f’xi postijiet. Flimkien mal-Karmelitani, Ordnijiet oħra, bħad-Dumnikani, il-Franġiskani u s-Servi ta’ Marija, għożżew u xerrdu l-qima lejn San Ġużepp. Kien il-Papa Sistu IV (1414-1484) li niżżel fil-Kalendarju Ruman id-19 ta’ Marzu bħala jum it-tifkira ta’ San Ġużepp.

Mal-medda tas-snin, fil-Karmelu, il-kult baqa’ jikber. Kien fil-Kapitlu ġenerali ta’ l-1680, li San Ġużepp ġie uffiċjalment magħżul bħala l-Protettur Ewlieni ta’ l-Ordni. Fl-istess sena, il-Karmelitani Skalzi wkoll daħħlu fil-Kalendarju liturġiku, fit-tielet ħadd ta’ l-Għid, il-festa tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp fuq il-Karmelu. Din il-festa kienet ukoll tiġi ċċelebrata mill-Karmelitani b’ottava, u l-Papa Piju IX fl-1847, imbagħad estendiha għall-Knisja kollha, b’xi tibdil fit-testi u fid-data. Ir-Riforma tal-Konċilju Vatikan II neħħiet il-festa tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp mill-Kalendarju Liturġiku Ruman waqt li l-Karmelitani ngħataw il-permess biex nhar id-19 ta’ Marzu jiċċelebrawha bit-titlu ta’ “San Ġużepp, Għarus tal-Verġni Marija u Protettur ta’ l-Ordni Tagħna”.

Kienu ħafna l-qaddisin Karmelitani li ħaddnu u xerrdu d-devozzjoni lejn San Ġużepp. Fosthom Santa Tereża ta’ Ġesù (1515-1582) li għażlet lil San Ġużepp bħala “avukat u patrun” li jħarisha u għalliem tal-ħajja tat-talb (ħajja VI, 6-8). Minn 17-il monasteru li waqqfet, 12 iddedikathom lil San Ġużepp. Qaddisin oħra bħal Santa Marija Maddalena de’ Pazzi (1566-1607) u Santa Tereża tal-Bambin Ġesù (1873-1897) kellhom qima speċjali lejn San Ġużepp. Awturi Karmelitani iktar reċenti, bħal Giovanni Brenninger (1890-1946), faħħru u xerrdu l-qima lejn San Ġużepp u l-familjarità spiritwali miegħu.

Il-qima lejn San Ġużepp fil-Karmelu kienet tidher ukoll f’xi devozzjonijiet partikulari marbutin mal-qaddis. F’kull kunvent Karmelitan, ġeneralment għandek issib ħdejn il-bieb malli tidħol xbieha ta’ San Ġużepp iħares id-dar u l-familja reliġjuża ta’ Marija. Ir-Ritwal Karmelitan imbagħad kien fih ir-rit tat-tberik tal-kuruna tar-rużarju ta’ San Ġużepp, u r-rit tat-tberik taċ-ċurkett ta’ San Ġużepp, li kien jintlibes mhux biss b’turija ta’ devozzjoni lejn san Ġużepp imma wkoll bħala sinjal tar-rabta ta’ min jilbsu ma’ Ġesù u Marija fuq l-eżempju ta’ San Ġużepp.

Patri Charlo' Camilleri, O.Carm.

mehud mis-SIte:- http://www.karmelitanimalta.org

Mejju 2009

Mastru Indri Borg

Forsi dan l-isem (Indri), aktar konna nuzawh bhala kuljunazzjoni ghal xi banda fqira, u konna nghidu li qisha l-“Banda ta’ Indri”. Izda, verament, min kien dan Indri? Indri Borg twieled il-Belt Valletta nhar is-7 ta’ Jannar, 1818, waqt li tghammed l-ghada, 8 ta’ Jannar. Bin Salvu u Antonia neè Bonello. Hawn nixtieq nghid li ta’ sentejn, Indri, b’disgrazzja, tilef id-dawl t’ghajnejh it-tnejn. It-toqol ta’ din id-disgrazzja ma tantx tellef il-hajja ta’ Indri, tant li, ta’ età zghira, meta kien imur ghall-quddies, u kien jisma’ dik il-muzika, kien jintebah u jaghraf l-istrument li jkun qed jindaqq.

U hawn, kemm missieru, kif ukoll ommu, meta raw il-kapacità tieghu li jaghraf l-istrumenti, baghtuh biex jistudja l-muzika ghand wiehed mill-aqwa surmastrijiet popolari li kien hemm fil-Belt Valletta dak iz-zmien, Meastro Rull. Maestro Rull kien ukoll “Meastro di Cappella”, tal-kon-Katidrall ta’ San Gwann. Hawn tajjeb li wiehed jghid li muzicisti kbar dejjem kellhom konnessjonijiet mal-Knejjes. Prekursur tal-Baned ta’ pajjizna Indi Borg ta bidu ghall-ewwel banda ta’ pajjizna. Hemm argument dibattibbli dwar min kienet l-ewwel banda f’pajjizna. Bla ma nidhol f’ebda polemika ta’ min kienet l-ewwel Banda f’pajjizna, jidher li z-zewg baned ewlenin kienu l-Banda “De Rohan” ta’ Haz Zebbug u l-Banda “L’Isle Adam” tar-Rabat, it-tnejn f’Malta. Mastru Indri Borg kien is-Surmast taghhom it-tnejn, u l-ewwel wiehed taghhom, u dan kien fis-sena 1860. Jidher zgur li grupp ta’ zghazagh Rabtin kienu digà qeghdin jitghallmu l-muzika, taht Mastru Indri qabel dik is-sena, u kienu digà daqqew fil-festa ta’ Santa Katerina taz-Zurrieq, izda ma kienux bhala banda ufficjali. Izda tajjeb li wiehed jghid, li skond l-istoriku, Pietru Pawl Castagna, fil-ktieb tieghu Storja ta’ Malta, l-ewwel banda nazzjonali saret f’Haz-Zebbug minn Mastru Indri Borg. L-istess jghid Dun Salv Ciappara fil-ktieb tieghu Storia del Zebbug e sua Parrocchia, li kien gie ppubblikat fl-1881, ghax jghid li Haz-Zebbug ra l-bidu ta’ l-ewwel Banda Nazzjonali f’Malta, bl-isem “Societa Filarmonica del Zebbug”. Jahdmu ghall-festa ta’ San Guzepp Tajjeb li wiehed jinnota li dawn iz-zewg baned li taghhom Meastro Indri Borg kien l-ewwel surmast muzikali, huma t-tnejn ghall-festa ta’ San Guzepp, fiz-zewg lokalitajiet, kemm f’Haz-Zebbug kif ukoll fir-Rabat. Dawn iz-zewg baned huma msemmijin ghal zewg granmastri u li t-tnejn kienu devoti ta’ San Guzepp. Ghalkemm ghidt dan kollu dwar dawn iz-zewg baned ewlenin, jidher ukoll li l-banda San Filep ta’ Haz-Zebbug (Malta), jista’ kienet hi l-ewwel banda skond dokumenti li jinsabu fl-Arkivji tal-kazin. Jien mhux se nidhol f’certi dettalji dwar liema verament kienet l-ewwel banda, izda huwa fatt li Mastru Indri Borg kien Surmast ta’ dawn it-tliet baned fl-istess sena, fl-1860, u dan jixhduh l-istess tifkiriet li jinsabu fit-tliet kazini. Dan juri l-kobor ta’ dan il-genju muzikali fi zmien primittiv ghall-baned f’pajjizna. L-ewwel noti fuq ir-ram Ghalkemm kien ghami, Indri Borg ma halliex dan id-difett ifixklu. Huwa gheleb din il-kundizzjoni billi fetah opportunitajiet godda wahdu, ghalih innifsu, ghax hassu kapaci, u ghax ried jaghti kontribut lill-izvilupp muzikali tal-pajjiz. Fit-tieni volum tieghu Rajt Malta tinbidel, il-kittieb u gurnalista Herbert Ganado jiddeskrivi b’mod helu l-hiliet ta’ Indri Borg… “L-ewwel noti fuq ir-ram semmaghhom lil pajjizna dak ir-ragel ghama li kien jismu Indri.”

Parruccan Belti Dumnikan Indri Borg twieled il-Belt Valletta, fil-parrocca Dumnikana tal-Portu Salvu, kif kienet maghrufa l-Knisja u l-parrocca dak iz-zmien u kif hawn min ghadu jirreferi ghaliha sahansitra sallum. Indri twieled tmintax-il sena wara l-migja ta’ l-Inglizi f’Malta u kif ghidna, ta’ sentejn b’disgrazzja tilef id-dawl t’ghajnejh. Ma nafux sewwasew x’kienet din id-disgrazzja. Nafu zgur izda li spicca ghami miz-zewg ghajnejn. Madanakollu dak li ma setax jara b’ghajnejh kien jarah b’mohhu ghax zviluppa hiliet li ssibhom ghand ftit nies biss. Ma halliex dan id-difett ifixklu Ta’ tifel qalbieni li kien u bl-ghajnuna kollha u l-imhabba ta’ missieru Salvatore u ommu Antonia, Indri ma halliex din id-disgrazzja titfghu lura fil-hajja u l-ambizzjoni prudenti tieghu ghenitu jibqa’ miexi ’l quddiem.

Il-genituri tieghu ntebhu dlonk li Indri mhux biss kellu mohhu tajjeb imma kellu wkoll gibda qawwija lejn il-muzika tant li sa minn età bikrija beda jaghraf il-hsejjes ta’ l-istrumenti muzikali ta’ zmienu. Baghtuh jistudja ghand Maestro Rull Meta ommu u missieru raw l-imhabba kbira u gibda qawwija li Indir kellu lejn il-muzika, baghtuh ghand wiehed mill-aqwa surmastrijiet u ghalliema tal-muzika fil-Belt Valletta, Maestro Rull. Meastro Rull gharaf bilgri bil-genju ta’ Indri li kien dara jara b’mohhu minflok b’ghajnejh u jitghallem minghajr tahbit ta’ xejn. Indri kien ukoll juri entuzjazmu partikolari waqt il-lezzjonijiet ta’ l-aktar suggett ghall-qalbu, il-muzika. Ghall-ewwel Maestro Rull beda jghallmu jdoqq il-flejguta, (illum nghidulu flawt), imma wara ftit beda jghallmu wkoll il-klarinett li kien l-istrument li Indri Borg kien l-iktar jaghzel u jhobb. Ghad li tghallem idoqq ghadd ta’ strumenti, fosthom il-kitarra, il-klarinett baqa’ jdoqqu u jghallmu sahansitra wara li sar surmast tal-baned ewlenin u maghrufa. Jikteb Trattat tal-Muzika Bla ma qatt biss ra partitura, Indri Borg, sehhlu jikteb Trattat tal-Muzika. Mhux kif tghallem il-muzika hu. Imma kif sehhlu jghallimha lil haddiehor u kif sehhlu jiddettaha. F’dan it-Trattat, Indri jfisser bil-Malti l-armonija, il-partituri u l-kuntrappunt. Skond l-istoriku G. Faurè, fil-ktieb tieghu Storja ta’ Malta u Ghawdex, ir-raba’ volum, Indri Borg ghamel fil-fatt, addattament ta’ Trattat miktub fl-1885, minn letterat u muzicist ewlieni. Jekk tistaqsuni imma kif dan, ghama u sehhlu jaghmel dawn l-affarijiet kollha u ahna jigi zmien, fejn ma jkollna hila nlahhqu ma xejn, inwiegeb li mhux kulhadd jitwieled genju.

April 2009

HAMIS IX-XIRKA – VIZTI TAS-SEBA KNEJJES

Minn Mons. Isqof Nikol Guzeppi Cauchi

(Nota tal-website: Dawn il-visti jsiru fil-knejjes izda hsibna li ngibuhom biex iservu ta’ ghajnuna ghal dawk li ma jistghux jaghmluhom jew ghal dawk li fid-dar iridu jaghmlu ftit meditazzjoni u talb)

L-Adorazzjoni Ewkaristika ta’ Hamis ix-Xirka tista ssir billi wiehed izur il-knejjes fejn ikun hemm l-Artal tar-Repozizzjoni u jimmedita fuq il-kobor ta l-imhabba li Kristu wriena fl-Ewkaristija u wara li jrodd is-salib jghid dan it-talb ghal kull vista li jaghmel.

Ghal kull zjara, trid tidhol fil-knisja, tmur quddiem l-artal tar-repozizzjoni, toqghod gharkubtejk, trodd is-salib u tadura bil-qima lil Gesu’ Ewkaristija u tghid it-talba:
“ O Mejda Mqaddsa li fiha Kristu jittiehed bhala ikel, issir it-tifkira tal-Passjoni Tieghu u ruh tintela b’kull grazzja u jinghata r-rahan tal-hajja ta’ dejjem”.

L-Attijiet iz-Zghar:
Mulejja, nemmen fik, kollok veria’
Mulejja, nitma’ fik, kollok hniena
Mulejja, inhobbok fuq kollox, kollok imhabba
Mulejja, nindem ghax offendejtek, kollok tjieba
Mulejja, inqaddes ruhi bis-sagramenti tieghek, kollok qdusija.

Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna

L-EWWEL VISTA - Il-Haruf ta’ l-Ghid
Qari: mill-Ktieb ta l-Esodu (12, 3-7)

Il-Mulej qal lil Mose’: “Kellem lill-gemgha kollha ta’ Israel u ghidilhom: Fl-ghaxra ta’ dan ix-xahar kull wiehed minnkom jiehu haruf kull familja, wiehed kull dar … Intom izzommuh sa l-erbatax ta’ dan ix-xahar, meta l-gemgha kollha ta’ Israel toqtlu bejn inzul ix-xemx u d-dlam. Imbaghad jiehdu mid-demm tieghu u jroxxuh fuq il-gnub u l-blata tal-bibien fejn ikunu se jiekluh.”

Riflessjoni:
Dan il-haruf kien xbiha ta’ Kristu, li gie ssagrifikat fuq is-salib, carcar demmu ghalina bhala prezz tal-fidwa taghn, u mbaghad fl-Ewkaristija tana gismu u demmu bhala ikel u xorb spiritwali taghna. Ghalhekk San Pietru kiteb (I Pt 1,19) li gejna mifdijin “bid-demm ghaziz ta’ Kristu, li kien bhal haruf ta’ ghajb u bla tebgha.”

Talba: Mulej Gesu’, haruf bla tebgha, vittma ghal dnubietna, li fdejtna bis-sagrificcju tal-kalvarju, u fl-Ewkaristija ridt li tibqa’ ggedded dan is-sagrificcju u tkun l-ghixien spiritwali taghna, ahna nroddulek hajr ta’ mhabbtek ghalina u nitolbuk tnaddafna minn dnubietna u zzomna dejjem qrib tieghek. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

 

 

IT-TIENI VISTA - Il-Manna xbieha ta’ l-Ewkaristija
Qari: mill-Ktieb ta l-Esodu (16, 15)

“ Malli wlied Israel raw dan, bdew jghidu wiehed lill-iehor: “Min hu?” – ghax ma gharfux x’inhu. Mose’ qalilhom “Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex tixbghu.”

Riflessjoni:

Il-poplu tal-Ligi l-Qadima, li kien miexi fid-dezert fi triqtu lejn l-Art Imwieghda, kien jehtieg il-manna “ikel gej mis-sema” biex jaqta’ l-guh tieghu u jibqa’ f’sahhtu. Ahna wkoll nehtiegu l-ikel li gej mis-sema, biex nibqghu b’sahhitna spiritwalment u nifilhu nkomplu mexjin fil-pellegrinagg lejn is-sema pajjizna.

Talba: Mulej Gesu’, hobz ta’ l-angli u manna tas-sema, ghallimna int kif ghandna nersqu nircevuk fit-Tqarbin Imqaddes, biex ruhna tissahhah blikel spiritwali li inti tajtna. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

 

IT-TIELET VISTA - Il-Weghda ta’ l-Ewkaristija
Qari: mill-Evangelju ta’ San Gwann (6, 51)

“ Gesu’ wegibhom: “Jien hu l-hobz haj li nizel mis-sema. Jekk xi hadd jiekol minn dan il-hobz jghix ghal dejjem. U l-hobz li jiena naghti huwa gismi ghall-hajja tad-dinja.”

Riflessjoni:

Ghad li l-Lhud ma fehmuhx u tlewwmu bejniethom, izda Kristu b’dawn il-kliem weighed li ser jaghti gismu bhala Ikel u Demmu, biex il-bnedmin ikollhom il-hajja ta’ dejjem bhala xorb. Din il-weghda Gesu’ wettaqha fl-ahhar ikla tieghu meta waqqaf l-Ewkaristija.

Talba: Mulej Gesu’, li ghall-hajja tad-dinja, ridt taghtina dan ir-rigal hekk kbir tat-Tqarbin, sahhah fina l-fidi u t-tama taghna biex nittamaw dejjem fil-weghdiet tieghek, halli din it-tama shiha tkun bhal dawl li jmexxina tul hajitna kollha. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

 

IR-RABA’ VISTA - It-Twaqqif ta’ l-Ewkaristija
Qari: mill-Evangelju ta’ San Mattew (26, 26-28)

“ Huma u jieklu, Gesu’ ha l-hobz f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: “Hudu, kulu, dan hu gismi.” Imbaghad ha l-kalci u qal: “ixorbu lkoll minnu, ghax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred ghall-kotra ghall-mahfra tad-dnubiet.”

Riflessjoni:

Proprju meta l-ghedewwa tieghu kienu qeghdin ihejju sabiex jaqbduh u jaghtuh il-mewt, Kristu, awl il-lejl qabel ma miet ried jaghtina prova kbira u cara ta’ mhabbtu lejna billi hallielna l-Ewkaristija.

Talba: Ahfrilna, O Gesu’, dnubietna u l-ingratitudni taghna lejk, aghmel li naghrfu ahjar imhabbtek u nikkorrispondu ghaliha. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.


 

IL-HAMES VISTA - It-Thejjija ghat-Tqarbin
Qari: mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lil Korintin (11, 28-29)

“ Ha jaghrbel il-bniedem lilu nnifsu, imbaghad jiekol il-hoba u jixrob il-kalci. Min jiekol u jixrob bla ma jaghzel minn ikel iehor il-Gisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tieghu stess.”

Riflessjoni:

Hija xewqa ta’ Kristu li nersqu nitqarbnu ta’ spiss, izda biex nitqarbnu kif jixraq, jehtieg li ruhna tkun hielsa mid-dnubiet mejta, , u li nilqghu lil Gesu’, bil-fidi u l-imhsbbs lejh.

Talba: Kebbsilna qalbna bl-imhabba tieghek Mulej, biex inzommu ‘l boghod mid-dnub u nikbru dejjem izjed fil-qdusija. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

 


IS-SITT VISTA - L-Ghaqda Taghna Ma’ Kristu
Qari: mill-Evangelju ta’ San Gwann (15, 4-5)

“ Ibqghu fija u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergha ma tistax taghmel taghmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqghux fija. Jiena d-dielja, intom il-frieghi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jaghmel hafna frott; ghax minghajri ma tistghu taghmlu xejn. ”

Riflessjoni:

It-tixbih tad-dielja u l-frieghi taghha turina l-htiega li nkunu maghqudin ma’ Kristu, ghax kif il-frieghi jiehdu l-ghixien taghhom mid-dielja, u jmutu jekk jitqacctu miknnha, hekk ukoll ahna, inkunu mejtin spiritwalment jekk ninfirdu minn Kristu. Nghozzu mela l-ghaqda taghna ma’ Kristu, permezz tal-fidi fih u tal-grazzja tieghu.

Talba: O Gesu’, li ridt tibqa’ maghna fl-Ewkaristija, ahna nadurawk u nitolbuk li zzomna dejjem maghqudin mieghek biex qalbna ssir tixbah lil tieghek. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

 

IS-SEBA’ VISTA - L-Ghaqda Taghna l-Bnedmin permezz ta’ l-Ewkaristija
Qari: mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lil Korintin (I Kor 10, 16-17)

Il-kalci mbierek li fuqu nghidu l-barka, m’huwiex ghaqda mad-demm ta’ Krisru? U l-hobz li naqsmu m’huwiex ghaqda mal-gisem ta’ Kristu? Ghax la l-honza hi wahda, ahna, li ahna hafna, ahna gisem wiehed; ilkoll kemm ahna niehdu sehem minn hobza wahda.”

Riflessjoni:

L-Ghaqda ma’ Kristu ghandha twassal ukoll ghall-ghaqda taghna flimkien biex nistghu nkunu “qalb wahda u ruh wahda”. Din l-ghaqda tista ssehh biss fejn hemm il-karita’ jew l-imhabba fraternal. U din hi sinjal li ahna veri dixxipli ta’ Kristu.

Talba: “Mulej Gesu’ Kristu, zommna ‘l boghod minn kull xorta ta’ tilwim, u fawwrilna qalbna bl-imhabba tieghek, biex nirrispettaw u nghinu ‘l-hutna ghall-imhabba tieghek u nahdmu dejjem ghall-
ghaqda li Inti tixtieq fostna. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja ghal hames darbiet, talba ghall-fehma tal-Papa, u Kredu.
Nadurawk O Gesu’ u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

 

 

Fi tmiem is-seba’ visti jixraq li ssir it-tqarbina tax-xewqa.


Tqarbina tax-Xewqa

O Gesu’, jiena nemmen li inti tinsab f’dan is-Sagrament ta l-Imhabba.
O Gesu, jiena nhobbok, u ghax inhobbok jiddispjacini li offendejtek. Nixtieq nircevik gewwa fija, ma nistax nircevik fit-tqarbin, nircevik spiritwalment b’din it-tqarbina tax-Xewqa. (waqfa qasira fis-skiet)

Gesu’, ejja ghandi, irrid inhobbok issa, irrid inhobbok dejjem izjed, la tippermetti qatt li ninfired minnek.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem.
Amen.

Jinghadu wkoll l-invokazzjonijiet:

Ikun imbierek Alla,
Imbierek l-Isem Imqaddes Tieghu,
Imbierek Gesu’ Kristu veru Alla u veru Bniedem,
Imbierek l-Isem ta’ Gesu’,
Imbierka l-Qalb Imqaddsa Tieghu,
Imbierek id-Demm ghaziz Tieghu,
Imbierek Gesu fis-Santissimu Sagrament ta’ l-Artal,
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu,
Imbierka l-kbira Omm t’Alla Marija Santissima,
Imbierek l-Imqaddsa Immakulta Koncezzjoni taghha,
Imbierek it-tlugh glorjuz taghha fis-sema,
Imbierek l-isem ta’ Marija Vergni u Omm,
Imbierek San Guzepp gharus kastissimu taghha,
Imbierek Alla fl-Angli u l-Qaddisin kollha Tieghu.

Referenza:- http://www.xaghraparish.org/

Marzu 2009

Omelija fil-festa ta’ San Ġużepp

Knisja ta’ San Ġużepp, ir-Rabat ta’ l-Imdina

18 ta’ Marzu 2007

San Ġużepp u l-Familja

Fil-Vanġelu tal-lum (Lq 15,11-32) tħabbrilna test profond ħafna, tant illi hemm min jgħid li f’din il-parabbola San Luqa jagħtina sintesi tal-Vanġelu tal-ħniena. Allura nistgħu nirriflettu fuq bosta aspetti għall-ħajja tal-bniedem tal-lum, iktar u iktar fil-kuntest ta’ dawn il-jiem illi fihom il-Knisja qiegħda tiċċelebra s-solennità ta’ San Ġużepp.

Soċjetà mingħajr missier

Teologu ta’ żmienna jgħid: “We are living in a fatherless society”. Għax bla missier, hija fi kriżi wkoll l-identità tal-bniedem, fir-relazzjoni mal-missier ta’ l-iben jew bint. Għaliex qed ngħixu f’soċjetà mingħajr missier? Biżżejjed inħarsu ftit madwarna u nosservaw dak li qed jiġri madwarna, fit-toroq tagħna u fil-familji tagħna, biex nikkonfermaw li qed ngħixu f’soċjetà mingħajr missier. “A fatherless society” ifisser li għandna soċjetà li la taf minn fejn ġejja u lanqas lejn fejn sejra. Immaġinaw bniedem li ma jafx lil missieru jew lil ommu. Għandna diversi esperjenzi bħal dawn ta’ persuni li trabbew fi djar tat-tfal għax huma orfni: mhux għaliex tilfu l-ġenituri tagħhom b’mod naturali imma għaliex ma jafux lill-ġenituri tagħhom. Dawn il-persuni ma jistriħux qabel isibu lil ommhom jew lil missierhom. Meta titlef lil missierek jew ’l ommok titlef l-orjentament ta’ ħajtek u ma jkollokx dak ir-riferiment li teħtieġ fil-ħajja biex inti tkun taf intix miexi tajjeb jew ħażin.

U għax ma nistgħux ngħaddu b’soċjetà mingħajr missier ħloqna figuri jew sistemi ta’ ħsieb li nirrikonoxxuhom bħala missier! Jiġrilna bħat-tifel iż-żgħir tal-parabbola li tbiegħed mid-dar, u sar “a fatherless son”, li berbaq il-ftit ġid li kellu u sab ruħu fil-bżonn, f’sitwazzjoni tassew umiljanti. ’Il bogħod minn missieru huwa tilef l-identità tiegħu bħala iben. Hekk ukoll jiġrilna aħna jekk nitbiegħdu jew ngħixu ħajja mingħajr riferiment tal-Missier: il-ftit ġid li għandna nużawh ħażin, ngħixu ħajja kontinwament ta’ dipendenza u nsibu ruħna f’sitwazzjonijiet tassew umiljanti. Imma forsi aħna tant għomja li n-natura tagħna ma tħalliniex nirrikonoxxu din il-kundizzjoni? Permezz ta’ din il-parabbola Kristu qed jgħinna niskopru min hu l-Missier; dak il-Missier li b’idejh miftuħa jħaddan lil uliedu kollha. Kemm nixtieq li f’dan ir-Randan dan il-Missier ikun magħruf u maħbub!

San Pawl fl-ittra tiegħu lir-Rumani jagħmel affirmazzjoni qawwija: “Il-ħlejjaq qed jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla; għax il-ħolqien jinsab taħt il-frugħa” (Rum 8,19-20). Dak li San Pawl qed jgħid lir-Rumani nistgħu ngħiduh perfettament għalina: is-soċjetà qed tistenna r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla! Is-soċjetà tal-lum tidher indifferenti quddiem il-fenomenu reliġjuż imma għandha għatx biex tiskopri li Ġesù huwa Iben Alla, u f’Ġesù tagħraf lilha nfisha. U jekk il-bniedem huwa iben, Alla huwa Missier, u jekk huwa Missier allura aħna aħwa.

San Ġużepp: ikona ta’ l-iben

Illum nixtieq nitfa’ l-ħarsa tiegħi fuq San Ġużepp, li għalih żgur ma nistgħux ngħidu li kien “a fatherless son”, għaliex il-ftit li nafu fuqu jixhdilna x’rabta huwa kellu mal-Missier. Nixtieq li din ir-riflessjoni tgħinna nifhmu, permezz ta’ Ġużeppi, x’ifisser tkun iben tal-Missier. Ħafna drabi, u ġustament, aħna nirriflettu fuq Ġużeppi bħala l-missier, il-kustodju ta’ l-Iben ta’ Alla li sar bniedem. Imma qabel naslu għal dan nixtieq li npoġġi lil Ġużeppi bħala ikona ta’ kif l-iben għandu jirrelata mal-Missier.

Il-ftit li jgħid il-Vanġelu fuq Ġużeppi jindikalna li bħall-iben iż-żgħir tal-parabbola Ġużeppi wkoll kellu mumenti ta’ diffikultà, kellu mumenti fejn ma fehemx lill-Missier! Imma filwaqt li l-iben iż-żgħir ipprova jsolvi l-problema billi nfatam minn missieru u tbiegħed minnu, Ġużeppi għall-kuntrarju jistaqsi x’inhi r-rieda tal-Missier u huwa ubbidjenti lejh. Huwa għamel dik il-qabża ta’ l-imħabba u twaħħad mal-Missier. Ġużeppi jurina li fil-ħajja tagħna bħala wlied maħbuba ta’ Alla ngħaddu minn mumenti ta’ dlam u ta’ qtigħ il-qalb, imma l-qawwa tal-fidi twassal lill-bniedem biex jirrelata ma’ Alla u jistħarreġ u joqgħod għar-rieda tal-Missier. Kieku l-iben iż-żgħir baqa’ fid-dar ta’ missieru ma kienx jgħaddi minn dawk il-mumenti umiljanti imma kien igawdi mill-ġid ta’ missieru. Il-missier xtaq illi jakkwista lura lill-iben, mhux tant biex jippossedih u jkun tiegħu, imma ħalli jgħinu jiskopri u jgħix id-dinjità tiegħu ta’ persuna li hija wild ta’ Alla.

Nistħajjel li anki l-Missier jaġixxi ma’ Ġużeppi kif il-missier tal-parabbola aġixxa ma’ l-iben iż-żgħir. Il-Missier lil Ġużeppi jlibbsu l-libsa tad-dinjità tiegħu ta’ persuna, tad-dinjità tiegħu bħala iben; ilibbsu wkoll iċ-ċurkett tal-fedeltà tiegħu lejn martu, Marija, li hija espressjoni ta’ l-imħabba tiegħu lejn il-Missier; ixiddlu wkoll is-sandli biex jista’ jmidd il-passi tiegħu fiċ-ċertezza, bil-libertà kollha fil-pellegrinaġġ ta’ fidi li m’hux ħafif.

Allura dan huwa l-appell tiegħi għalina lkoll: li f’realtà bħal tagħna, fejn qegħdin ngħixu f’dinja mingħajr missier, nistenbħu u niskopru l-wiċċ sabiħ ta’ dan il-Missier li jrid iħaddanna lkoll u li lkoll irid ilibbisna l-libsa s-sabiħa, iċ-ċurkett tal-fedeltà, is-sandli biex inkunu ħielsa. Ġesù jgħidilna li “il-verità tagħmilkom ħielsa tassew” (Ġw 8,32), u Ġużeppi huwa ikona ta’ kif aħna nistgħu niksbu din il-verità biex ngħixu l-vokazzjoni proprja tagħna skond l-identità tagħna bħala wlied il-Missier. Imbagħad inkunu f’pożizzjoni biex aħna, bil-ħajja tagħna ta’ kuljum, mgħejjuna minn din ir-riflessjoni spiritwali, frott il-Kelma ta’ Alla, nirrivelaw lis-soċjetà tagħna min huma l-ulied ta’ Alla fis-soċjetà. Id-dinja qed tistenna bil-ħerqa din l-aħbar.

San Ġużepp: ikona tal-Missier

Nistaqsu:x’diffikultajiet hemm biex il-bniedem jagħraf lil Alla bħala Missier? X’wassal lill-bniedem biex jemarġina lil Alla jew biex jeskludih mill-ħajja tiegħu ta’ kuljum?

Fil-vokabularju tagħna l-kelma “missier” ġiet svojtata mis-sens veru tagħha. Irridu nistaqsu jekk fil-mod kif il-missirijiet qed jgħixu l-esperjenza fil-familja jew kif aħna s-saċerdoti ngħixu bħala missirijiet spiritwali tagħkom, aħniex naġixxu b’tali mod li l-kunċett ta’ missier battalnieh minn kull tifsira u veru sens, bil-konsegwenza li l-bniedem tal-lum xħin jiġi biex jirriferi għal Alla u jagħżlu bħala l-Missier, ma jintebaħx bih!

Niftakar meta darba, waqt li kont qed nagħmel il-katekiżmu lit-tfal, kellimthom fuq Alla l-Missier. Qabeż tifel u qalli li ma riedx jaf b’dan Alla l-Missier:“Ma rridx li jkolli x’naqsam miegħu”, qalli! Dan il-kliem lili ssorprendieni,u meta staqsejtu għaliex għamel din ir-reazzjoni hu qalli li ma riedx ikun jaf b’Alla l-Missier jekk dan kien jixbah lil “missieru” fil-familja, għaliex dan kien isawwat lil ommu, jieħu mara oħra d-dar tagħhom u lanqas kien jipprovdilhom għixien.

U allura din hija t-tieni mistoqsija li npoġġi għar-riflessjoni tagħna: meta aħna qegħdin ngħixu l-ministeru patern tagħna bħala ġenituri, x’kontenut qegħdin ngħaddu lil uliedna?

Hawnhekk il-parabbola tal-Vanġelu wkoll tagħtina ħjiel ta’ kif għandu jkun il-missier. Il-missier huwa dak li lill-iben il-kbir qallu: “Ma tafx li dak li huwa tiegħi huwa tiegħek?” Jien nifhem li l-missier tal-parabbola mhux biss ta lil ibnu l-ġid materjali tiegħu imma wkoll tah lilu nnifsu. Nibża’ li fil-familji tagħna ħafna drabi l-ġenituri jikkuntentaw b’li jipprovdu l-ġid materjali lil uliedhom, imma ma jaslux biex jagħtuhom lilhom infushom. L-esperjenza tgħallimna li aħna tqal biex naċċettaw il-verità li ħafna drabi anki t-tfal stess qegħdin jgħidulna: “Aħna ma rridux ir-rigal jew l-oġġett, jiswa kemm jiswa, imma aħna rridu lilkom, Ma… Pa!”

Hawnhekk nitfa’ l-ħarsa tiegħi fuq Ġużeppi, imma din id-darba lil Ġużeppi nippreżentah bħala ikona tal-Missier. Ġużeppi x’jagħtih lil ibnu Ġesù? Huwa jagħtih lilu nnifsu, anki meta ma setax jifhem u għaraf li hemm prezz għoli ta’ din l-għotja sħiħa u inkondizzjonata tiegħu nnifsu lil Ġesù. Ma kienx xħiħ ma’ ibnu Ġesù imma ngħata għalih kollu kemm hu.
Il-preżenza tal-ġenitur

Il-missier tal-parabbola huwa dak li kien dejjem jistenna lill-iben iż-żgħir ġej lura d-dar. Meta dan ġie f’tiegħu u għaraf li għamel żball li ħarab minn missieru, għamel il-kuraġġ u qam biex imur lura għandu, konvint li missieru kien id-dar. L-iben kellu ċ-ċertezza li l-missier kien qiegħed hemm għalih, jistennih b’mod attiv. Inkunu sinċiera u nistaqsu: jistgħu llum uliedna jgħidu b’ċertezza: “Jien sa mmur id-dar u sa nsib lill-ġenituri hemm, jew jekk ma nsibx lit-tnejn insib lil xi ħadd minnhom”?

Dawn huma għażliet li rridu nagħmlu. Jekk uliedna ma jsibux il-preżenza tal-missier u ta’ l-omm fil-familja, allura x’kunċett sa jibqgħalhom tal-missier u l-omm? Kif sa jaslu wliedna biex jagħmlu l-qabża li tgħaddihom mill-missier ta’ din l-art għall-Missier etern? M’hemmx riskju kbir li jekk il-missier fid-dar huwa dejjem assenti, uliedna jistgħu jissuspettaw li anki Alla l-Missier huwa assenti mill-ħajja tagħhom? Għadna nagħmlu minn kollox biex ma nħallux ibejjet f’moħħ u f’qalb uliedna l-ħsieb ħażin li kif il-missier jew l-omm tant għandhom x’jagħmlu illi għalihom l-iben jew il-bint saru wieħed jew waħda mill-ħafna, allura forsi anki Alla jittratta bl-istess mod lill-bniedem! F’kif niżvolġu l-missjoni tagħna ta’ ġenitur hemm ċerta pedagoġija li ssawwar lill-oħrajn.

Jien konvint li Ġużeppi kien dejjem preżenti fil-ħajja ta’ Ġesù. Flimkien ma’ Marija ta trobbija lil Ġesù. Mhux Ġużeppi waħdu jew Marija waħidha għamlet dan, imma t-tnejn flimkien. U anki f’dan ir-rigward Ġużeppi huwa wkoll ikona tal-Missier li għandu jgħinna nagħtu kontenut validu lill-“ministeru” tagħna bħala ġenituri.

Għajnuna psikoloġika lit-tfal

Il-missier tal-parabbola ċertament kellu sens qawwi u għerf profond f’dik li llum tissejjaħ ix-xjenza tal-psikoloġija, għaliex xħin ra lil ibnu ġej u xħin sema’ li ibnu l-kbir qiegħed jilmenta huwa ħareġ għalihom it-tnejn. Jirriżulta wkoll li waqt li ż-żgħir qagħad jistudja kif sa jagħmel l-apoloġija tiegħu lil missieru, malli ltaqa’ miegħu l-missier beda jgħannqu miegħu. L-imħabba ħadet post kull kliem ieħor ta’ skuża jew maħfra.

Għeżież ġenituri, ma naħsibx li nkun nitlob ħafna meta nappellalkom, mhux biex tistudjaw il-psikoloġija ta’ l-ulied, imma biex tirrispettaw dak li n-natura stess tgħallem lill-ġenituri kif għandhom jirrelataw ma’ wliedhom. In-natura stess tgħidlek li mhux l-ulied għandhom jistennewk tiġi lura d-dar, imma li l-ġenitur ikun jistennihom u jekk hemm bżonn joħroġ għalihom ukoll! Imbagħad hemm dik l-attitudni tal-ġenitur li ma għandux bżonn ta’ ħafna kliem, imma bewsa u tgħanniqa ta’ paċi li toqtol dak kollu li seta’ jkisser ir-relazzjoni bejn l-ulied u l-ġenituri. Alla fdalna f’idejna teżori kbar, u jekk aħna ma nagħrfux lil uliedna nagħtuhom trobbija tajba u msejsa fuq l-imħabba, ma nistgħux nagħtu lil uliedna garanzija ta’ futur.

F’din it-trobbija ta’ wliedna nifhem li jista’ jkun hemm każi fejn il-ġenituri jkollhom bżonn ta’ għajnuna speċjalizzata minn psikoloġi u counsellors. Naf li fl-iskejjel tagħna hemm bżonn kbir li wliedna jsibu din l-għajnuna, partikularment dawk li ma għandhomx is-sapport tal-familja; u proprju għaliex m’għandhomx dak li tkellimt fuqu aktar ’il fuq, huma xi ftit disturbati. Imma possibbli sejrin nixxaħħu li noffru lil uliedna, anki f’dawn l-istituzzjonijiet, għajnuna speċjalizzata ħalli ngħinuhom jegħlbu dawn il-mumenti tqal u nevitaw li jkollna persuni disturbati u li jistgħu jibqgħu hekk? Jien nibża’ li jista’ jkun hemm min jirraġuna li nistgħu nagħmlu ekonomija f’din l-għajnuna neċessarja għal uliedna.

Filfatt l-evanġelisti jgħidulna li meta Ġesù ntilef, Ġużeppi u Marija flimkien marru jfittxuh u xħin sabuh aċċettawh u ħaduh magħhom fejn huwa kompla jikber fis-snin, fl-għerf u fil-grazzja fid-dar, għall-kenn tal-ġenituri tiegħu. Dan ifisser li Ġesù kompla jikber fil-proċess tal-maturazzjoni psikoloġika, bil-kura u l-għajnuna tal-missier u l-omm. Wieħed jittama li anki fil-familji tagħna l-ġenituri joffru dan il-kontribut, u jekk ikun il-każ isibu min isostnihom f’dan l-impenn delikat.

Nitlob lil San Ġużepp, kap tal-Familja Mqaddsa, biex jieħu taħt il-patroċinju tiegħu l-familji tagħna, partikularment lill-ġenituri tagħna.

Priedka min-Mons. Mario Grech Isqof ta' Ghawdex

Mehudha mis-sit:- http://gozodiocese.org/

Frar 2009

Niċeċ u statwi ta’ San Ġużepp fir-Rabat.

 

Id-Devozzjoni Ġużeppina fir-Rabat hija antika u profonada ħafna, apparti is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, tal-Arċikonfraternita tiegħu, li sa minn żmien inmemorabli kienet taħt il-Patroċinju tiegħu u l-Festa Pubblika nhar is-Solennita ta’ San Ġużepp iċċelebrata b’pompa kbira mill-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral waħdieni ta’ Malta, flimkien mal-istess Arċikonfraternita, xiehda oħra ta’ din id-devozzjoni huma n-niċeċ u l-istatwi li insibu fit-toroq u l-Pjazez tagħna.

 

Fir-Rabat insibu 19-il statwa jew niċċa ta’ San Ġużepp. Dawn in-niċeċ insibuhom hekk: l-ewwel waħda nintaqaw magħha mal-ħajt tas-Santwarju ta’ San Ġużepp Inkurunat, fuqha naraw imnaqqxa is-sena 1822, imbgħad skond kietba aktar l-isfel naqraw li l-Isqof Publio Sant żejjen din in-Niċċa bl-għoti ta’ l-indulġenzi fl-1863. Faċċata tal-Knisja ta’Ġieżu fuq dar numru 58 nsibu niċċa oħra ferm aristika. Bla dubju l-aktar li nsibu niċeċ ta’ San Ġużepp huwa fil-parti tal-istess partit ġużeppin. Tnejn insibuhom fi Triq Doni l-Qadima waħda ma dar numru 50 u l-oħra 61. Fi Triq San Bert insibu waħda ma’ dar numru 9 u fi Triq San Martin ma’ dar numru 13. Mal-ħajt tal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri insibu ukoll statwa ta’ San Ġużepp u xi qaddisin oħra. Fuq dar numru 12 fi Triq Bir ir-Riebu nintaqaw ma xbieha oħra ta’ San Ġużepp. Fil-faċċata tad-dar kantuniera bejn triq San Franġisk u Triq il-Buskett insibu żewġ niċeċ fuq kull naħa u waħda minnhom tiraprezenta lil San Ġużepp bil-Bambin. Fl-istess xaqliba insibu niċċa oħra ta’ San Ġużepp din id-darba fi Sqaq San Franġisk. In-Naħa tal-Knisja tad-Dumnikani insibu niċċa oħra din id-darba fil-Kantuniera bejn Misraħ San Duminku u Triq Ħad-Dingli. Fi Triq in-Nigret insibu niċċa oħra ta’ San Ġużepp. Fil-wesgħa ta’ quddiem id-Domus Romana naraw il-monument tas-Simposjum Internazzjonali Ġużeppin li sar f’Malta f’Settembru 1997. Ix-xogħol tal-monument sar fil-bronz mill-Iskultur Rabti Profs. Anton Agius. Xogħol sabiħ fil-ġebla maltija, insibuh fuq l-opramorta ta’ Villa Fringilla tal-Familja Bencini fit-telgħa tas-Saqqajja, ħasra li minħabba li jinsab fil-għoli ma jistax ikun gawdut sewwa.

 

Statwa grazzjuza ta’ San Ġużepp saret fil-flats ta’ Triq Għeriexem fis-sena 2002.

 

Fl-okkazjoni tal-100 sena mit-twelid tal-Venerabli Mons. Ġużeppi De Piro is-soċjeta Missjunarja imwaqqfa minnhu poġġiet statwa ta’ San Ġużepp fl-entratura tal-Kunven ta ta’ Sant’ Agata.

 

Xbieha oħra ta’ San Ġużepp tinsab mal-ħajt tad-dar ta’ Patri Adrijan Cachia, fi sqaq numru 2 Triq Bir il-Ljun. Din hija maħduma fiċ-ċeramika mis-Sur Joseph Sultana. Ma’ ġemba insibu ukoll fiċ-ċeramika it-talba ta’ San Ġużepp.

 

L-aħħar statwa nintaqaw magħha fi triq Robert Sammut fil-Villa tal-Perit Joe Agius Bonello.

Jannar 2009

San Guzepp - Patrun ta' Kulhadd

 

Prottetur tal-Vergni


Hija haga sabiha li San Guzepp ikun il-prottetur tal-Vergni. L-innocenza ta' Gesu u l-mara bla mittiefsa kienu protteti minnu. San Frangisk de Sales jghid, "Il-purita ta' dan il-qaddis hija aqwa minn ta' l-angli, ghax bhalma x-xemx tkomlpi ssebbah il-bjuda tal-gilju bir-raggi taghha, ghal ftit jiem, hekk ukoll Guzeppi, mhux ghal ftit jiem biss izda ghal tletin sena shah, gie msebbah bir-raggi tax-Xemx tal-Gustizzja li hu Gesu, u tal-Qamar misterjuz li ha r-raggi mix-xemx, jigifieri l-Madonna". Dan zgur igeghilkom tkabbru d-devozzjoni lejn dan il-Qaddis hekk pur.

Prottetur tal-Familja


Jekk il-pedament tad-dar mhux sod, id-dar facli tiggarraf. Jekk il-pedament taghha mhux sod, is-socjeta tkun bla sinsla. Il-Pedament tas-socjeta hija l-familja.

L-infedelta fiz-zwieg minn dejjem kienet tezisti, imma llum saret haga komuni ferm. Iz-zwieg qeghdin inqisuh bhala xi avventura. Imissna nisthu! Kemm il-darba smajna bi rgiel mizzewga li jmorru ma' nisa ohra, jew nisa mizzewgin li jmorru ma' rgiel ohra. Lanqas rispett lejn uliedhom ma jaghtu xi kultant, basta jiehdu pjacir huma. Nixtieq nigbed l-attenzjoni wkoll biex nghid illi l-imhabba mhux ta' min joqghod jilghab maghha. Din bhall-bahar, zaqqu ratba u rasu iebsa. Jekk tilghab maghha taghmilhielek, imbaghad zgur jinqalghu problemi.kbar illi b'xejn ma' ssolvihom.

Ghalhekk il-familja trid lil xi hadd biex jindukraha. U min hu izjed ta' ezempju mill-Qaddis San Guzepp. Intom rgiel mizzewga u ommijiet, jekk tridu li t-tfal taghkom jitilghu tajjeb, jekk tridu li fil-familji taghkom tirrenja l-paci u l-imhabba, poggu l-protezzjoni tal-familja taghkom taht San Guzepp, bhalma Alla pogga l-Familja Mqaddsa taht il-harsien ta' dan il-Qaddis. "Quem constituit Dominus super familiam Suam".

 

Patrun tal-Haddiema


Kif jaf kulhadd, dan il-Qaddis kien mastrudaxxa, skond kif jghidu l-kittieba tal-Kotba Mqaddsa. Ghalhekk gie maghzul biex ikun il-Patrun tal-haddiema, ghax huwa mudell li ta' min wiehed ikun jixbhu. Ghex hajja ta' fidi kbira. Dan narawh minn kif hemm miktub fil-Vangelu.

Illum bosta mill-haddiema, forsi mhux tort taghhom, jippreferu joqghodu jahdmu l-gimgha kollha bis-Sibt u l-Hadd, u forsi ssib min jaghmillek sahra zejda, meta x-xoghol jitlob is-sahra. Min ma jkunx jista' jaghmel sahra, jipprova jsib xi part-time job. Ghalkemm il-flus huma importanti ghall-familja, wiehed irid joqghod attent li ma jmurx iwarrab lill-familja u jippreferi l-flus. Hawn hafna kazi ta' familji mifrudin sempliciment minhabba f'dan il-punt. San Guzepp ma kellux reghba ghall-flus, harstu kienet li jghajjex lill-familja tieghu. Il-haddiema llum iridu jitghallmu jghaqqdu t-talb max-xoghol.

Patrun tad-Djar Religjuzi


Huwa xempju tal-poverta, kastita u ubbidjenza. Il-familja Mqaddsa hija mudell tal-fraternita ta' hajja religjuza. Hafna djar Religjuzi poggew lil San Guzepp bhala missier taghhom. Dan il-Qaddis huwa l-Patrun ukoll ta' l-iskejjel Insara li jedukaw liz-zghazagh u t-tfal. Kien jindokra 'l-ibnu b'imhabba kbira, li mhux se jinsa lilna li b'herqa u b'fiducja qeghdin insejhulu biex jindukrana. Hafna nies illum m'ghadhomx paxi f'qalbhom ghax ma jhobbux bis-serjeta, isibuha difficli biex jobdu dak li forsi ma tantx idoqqilhom f'widnejhom, u m'ghandhomx ghaqda fil-familja taghhom. San Guzepp kien ragel pacifiku ghax kien jaf ihobb, jobdi u kellu l-ghaqda fil-familja tieghu. Fil-fatt, jekk naqraw il-passaggi tal-Bibbja fejn jissemma San Guzepp, nindunaw li dan dejjem obda dak li talbu Alla. Hares il-familja li kienet fdata lilu b'serjeta kbira. u dejjem oserva l-ligi Lhudija.


Patrun ta' l-Agonizzanti


Kien missier puttativ ta' Kristu, li harsu, helsu mill-mewt ta' Erodi. Hu jhares u jehles lina bl-istess mod, mill-qerda infinita ta' l-infern, jekk ahna nirrikoru lejh bl-akbar fiducja. Hu miet mewta qaddisa ghax hdejh kien hemm Gesu u Marija.
Ghalhekk huwa jidhol ghalina fis-siegha ta' mewtna biex hdejna wkoll ikun hemm Gesu u Marija.
Kemm ghandu x'jghallimna dan il-qaddis u kemm hu qaddis tajjeb biex ikun mudell taghna f'dan iz-zmien biex permezz tieghu naslu ghand Kristu. Ghax kif jista' jkun nghidu li ahna nhobbu l-Paci u rridu l-Paci f'qalbna meta m'ahniex niehdu passi kontra dan il-hazen li qieghed jieqred id-dinja.


Illum mohhna biss biex nikkritikaw u nistghagbu bil-hazen ta' dak u ta' l-iehor. Jekk irridu l-paci jehtieg li nkunu bhal San Guzepp, jigifieri li nkunu nies ta' fidi bil-fatti, u nhobbu lill-ohrajn b'qalbna kollha u b'idejna t-tnejn miftuhin berah bhalma kienu ta' Kristu fuq is-Salib. Ma nistghux inkunu devoti ta' San Guzepp jekk ma' nosservawx dak li kien josserva hu.

Nixtieq nispicca b'talba lil dan il-qaddis;


F'dan il-Jum ghaziz ghal qalbek
Hdejn Guzeppi ferhanin
Insellmulek bl-akbar qima
l-ulied tieghek mahbubin.
Ward mill-isbah inxerrdulek
kull fejn tghaddi O Mahbub
Biex nuruk li inti ssaltan
Tibqa dejjem f'dawn il-qlub.
O Guzeppi xerred fuqna
l-isbah grazzji u barkiet.
Int missierna, l-id hanina
li tharisna mis-smewwiet

 

Kitba ta' Fr.Martin Mamo, Kapuccin
(mehud mir-rivista annwali 2002 tal-Kazin u Banda De Rohan A.D. 1860 Haz-Zebbug)


 

Dicembru 2008

Iz-Zwieg Ebrajk


Iz-zwieg ma kienx isir bhalma nafuh ahna. Iz-zwieg kien jinvolvi principalment lil missirijiet ta' l-gharajjes. Jekk il-missier ikun mejjet, jigi involut l-iben il-kbir. Ir-rabbi iffisaw l-eta minima li fiha wiehed ikun jista jizzewweg. Tnax il-sena ghall-bniet u tlettax ghas-subien. L-gharajjes kienu jigu mlaqqghin mill-genituri. Missier l-gharus kien jaghti certa somma lil missier l-gharusa (tissejjah mehar) ghax peress li issa, l-familja ta' l-gharusa tkun se titlef persuna utli ghax-xoghol, l-gharus ipatti ghal dan it-telf permezz tas-somma moghtija.

Go Elfavtina, l-Egittu, instab dokument ta' firma taz-zwieg ta' tnejn min nies li jghid hekk: "Hija l-mara tieghi u jien zewgha, mil-lum ghal dejjem". Anke San Guzepp kien iffirma l-patt tieghu hekk biex jiehu l-Marija. Mal-firma tal-kuntratt ix-xebba ssir gharusa tar-ragel li hadd hlief il-mewt ma tista tifridha minnu. Izda skond id-drawwa Ebrajka, iz-zwieg kien ikun komplut meta r-ragel ihalli d-dar tal-genituri tieghu u jinghaqad ma' martu; dan kien isir xi sena wara l-firma tal-kuntratt. Il-festa tat-tieg komplut tiehu xi gimgha u tibda billi l-gharusa tmur f'dar l-gharus. Din tidhol b'mant fuq wiccha li jitnehha mill-gharus fil-kamra taz-zwieg. L-gharusa tkun ikkumpanjata minn hafna xebbiet li fil-Vangelu jissejhu vergni (Matt.25, v.1-13) u dawn joqghodu jkantaw kant ta' mhabba. Anke l-gharus u l-gharusa kienu jridu jkantaw u skond il-profeta Geremija l-kant ta' l-gharajjes kien l-izjed mistenni.

Meta l-Madonna harget tqila kienet ghadha ghamlet biss l-ewwel pass taz-zwieg. U dan jispjegah car hafba San Mattew (Matt.1,v.18) li kiteb id-drawwiet Ebrajki bla ma spjegahom. U jkompli San Mattew (Matt1,v.24) "U qam kif qallu l-anglu tal-Mulej u ha lil martu ghandu". U issa li rajna l-kobor ta' dan il-qaddis xieraq naraw ghala llum huwa prottetur u patrun ta' diversi kategoriji ta' nies.

 

Kitba ta' Fr.Martin Mamo, Kapuccin
(mehud mir-rivista annwali 2002 tal-Kazin u Banda De Rohan A.D. 1860 Haz-Zebbug)


 

Novembru 2008

San Guzepp: Ir-Ragel Gust

 

L-isem Guzeppi bil-Lhudi huwa 'Josef' li gejja minn 'Jasaf' li tfisser tkattar. L-ewwel zewg personaggi li jiktbu fuq dan il-Qaddis huma San Mattew u San Luqa. Wara San Guzepp intesa jew ahjar twarrab xi ftit mill-kittieba biex jispikka aktar Gesu. San Guzepp rega beda jissemma fir-raba' seklu minn San Gwann Grizostmu u San Gilormu u Santu Wistin. San Gilormu enfasizza fuq il-Verginita ta' Marija, allura biex jiccara dan il-punt, semma l-Kastita ta' Guzeppi. Santu Wistin tkellem fuq il-qdusija, iz-zwieg tieghu. Rega twarrab San Guzepp fis-sekli ta' wara, u kien propju fit-13 il-seklu meta rega' ssemma minn San Tumas, li kiteb fuq iz-zwieg qaddis ta' Guzeppi u Marija u fuq il-Verginita taghha. Kiteb fuqu wkoll l-J.Gerson (1363 - 1429). L-Arcisqof ta' Cambrai kien ghamel trattat fuq it-12 il-Glorja ta' San Guzepp fl-1495. San Bonaventura, il-kittieb Frangiskan tant maghruf, kiteb fuqu wkoll. San Bernard ta' Siena ghamel studju wkoll billi ha hsieb jghaqqad il-kitbiet ta' qabel biex it-taghlim jingabar fi ktieb wiehed. Isidoro Isolari ghamel trattat ta' Teologija Guzeppina fis-seklu hmistax: "Summa de Donis S.Joseph".

Aktar studju fuq dan il-qaddis insibu f;dawn l-ahhar sekli. Fit-8 ta' Dicembru ta' l-1870, San Guzepp gie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u giet maghzula il-gurnata ta' 19 ta' Marzu, biex tkun iddedikata lilu. Dan sar mill-Beatu Papa Piju IX. Fuq San Guzepp kitbu wkoll San Piju X, Papa Benedittu XV, Piju XI u Piju XII. Il-Papa Piju XII iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Guzepp bhala Patrun tal-Haddiema. Il-Beatu Gwanni XXIII, fid-9 ta' Mejju 1960, kien qal li San Guzepp huwa l-ezempju, il-mudell li jsolvi l-problemi taghna tax-xoghol u fl-ittra tieghu tad-19' ta' Marzu 1961, dan il-qaddis gie meqjus bhala dak li jhares il-Koncilju Vatikan II.

 

Fit-Testment il-Gdid

Skond San Mattew (Kap.1,v.20,) San Guzepp gej mir-razza ta' David. Ukoll skond San Luqa (Kap.2,v.4) jidher car li Guzeppi gej minn din ir-razza. Skond San Mattew (Kap.1,v16) missieru huwa Gakobb, u skond San Luqa (Kap.3,v 23). Gheli huwa evidenti li missieru huwa kif qal San Luqa, Gheli, ghax dan qaluh in-nies ta' Gerusallem stess. Kien il-Kustodju msejjah minn Alla biex jiehu hsieb lil Gesu u lil Marija. Kien ragel zghazugh qaddis u mhux xih kif huwa pprezentat f'hafna stampi u statwi tieghu. L-artisti jpinguh xih biex tidher izjed il-Verginita ta' Marija. Ghalkemm kienu mizzewgin, it-tnejn baqghu vergni. (Matt.1,v. 18-21)

San Guzepp huwa l-Missier legali ta' Gesu. La Marija hija ommu vergni, hekk ukoll Guzeppi huwa Missieru Kast. Missier ghax ir-ragel ta' Omm Gesu, u kast ghax ma kellux x'jaqsam ma' l-Inkarnazzjoni. San Guze[pp jissemma wkoll meta mar ma' Marija l-Egittu biex isalvaw lil Gesu u meta Gesu intilef fit-tempju u wara tlett ijiemsabuh. Xejn izjed ma' nafu fuq il-hajja ta' Guzeppi. Kieku kien ghadu jghix meta Gesu miet fuq is-salib, kieku ma kienx jghid lil Gwanni biex jiehu hsieb lill-Madonna.

Spiritwalita

Il-Vangelu jesprimi l-qdusija ta' dan ir-ragel b'kelma wahda li kien "Gust" (Matt.2,v 19).
Allura kien innocenti, pur, kast, virtuz. Rett, mimli setgha biex jeghleb il-passjonijiet tieghu, u kellu bilanc tajjeb bejn dak li hu uman u dak li hu Divib. Kellu fidi qawwija u dan narawh fit-twemmin tieghu lejn martu li ma hargitx tqila minnu. Il-Fidu u t-tama offrewlu ferh, ottimizmu u mhabba. L-imhabba ddominatlu hajtu.

Kitba ta' Fr.Martin Mamo, Kapuccin
(mehud mir-rivista annwali 2002 tal-Kazin u Banda De Rohan A.D. 1860 Haz-Zebbug)

Ottubru 2008

Carlo Diacono (1876 - 1942) is-Surmast tal-Muzika Sagra u l-Innu tal-Festa ta' San Guzepp fir-Raba ta' l-Imdina

Carlo Diacono twieled iż-Żejtun fl-1 ta’ April tas-sena 1876, bin Orazio u Francesca Saveria Darmanin, li kienu żżewġu fl-24 ta’ Ġunju fil-Kappella ta’ l-Ispirtu Santu meta Orazio kellu 47 sena u tgħammed l-għada, fejn ġie mogħti l-ismijiet ta’ Carlo, Ġwann Battista, Pietru Pawl, Mario, Antonio, Orazio u Salvatur.  It-tieni isem, Ġwann Battista, kien dak ta’ missier Orazio, fil-waqt li l-parrini kienu Pietru Pawl Darmanin, missier ommu, u Marianna Diacono.  Hu ċar, għalhekk, id-derivazzjoni tal-biċċa l-kbira ta’ ismijiet mogħtija. L-isem prinċipali kien dak ta’ omm ommu, Carolina née Dedomenico li kienet mill-Parroċċa ta’ San Pawl, il-Belt.


Il-familja kellha konnessjonijiet stretti mal-belt ta’ Livorno, port prominenti Taljan fil-Baħar Ligurju.  B’hekk insibu li wieħed minn ħut Orazio stabblixxa ruħu bħala negozjant hemmhekk u Orazio fl-1837, ta’ 12-il sena, mar qatta’ sena miegħu, irritorna Malta għal xahrejn, biex reġa’ siefer lura fejn issa dam sal-bidu tal-1843.  Probabbilment, fis-snin ħdejn ħuħ, Orazio tħarreġ fil-kummerċ biex seta’ jħadden din is-sengħa impenjattiva f'Malta.


Jingħad li Orazio kien vjolinista prim u tgħallem Milan. Li studja l-mużika f’Milan iżda jirriżulta improbabbli, l-ewwelnett għad hu stess jistqan li ‘‘in Livorno ... inicamente sono stato’’ u bejn Livorno u Milan hemm ‘il fuq minn 200 kilometru u t-tieninett għax fl-istess dokument hu jsostni li minn dakinhar li ġie lura Malta ‘il quddiem ‘‘non mi sona piu assentato dal’isola’’.  Jekk studja l-mużika barra minn Malta, dan għamila waqt il-perjodu li qatta’ Livorno.


Li din hi premessa loġika tiġi wkoll mill-fatt li fl-1843, is-sena li ġie lura, għaqqad l-orkestra Żejtunija li minnha ħarġet il-Banda Beland fl-1861.  Kien mużiċista kapaċi, inventiv u prattiku, kif jixdhu xi kompożizzjonijiet, fosthom marċi funebri u xi riduzzjonijiet, bħal għażliet minn opri, merfugħa fl-arkivju tal-Banda Beland.


Ma setax għalhekk jonqos li minnufih induna li ibnu Carlo kien twieled b’xejriet fundamentali u talent sostanzjali mużikali u mil-ewwel ħa ħsieb jissensibilizzhomlu. B’faċilità, Carlo tgħallem idoqq, b’padrunanza mnebbħa, l-kwartin u l-orgni.  Ta’ 15-il sena, ikkompona għal banda, Innu f’ġieħ Santa Katarina, Patruna ta’ raħal twelidu, u li matul ħajtu dejjem ħass qima lejha.  Beda jingħata kummissjonijiet biex jagħmel il-mużika f’xi knejjes qrib. F’Novembru ta’ l-1892, meta kellu 16-il sena, idderieġa b’xejn il-mużika tal-Quddiesa tat-‘‘Te Deum’’ u tal-Matutin fil-festa ta’ Santa Katarina u ġie mogħti sufflè rigal u tant mar tajjeb li beda jingħata aktar u aktar servizzi fil-Parroċċa taż-Żejtun.  Gradatament, ħajtu qabdet it-triq iebsa, indefinittiva ta’ mużiċista professjonali li matulha, tajjeb jew ħażin, kellu jimxi. Ukoll meta kellu 16-il sena, ittieħed l-aktar pass siewi fl-iżvillup tiegħu bħala kompożitur - beda jistudja taħt Pawlino Vassallo.  Wieħed mill-erba’ għalliema l-aktar influwenti u kariżmatiċi fil-mixja sistematika u dinamika tal-mużika f’Malta (kif jixdhu biċ-ċar il-kompożituri li ħarġu minn taħt idejh u li ddominaw dinamikament fix-xena mużikali totali f’Malta qabel it-Tieni Gwerra Kbira, mużiċisti kompożituri li jinkludu lil Diacono innifsu, Josie Mallia Pulvirenti, Ġużeppi Abdilla, Duminku Anastasi, Ġużeppi Caruana, Agostinu Camilleri, Pietru Pawl Galea u Lorenzo Gonzi.  Diacono dam jistudja taħt Vassallo għaxar snin sħaħ u miegħu tħarreġ fl-istorja u l-forom tal-mużika, fil-kuntrapunt, fuga, orkestrazzjoni, vuċi u pjanu.


B’digriet tal-Kurja ddatat it-18 ta’ Diċembru tas-sena 1899, inħatar organista fil-Parroċċa taż-Żejtun b’onorarju nominali ta’ 16-il xelin u nofs fis-sena, naturalment valur ta’ dak iż-żmien.  Fis-sitt anniversarju ta’ din il-ħatra, issupplika lil Mons. Pietru Pace, Isqof ta’ Malta, biex jordna jingħatalu onorarju aktar raġunevoli għax, kif kiteb, dak li kellu ‘‘non e sufficiente per pagare lo spesa indispenssble della persona che si adopra per tirare il mantice’’.  Fl-20 ta’ Lulju ta’ l-1906, it-talba ntlaqgħet u l-onorarju rdoppjalu. Fiċ-ċirkostanzi soċjali u partikolari ta’ Malta, l-għejxien prekarju ta’ mużiċista professjonali dejjem straħ primarjament fuq żewġ sorsi - dak li jdaħħal mit-tagħlim u dak li jaqla’ bħala Maestro di Cappella, direttur ta’ baned u kummisjonijiet oħra.  Mill-kompożizzjonijiet kważi xejn għalkemm ħafna drabi waħda mill-kundizzjonijiet tradizzjonalment marbuta ma’ l-impjieg ta’ Maestro di Cappella hi xogħlijiet ġodda miktuba speċifikament għall-knisja li tathulu, biex b’hekk il-kompożizzjoni ma tibqax fenomenu astratt ma punt eżatt ta’ riferiment real tal-kapaċità kreattiva tiegħu. Bħala għalliem ma jidhirx li Diacono nfluwenza l-mixja tal-mużika lokali daqs Pawlinu Vassallo.  Dan mhux neċessarjament ħtija tiegħu għaliex il-kapaċità apparenti ta’ għalliem tiddependi sostanzjalment mil-kapaċità ta’ l-istudenti.  Kellu studenti f’materji diversi - teorija, kompożizzjoni, kant, pjanu - iżda ftit minnhom għamlu marka dejjiema, jew għallinqas pertiċibbli, fil-mixja kulturali ta’ Malta.  Fost dawn it-ftit insibu lil ibnu Frankie, lil Joseph Abela Scolaro, lil Willie Attard u lil Anton Muscat Azzopardi, fil-kompożizzjoni u d-direzzjoni lil Joe Harrison u Anġlu Cefai fil-kant.


Fil-pjanu kellu wkoll lil Maria Stella Cannataci, mwielda ż-Żejtun fis-17 ta’ Awissu ta’ l-1888, li fuq bażi personali, kienet għalih l-aktar studenta distinta u influwenti għaliex saru jinħabbu u fil-15 ta’ Novembru tas-sena 1908 iżżewġu.  Marru joqogħdu f’dar fi Pjazza l-Kbira, ż-Żejtun stess, fejn tweldulhom tmien ulied, ħamsa minnhom, fi ġrajja traġika komuni dawk iż-żmenijiet ta’ kura medika fil-bidu ta’ l-iżvilup awtentiku tagħha u ta’ kundizzjonijiet soċjali prakarji, mietu żgħar. Ma jidhirxli Diacono kien interessat fid-direzzjoni tal-baned bħala mezz ta’ għajxien minkejja li dawn, ħafna drabi kienu jħallsu adekwatament lis-surmastrijiet magħrufa.  Tul-għomru ma’ żewġ baned biss kellu x’jaqsam.  Fuq kollox, il-Banda Beland li għaliha kull ħjiel juri, dejjem ħass ġibda speċjali - għax kienet il-banda ‘ta’ missieru’, għax kienet taż-Żejtun, raħal twelidu.  Kien surmast tagħha bejn l-1897 u l-1903 u għalkemm għadu ta’ età żgħażugħa u fl-ewwel esperjenzi direżivi determinanti, evolvha f’banda superjuri fost l-aqwa ta’ Malta, ir-rispett reċiproku maħluq matul dawn is-snin intwera meta, wara li ddeċieda li ma jkomplix, il-membri nnominawh u hu aċċetta, Direttur Onorarju tal-Banda, ħatra li baqa’ jżomm u jgħożż sa mewtu.


Imbagħad, probabbilment bejn l-1913 u l-1915, kien Surmast tal-banda Bormliża San Ġorġ li l-assoċazzjoni magħha nibtet imħabba li kienet il-banda ta’ Pawlin Vassallo, li sikwit, għalinqas fil-bidu, kien jitolbu jistotwixxih bħala surmast tagħha.
Ma jfissirx li Diacono ma fehemx il-ħtiġijiet partikolari ta’ kompożizzjoniji u direzzjoni ta’ baned.  Ix-xogħlijiet miktuba speċifikament għalihom jieħdu l-padrunanza kompleta li kellu fuq din it-tip ta’ mużika - bħala eżempju insemmu biss l-innu ‘‘A Santa Catarina’’
(1919), xogħol meraviljuż, wieħed mill-aqwa ispirazzjonijiet assoluti li għandna Malta f’din il-forma mużikali; l-innu l-kbir l-ieħor tiegħu, ‘‘Inno alla Immacolata’’ għall-Banda San Ġorġ u l-‘‘Fanfara Romantica’’ għal pistonin solista u banda kbira li kiteb għal Reginaldo Caffarelli, trumbettista solista tal-Banda La Valette, xogħol armonikament u teknikament mil-aktar iebes. L-anqas ma jfisser li ma apprezzax is-sehem ewlieni tal-baned Maltin l-iżvilup kuturali, soċjali u popolari ta’ pajjiżna.  Dan kien jafu u dejjem wera li jafu.  Hekk, per eżempju, insibuh jattendi għal programm prestiġjuż li esegwew il-Banda Prince of Wales tal-Birgu taħt it-tmexxija tas-Surmast kapaċi Jean Gatt fi Pjazza Reġina, l-Belt fil-5 ta’ Ġunju fl-1926, fl-okkażjoni selletiva ta’ għeluq snin ir-Re Ġorġ V. Fuq kollox, fl-1937 aċċetta li jidderieġi 35 banda li daqqew flimkien fuq Kastilja u fil-Main Guard, jiġifieri fil-bidu u fit-tmiem ta’ sfilata memorabbli fil-festi kbar miżmuma fl-Inkoronazzjoni tar-Re Ġorġ V. Il-festi memorabbli ngħalqu l-għada ta’ din l-isfilata meta l-baned tal-Belt, King’s Own u La Valette, daqqew programmi wkoll fil-Main Gaurd taħt il-patroċinju tal-Gvernatur Ġenerali, Sir Charles Bonham-Carter.
Naturlament, iż-żewġ baned daqqew il-programmi tagħhom separatament taħt is-Surmast regolari tagħhom.  Iżda hu ċar li l-baned Maltin ta’ dawk iż-żmien kellhom stima kbira lejn Diacono. Iżda l-għan ewlieni ta’ Diacono ma kienx li jdaħħal l-għejxien mill-baned, ħaġa li kull evidenza turi seta’ jagħmel faċilment, imma prinċipalment mill-mużika ekkleżjastika, u tradizzjonalment, il-Maestri di Cappella Maltin qatt m’aċċettaw direzzjoni regolari ta’ baned.  Din kienet l-għażla konxja tiegħu u għalhekk għażel li jimxi bħal ta’ qablu u dawk kontemporanji, minkejja s-sagrifiċċji nvoluti.


Il-problema inizjali ta’ Diacono kienet id-diffikultà qawwija li jinfiltra b’mod sustanzjali fil-knejjes, maqsuma kif kienu fil-bidu tas-seklu bejn il-Kappella Bugeja u dik ta’ Nani, b’rivalità ħajja u perikoluża bejn partitarji stinati jiffulaw bi ħġarhom il-knejjes fejn tinstema’ l-mużika tagħhom, element popolari li għamel il-problema aktar intransiġenti u mwiegħra. Din is-sitwazzjoni nkwadraħa eżemplarment Dun Kalċedonio Schembri, Kappilan ta’ l-Imsida, meta fis-7 ta’ Ġunju tas-sena 1901, fisser lil Mons. Isqof Pawlu Pace r-raġunijiet li wassluh biex jitlob, għall-ewwel darba fi ġrajjiet l-Imsida, il-ħatra mmedjata ta’ Maestri di Cappella regolari.


Il-konsolidazzjoni suprema tal-popolarità miksuba ġiet f’April 1918 meta fit-Teatru Rjal ittelgħet opra tiegħu ‘‘L’ALPINO’’ fi tliet atti b’kast ta’ karattri Taljani mill-aqwa, diretta minn Mro. Ettore Perosio. "L’Alpino’’ marret in xena 9 darbiet, waħda mill-opri ta’ kompożituri Maltin l-aktar li ttelgħu fl-ewwel staġun tagħhom - fis-16, 17, 18, 22, 23, 25, 27, 28 ta’ April u fir-2 ta’ Mejju. L-esekuzzjonijiet kollha bdew fid-9.00 p.m. ħlief dik tal-Ħadd, 28 ta’ April, li kienet matinee fl-4.00 p.m.
‘‘L’Alpino’’
għamlitu l-kompożitur l-aktar famuż u onorat ta’ żmienu, status li kompla jiġi ġġustifikat ukoll wara bil-kompożizzjonijiet kotrana li kompla jikteb, il-biċċa kbira minnhom esegwiti taħt id-direzzjoni tiegħu stess b’sengħa u mpenn.  Ma kenitx għalhekk sorpriża li ħames snin wara ġie mogħti l-aktar posizzjoni prestiġjuża li jista jirċievi mużiċista f’Malta.  L-Isqof Mons. Dom Mauro Caruana (1887-1943) ħatru Maestro di Cappella tal-Katidral Kon-Katidral wara l-mewt ta’ Pawlin Vassallo.


Ħajjet Diacono issa laħqet livell ta’ trankwilità professjonali mextieq, ħatriet dejjem jiżdiedu ta’ Maestro di Capppella u kummissjonijiet oħra ma jaqtghu xejn, b’reqqa kbira jikteb, jorganizza, jidderieġi, ħajja ta’ kontinwità u ta’ żvolġiment ta’ dak li ħadem bis-sħiħ għalih.  Iżda l-ġlieda mal-ħajja, taħt forma jew oħra, rari tintemm qabel iż-żjara tal-mewt. Imħabba l-ħatra li tah l-Isqof, biex jevita ħela ta’ żmien fi vjaġġar, kellu jħalli raħal twelidu li tant kien iħobb u mar, mal-familja, jgħix il-Belt. Hawn qisu, ma kellux kwiet għax kemm dam joqgħod hemm, biddel ir-residenza mhux inqas minn erba’ darbiet.  Beda f’dar fi Triq id-Dejqa, ġarr għal wieħed mill-appartamenti ‘Valgras’ ta’ Triq Sant’ Ursula, fejn, fil-25 ta’ Ġunju ta’ l-1934, mietet martu Maria Stella.  Mewtha kienet daqqa ta’ ħarta kiefra li espremieha f’Quddiesa tal-Mejtin mill-isbaħ, waħda mill-aqwa ispirazzjonijiet kreattivi u oriġinali tiegħu, il-Quddiesa temmha fid-9 ta’ Novembru ta’ l-istess sena u f’nota kommoventi fl-aħħar faċċata ta’ l-ispartit kiteb: ‘‘Gesù misericordioso date l-esterno riposo all’anima di Maria Stella Diacono rapita all’ampiessi dei suoi cari il di 25 Giogno 1934.’’ Ftit wara mewtha, hu u wliedu ġarrew għal dar fi Triq San Ġwann, quddiem Ta’ Ġieżu, minn fejn imbagħad marru għal appartament f’St. Paul’s Building fi Triq it-Teatru fejn damu sal-1940, sal-biedu tat-Tieni Gwerra Kbira. Fl-istraġi mnissla, il-Belt, imdawra bil-portijiet, ma kenitx il-post ideali fejn wieħed jgħix.  Irritorna ż-Żejtun fejn, għal ftit xhur, il-familja sabet rifuġju ma qariba.  L-aħħar sentejn ta’ ħajtu qattagħhom Ħal Lija, f’dar sabiħa fi Triq il-Kbira, fejn ħaffer xelter privat biex hu u wliedu jkunu jistgħu jistkennu mill-air raids kontinwi, kiefra u feroċi tal-għadu.
Ma setax jonqos li dan iż-żmien waħxi, żmien iebes ta’ biża’, ta’ mard, ta’ ġuħ għami, distruzzjoni, ta’ ħajja inumana f’xelter mudlam, umdu, magħluq, m’affetwawx bis-sħiħ is-sensibiltà artistika u ħalliema tiegħu.  Kien bħal lejl mudlam tar-ruħ li l-konklużjoni traġika u inevitabbli tiegħu kienet il-mewt li seħħet għal għarrieda, wara komplikazzjonijiet kardijaki u respiratorji, fil-15 ta’ Ġunju ta’ l-1942, fit-8.15 ta’ filgħodu fl-età ta’ 66 sena. Il-15 ta’ Ġunju ta’ l-1942, kienet il-1017 jum tal-ġlieda kontra n-Nażiżmu, jum li matulu sar diversi ħbit mill-ajru fuq Malta, jum meta fl-Afrika ta’ Fuq kienet għdejja bla nifs it-taqbida mdemma bejn it-Tmien Armata taħt il-Ġeneral Ritchie u l-Afrika Korps immexxija mill-Ġeneral Rommel.
Imma għal Carlo Diacono, it-taqbida issa kienet intemmet.


Studju ta’ Joseph Vella Bondin.
Ħajr lil James Axisa li għoġbu jibgħatli dan l-artiklu.

Dak l-Artiklu qieghed fil-web site http://www.freewebs.com/modessmusic/index.htm li tghamel unur lil baned Maltin huwa importanti li inzuruha.

Settembru 2008

Niċeċ u statwi ta’ San Ġużepp fir-Rabat.

Id-Devozzjoni Ġużeppina fir-Rabat hija antika u profonada ħafna, apparti is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, tal-Arċikonfraternita tiegħu, li sa minn żmien inmemorabli kienet taħt il-Patroċinju tiegħu u l-Festa Pubblika nhar is-Solennita ta’ San Ġużepp iċċelebrata b’pompa kbira mill-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral waħdieni ta’ Malta, flimkien mal-istess Arċikonfraternita, xiehda oħra ta’ din id-devozzjoni huma n-niċeċ u l-istatwi li insibu fit-toroq u l-Pjazez tagħna.

Fir-Rabat insibu 19-il statwa jew niċċa ta’ San Ġużepp. Dawn in-niċeċ insibuhom hekk: l-ewwel waħda nintaqaw magħha mal-ħajt tas-Santwarju ta’ San Ġużepp Inkurunat, fuqha naraw imnaqqxa is-sena 1822, imbgħad skond kietba aktar l-isfel naqraw li l-Isqof Publio Sant żejjen din in-Niċċa bl-għoti ta’ l-indulġenzi fl-1863. Faċċata tal-Knisja ta’Ġieżu fuq dar numru 58 nsibu niċċa oħra ferm aristika. Bla dubju l-aktar li nsibu niċeċ ta’ San Ġużepp huwa fil-parti tal-istess partit ġużeppin. Tnejn insibuhom fi Triq Doni l-Qadima waħda ma dar numru 50 u l-oħra 61. Fi Triq San Bert insibu waħda ma’ dar numru 9 u fi Triq San Martin ma’ dar numru 13. Mal-ħajt tal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri insibu ukoll statwa ta’ San Ġużepp u xi qaddisin oħra. Fuq dar numru 12 fi Triq Bir ir-Riebu nintaqaw ma xbieha oħra ta’ San Ġużepp. Fil-faċċata tad-dar kantuniera bejn triq San Franġisk u Triq il-Buskett insibu żewġ niċeċ fuq kull naħa u waħda minnhom tiraprezenta lil San Ġużepp bil-Bambin. Fl-istess xaqliba insibu niċċa oħra ta’ San Ġużepp din id-darba fi Sqaq San Franġisk. In-Naħa tal-Knisja tad-Dumnikani insibu niċċa oħra din id-darba fil-Kantuniera bejn Misraħ San Duminku u Triq Ħad-Dingli. Fi Triq in-Nigret insibu niċċa oħra ta’ San Ġużepp. Fil-wesgħa ta’ quddiem id-Domus Romana naraw il-monument tas-Simposjum Internazzjonali Ġużeppin li sar f’Malta f’Settembru 1997. Ix-xogħol tal-monument sar fil-bronz mill-Iskultur Rabti Profs. Anton Agius. Xogħol sabiħ fil-ġebla maltija, insibuh fuq l-opramorta ta’ Villa Fringilla tal-Familja Bencini fit-telgħa tas-Saqqajja, ħasra li minħabba li jinsab fil-għoli ma jistax ikun gawdut sewwa.

Statwa grazzjuza ta’ San Ġużepp saret fil-flats ta’ Triq Għeriexem fis-sena 2002.

Fl-okkazjoni tal-100 sena mit-twelid tal-Venerabli Mons. Ġużeppi De Piro is-soċjeta Missjunarja imwaqqfa minnhu poġġiet statwa ta’ San Ġużepp fl-entratura tal-Kunven ta ta’ Sant’ Agata.

Xbieha oħra ta’ San Ġużepp tinsab mal-ħajt tad-dar ta’ Patri adrijan Cachia, fi sqaq numru 2 Triq Bir il-Ljun. Din hija maħduma fiċ-ċeramika mis-Sur Joseph Sultana. Ma’ ġemba insibu ukoll fiċ-ċeramika it-talba ta’ San Ġużepp.

L-aħħar statwa nintaqaw magħha fi triq Robert Sammut fil-Villa tal-Perit Joe Agius Bonello.

Lulju 2008

                        Bis-saħħa tal-Franġiskani Minuri

 

Fid-29 ta’ Mejju 1956, reġgħet saret talba għall-Inkurunazzjoni. Fl-1 ta’ Ġunju 1956 ir-rikors ġie ffirmat mill-membri tal-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni u mill-Arċisqof Gonzi. Hawn daħal iżjed is-sehem tal-Franġiskani Minuri. Ma kenitx tingħata l-Inkurunazzjoni li kieku r-rikors ma ntbagħatx Ruma mill-Ministru Provinċjal Patri alfons Camilleri, li sab għajnuna Awtorevoli minn Patri Ferdinando Antonelli, li kien konsultur tal-Kongregazzjoni tar-Riti u Prokuratur Ġenerali tal-Ordni. Il-Kardinal Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti laqa’ t-talba biex l-istatwa tiġi nkurunata. Din inqrat quddiem il-membri tal-Kongregazzjoni, u tressqet quddiem il-Papa Piju XII. Il-Papa. minn Castel Gandolfo, fis-27 ta’ Lulju 1956, ħareġ Brevi Appostoliku. Lill-Ministru Provinċjali, esklusivament, intbagħat dak il-Brevi. Il-Mertu kollu ta’ l-akkwist tal-Brevi kien ta’ Patri Ferdinandu antonelli. Mingħajr  il-ko-perazzjoni tiegħu d-digriet qatt ma kien jasal biex joħroġ. Kienet twittit it-triq għal dak li ħafna ħassewh li hu rari ħafna. L-aħbar waslet Malta fit-3 ta’ Settembru 1956. Fis-7 ta’ Ottubru 1956, il-Ministru Provinċjal patri Alfons Camilleri qara fil-Knisja Ta’ Ġieżu tar-Rabat il-Brevi tal-Papa, quddiem folla kbira ta’ nies. L-aħbar ġiebet ferħ kbir magħha. Ir-Rettur tal-Fratellanza, f’ dak iż-żmien, kien in-Nobbli Kavallier Alexander dei Marchesi Apap Bologna. Mill-ewwel ġiet iffurmat kumitat. Kien meħtieġ li jsiru żewġ kuruni tad-deheb: waħda għal-San Ġużepp u oħra għall-Bambin. Inġabar ħafna deheb mingħand id-devoti ta’ San Ġużepp. Ġiet inkarigata d-ditta  Busuttil Jewellery tar-Rabat biex iddewweb id-deheb. Dan ix-xogħol sar fil-Kazin tal-Banda L’Isle Adam quddiem diversi nies.

Gunju 2008

Il- Banda L'Isle Adam u l-Imnarja

Il-Festa popolari tal-Imnarja, iċċelabrata fid-29 ta’ Ġunju, Solennita tal-Martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl, hija waħda mill-eqdem festi tradizzjonali tagħna l-Maltin. L-aktar żewġ postijiet marbutin ma’ din il-festa huma ir-Rabat u l-Imdina, fejn insibu l-Kapitlu tal-Katidral Metropolitan ta’ Malta li jiċċelebra din il-Festa.

Il-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam rat il-fondazzjoni uffiċjali tagħha fl-1860 minn Mro. Indri Borg. Ferm qabel din id-data, fl-1800 diġa konna nsibu banda fir-Rabat u l-Imdina, fejn kienet tieħu sehem fl-Imnarja, dak inhar kienet tħallset 11-il skud mill-Ġurati tal-Imdina. Dawn baqgħu jikkomissjonaw lill-din il-Banda sal-1818, għaliex f’ dik is-sena l-Universita;’ tal-Imdina spiċċat.

Il-Pjazza ewlenija tar-Rabat, bla dubju hija dik ta’ Saqqajja, li hija l-ewwel ħaġa li wieħed jiltaqa magħha kif jasal ir-Rabat. F’ dan il-misraħ insibu n-Niċċa storika tal-Appostlu San Pawl. Din aktarx saret fl-1727 mill-Gran Mastru M. de Vilhena li ried jagħti dehra barokka lill-Imdina. Fil-Preżent din in-Niċċa tinsab taħt il-kura ta’ l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp. Quddiem din in-Niċċa, f’din il-Pjazza ewlenija l-ewwel Banda Rabtija:“L’Isle Adam”, ta’ kull sena tesegwixxi programm vokali u strumentali ta’ l-għola livell. Dan il-programm li ilu jsir sa mill-aħħar kwart tas-seklu 19. Antikament l-istess Banda lejliet din il-festa filgħaxija kienet tagħmel marċ u programm fl-istess pjazza u kien isir ukoll ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art. Sa mill-1905 is-Soċjeta’ Economica Agraria bdiet tistieden il-Banda L’Isle Adam biex tmur iddoqq fil-ġonna tal-Buskett waqt il-Wirja Agrarja organizzata mil-istess Soċjeta.

Fost il-programmi “storiċi” li saru mill-Banda L’Isle Adam f’dan il-jum, insibu dak tal-1912 fejn indaqqet biss mużika ta’ surmastrijiet Maltin biss taħt id-direzzjoni ta’ Mro.Antonio Micallef. Dak tal-1949 fejn indaqq għal-ewwel darba l-Innu tal-Banda L’Isle Adam xogħol ta’ Mro.J.Stivala li mexxa l-istess programm. Dak tal-1960 li sa biex ifakkar l-Ewwel Ċentinarju tal-Banda L’Isle Adam, li tmexxa mill-bravu Mro. A. Muscat Azzopardi, bis-sehem tal-Kor tal-Ħamrun, is-Sopran Hilda Mallia Tabone, it-Tenur Joseph Farrugia u l-Baxx Joseph Bezzina. Dak tal-1978 fejn il-Banda kienet għal-ewwel darba immexxija minn Mro. Philip Gatt. Dak tal-1985 fejn għalaq il-ġimgħa tal-qofol tal-Festi tal-125 sena mit-twaqqif tal-Banda. Dak tal-2005 fejn kien inawgurat il-Planċier tas-Soċjeta’ wara restawr intensiv. L-aħħar wieħed fl-2007 fejn fih ħadu sehem żewġ baned L’Isle Adam u r-“Rivierenland Fanfare Orkest” mill-Olanda.

Din is-sena mhux ħa tkun eċċezjoni għaliex għal darb’oħra l-Banda L’Isle Adam sejra tippreżenta l-Kunċert Annwali u tradizzjonali tagħha f’ dan il-Jum. Din is-sena se jieħdu sehem is-Sopran Karen Camilleri u t-Tenur Joseph Aquilina bi preżentazzjoni tas-Sur Ġorġ Pereso. Dan huwa l-programm li ser jindaqq Innu Pontifiċju, Innu San Pietru u San Pawl (J.Galea), Pomp & Circumstance (E.Elgar), Morning, Noon & Night   (F.V.Suppe), Beauty & The Beast (A.Menken), The Lion King (H.Zimmer), Un amore Cosi grande(G.M.Ferilli), Sancte Paule Apostole  (J.Galea), Inno a Roma (G.Puccini), Tosca (G.Puccini), Innu L’Isle Adam (G.Stivala), Innu Malti R.Sammut. il-Banda L’Isle Adm tkun immexxija minn Mro.Joseph Galea. Kulħadd huwa mistieden. Il-Kunċert ta’ din is-sena ser ifakkar żewġ avvenimenti, dak tal-ftuħ tas-Sena Pawlina fejn se tindaqq silta mużikali ġdida miktuba minn Mro. Joseph Galea. Se jitfakkar ukoll il-kompożitur kbir taljan Giacomo Puccini fejn l-aħħar żewġ siltiet li se jindaqqu huma it-tnejn xogħlijiet tiegħu. Fit-tmiem il-Kunċert isir marċ sa Palazzo Xara. Apparti dan il-Programm il-Banda L’Isle Adam għanda impenji oħra f’ din il-festa. Is-Sibt 28 ta’ Ġunju tagħmel marċ fil-ġonna tal-Buskett fit-8.00 pm. Nhar l-Imnarja filgħodu fit-8.00 am tilqa’ l-purċissjoni bir-Relikwa ta’ San Pietru u San Pawl bis-sehem tar-Rev. Kapitlu Metropolitan u l-Arcikonfraternita ta’ San Guzepp quddiem in-Niċċa storika ta’ San Pawl fuq is-Saqqajja u aktar tard quddiem Palazzo Xara.

 

Kitba tas-Sur Jeremy Debono jidher ukoll fuq is-site Eletroniku www.grajjietmalta.com

Mejju 2008

                                Fl-ewwel Jum il-Ħaddiem

 

L-1 ta’ Mejju kien festa tal-Komunisti u s-Soċjalisti. Imma mill-1956 ill-Papa Piju XII ingħata tifsira nisranija. L-ewwel ta’ Mejju sar Jum il-Ħaddiem. Daħlet fil-Knisja Universali l-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Malta wkoll ingħaqdet mal-kumplament tad-dinja nisranija, u ċċelebrat b’mod nazzjonali dik il-ġurnata għall-ewwel darba. L-istatwa magħżula għall-okkażjoni kienet din tar-Rabat. Tlitt ijiem qabel l-ewwel ta’ Mejju, l-istatwa qadima ta’ San Ġużepp ħarġet mill-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’, u ġiet esposta għall-qima ta’ kulħadd fil-knisja parrokkjali ta’ San Publiju, il-Furjana. Imbagħad, fl-1 ta’ Mejju, l-istatwa nħarġet f’korteo mill-parroċċa għal fuq il-fosos. F’dak il-korteo ħadu sehem il-fratellanzi kollha ta’ San Ġużepp, li hawn fil-Knejjes ta’ Malta. F’ dik l-okkażjoni, ħafna rappreżentanti ta’ ħaddiemaf’isem il-postijiet tax-xogħol tagħhom ippreżentaw bukketti tal-fjuri lil San Ġużepp, u dawn tqiegħdu quddiem l-istatwa. Midju Caruana, ħaddiem, għamel l-ewwel messaġġ lill-ħaddiema. L-arċisqof Gonza mexxa konċelebrazzjoni u, wara li kellimhom, ikkonsagra l-ħaddiema maltin kollha lil San Ġużepp. Fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni, l-istatwa ta’ San Ġużepp ittellgħet mill-Furjana sar-Rabatfuq vettura dekorata bil-fjuri, b’madwar sittin karozza li akkumpanjawha. Ir-Rabat, għalkemm tard bil-lejl, intlaqgħet minn folla ta’ nies iċapċpu u jgħajtu bil-ferħ. Il-korteo għadda mit-toroq prinċipali tar-Rabatf’dimostrazzjoni u bid-daqq tal-qniepen, u baqgħu sejrin bl-istatwa sal-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’.

 

April 2008

Fiċ-ċentru tal-Oratorju.

Sa tmiem is-Seklu dsatax, ma kienx possibli li jkun hemm qima popolari lejn l-istatwa ta’ San Ġużepp daqs kemm kien miextieq. Kienet tkun merfugħa f’niċċa fis-sagristija tal-Oratorju. Id-devoto ma kenux jaraw din in-niċċa, u għalhekk ma kenux jistgħu jitolbu quddiema. Għall-pożizzjoni tagħha fiċ-ċentru ta’ l-oratorju, fil-għoli wara l-artal, kellhu jasal is-seklu għoxrin. Bejn l-1916 u l-1922 ir-rettur tal-Fratellanza kien Kan. Dun Viċenz Vella. Kien bl-inizzjativa tiegħu li l-istatwa tqiegħdet ġon-niċċa fejn narawha illum. Tqiegħdet hemm fl-31 t’ Ottubru 1920. il-qima lejn l-istatwa malajr bdiet tinħass ħafna. L-ispiża tan-niċċa tħallset minn Dun Santin De Piro: ħu l-Qaddej t’Alla Mons.Ġużeppi De Piro Fundatur tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. It-tnejn kienu Fratelli u benefatturi ta’ l-istess Arċikonfraternita’.

Il-poplu nisrani beda jitlob aktar ta’ sikwiet quddiem dik l-istatwa. Kienet daħlet id-devozzjoni lejn il-bastun li hemm f’ id San Ġużepp. F’bosta każijiet ta’ mard serju, il-bastun kien jiġi meħud fid-djar tal-morda u speċjalment tal-moribondi ħalli jsir talb biex jinkiseb il-fejqan mixtieq. Ħafna kienu jiddikjaraw li qalgħu l-fejqan meta f’darhom kellhom dak il-bastun ta’ San Ġużepp.

Il-bastun li jittieħed fid-djar tal-morda illum jinsab ikkonservat b’għożża fis-sagristija tas-Santwarju. Ġie li f’ xi każi gravi ħadhu anki sal-Ingilterra.

Rikorsi li ma ntlaqgħux.

 

Mill-1940 ‘il hawn, tressqu diversi rikorsi lill-awtoritijiet tal-Knisja fil-Vatikan bit-tama li l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi inkurunata b’digriet tal-Vatikan. Imma ħafna emmnu li dik kienet xewqa bla temma għax qatt ma kien instama’ li statwa ta’ San Ġużep ġiet inkurunata. Imma l-istatwa tar-Rabat baqgħet dejjem iżjed tiġi meqjuma. Dan ma kienx mill-fratellanza jew mill-Patrijiet Franġiskani biss. F’Malta kollha daħlet devozzjoni lejn din l-istatwa ta’ San Ġużepp, imsejjaħ “ix-Xiħ”. Il-Fratellanza bdiet taħdem ħafna għall- inkurunazzjoni. F’konsulta ġenerali tat-3 t’ April 1949, meta ir-Rettur kien Dun Ġużepp Vassallo, tħabbar li kienet se tinħatar kummissjoni mill-fratellanza ħalli din tibda taħdem għall-inkurunazzjoni bit-tama li minn Ruma jingħata l-brevi mixtieq. Fl-1 ta’ Ġunju 1949, il-Kummisjoni għal-inkoronazzjoni ltaqgħet għall-ewwel darba fl-Oratorju ta’ San Ġużepp ħalli titħejja t-talba li kellha ssir għall-inkoronazzjoni. Fl-10 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena, ġie deċiż li tintbagħat petizzjoni lill-Papa Piju XII f’isem il-poplu ta’ Malta, u tiġi ffirmata mill-Arċisqof Gonzi. Il-petizzjoni nkitbet minn Patri Beneditt Pirotta, agostinjan. Din fit-12 ta’ Jannar 1950 intbagħtet lill-Kongregazzjoni tar-Riti, b’rakkomandazzjoni ta’ l-Arċisqof. Imma fit-18 ta’ Marzu 1950 il-kongregazzjoni bagħtet tweġiba lill-Arċisqof Gonzi biex tgħidlu li ċaħdet it-talba ta’ l-inkurunazzjoni. Kellhom jidħlu fin-nofs il-Franġiskani Minuri ħalli jgħinu f’din il-petizzjoni. Fit-30 ta’ Novembru, 1950 saret petizzjoni lill-kongregazzjoni minn patri Paċifku Perantoni, ministru ġeneral tal-Ordni tal-Minuri u patri Anġeliku Azzopardi, ministru provinċjal ta’ l-Ordni f’Malta

Marzu 2008

 Pellegrinaġġi

 

Fir-reġistri tal-konsulti tal-Fratellanza, naqraw: “F’din is-sena 1767, ix-xita kenet nieqsa ħafna. Għalhekk, fl-10 t’ April, intalab il-permass mingħand Patri Alessandru Debbattista, is-Superjur tal-Kunvent, ħalli jippermetti lill-fratellanza biex torganizza purċissjoni ta’ penitenza ħalli jitolbu lill-Mulej, bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp, il-grazzja tant mixtieqa. Il-permess ingħata, u l-purċissjoni saret il-Ħadd fuq l-Għid, fis-26 ta’ April.1767. Fiha ħadu sehem il-fratelli u l-Komunita’ u fit-triq bdew jirreċitaw ir-rużarju. Il-korteo reliġjuż mar fi żjara lejn Knisja qadima ddedikata għall-Purifikazzjoni tal-Verġni Mbierka, li kienet jsejħulha Ta’ Xewka (li illum inqerdet għal kollox); kienet żewġ kilometri l’bogħod mir-Rabat, in-naħa tal-Palazz Verdala tal-Buskett”. Hawn tissemma d-Devozzjoni lejn San Ġużepp, imma ma jingħadx li ġarrew l-istatwa tal-qaddis. Pellegrinaġġ li jixxiebaħ, u li fih intalab il-patroċinju ta’ San Ġużeppsar fit-30 ta’ Marzu,1788, lejn l-istess Knisja. Flimkien mal-Franġiskani Minuri, ħadu sehem ukoll il-Karmelitani tal-Imdina.

            Waqt li fiż-żewġ pellegrinaġġi li tfakkru l-istatwa ma’ jidhirx li nħarġet, żgur li ġarrewha fil-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ l-4 ta’ Marzu 1804. Għal darb’oħra, kien hawn niexfa kbira. Għalhekk f’pellegrinaġġ rogazzjonali li sar lejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli, sar ħafna talb għax-xita. Flimkien mal-Patrijiet Franġiskani u l-Fratelli ta’ San Ġużepp ħa sehem is-Senat tal-Imdina. Kien hemm, dik id-darba, il-parteċipazzjoni tal-Patrijiet Dumnikani u Franġiskani Konventwali. Inġarret ukoll l-istatwa ta’ San Ġużepp li ssejħet “antika ħafna” u “mirakoluża”. Refgħuha erba’ Fratelli ta’ San Ġużepp. F’diskors imqanqal, Mons. Schembri, tkellem fuq il-penitenza u l-ħniena t’ Alla, u għafas ħafna fuq kemm Alla jismagħna kull meta nitolbuh bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp. Alla sama’ t-talb tagħhom għaliex, fir-reġistri tal-Konsulti insibu mnizzel: “Il-Poplu devot kien qed jafda fl-interċessjoni tal-Patrijarka kbir tagħna. Kellna tama qawwija lix-xita mixtieqa tinżel. Fil-fatt, wara tmint ijiem, b’ferħ għal-kulhadd, infetaħ is-sema u niżlet ħafna xita li saqqiet tajjeb b’abbundanza l-għelieqi tal-gzejjer tagħna”.

            “San Ġużepp ix-Xiħ” kien jinħareġ f’pellegrinaġġi bħal dawn. Imma l-Fratellanza baqgħet tieħu ħsieb ħafna tal-istatwa proċessjonali li kienet ġiet akkwistata fl-1700. Tant hu hekk li fl-1817 , il-fratelli ddeċidew li jirrestawrawha u jindurawa għax kienet fi stat ħażin. Ix-xogħol artistiku fuqha tħalla f’idejn l-iskultur Sigismondo Dimech (1769-1853) u  tħallas 20 skud. Fl-1850 reġgħet ġiet restawrata u ndurata. Imbgħad, fl-1890 il-fratellanza tat l-istatwa lill-Komunita’ Franġiskana għaliex saret waħda ġdida. Illum naraw fis-sagristija tal-Knisja.

Fl-1825, għandna id-deskrizzjoni l-iżjed dettaljata. Fir-reġistru tal-konsulti, insibu miktub: “Saret talba mill-Gwardjan u r-Rettur biex jingħataw il-permess li jkunu jistgħu jorganizzaw purċissjoni ta’ penitenza minn din il-Knisja (tal-partijiet minuri) sa dik parrokkjali tal-Mosta fl-ewwel Ħadd tas-sena. Fil-purċissjoni, huma riedu iġorru magħhom l-istatwa antika ħafna u devotissima tal-glorjuz patrijarka San Ġużepp, imsejjaħ “ix-Xiħ”. Saret fit-2 ta’ Jannar. Għandna deskrizzjoni ta’ dik il-purċissjoni: “Mexa fuq quddiem is-salib konventwali. Warajh, mexa l-kleru ta’ dak il-kunvent, flimkien mas-saċerdoti u l-kleru djoċesan... Fl-aħħar inġarret l-istatwa devota ħafna tal-Patrijarka San Ġużepp, b’kotra ta’ nies warajha... Meta waslu l-Mosta, il-poplu kanta lill-Mulej għal tliet darbiet l-invokazzjoni Misericordia. Imbagħad, il-kapuċċin patri Feliċjan għamel prietka biex iqnqal għall-penitenza. Tant kien hemm nies b’mod li ħafna kellhom joqgħodu bil-wieqfa. Wara żjara lil Ġesu’ Sagramentat, il-purċissjoni reġgħet lura lejn ir-Rabat.... Wara ftit ġranet, niżlet ix-xita li kienet mixtieqa. Għalhekk tkantat quddiesa bil-ministri fl-artal ta’ San Ġużepp, u fl-aħħar tkanta it-“Te Deum” u l-antifona “Joseph Fili David”.

            Kienet kbira ħafna l-fiduċja l-missirijietna kellhom fl-interċessjoni ta’ San Ġużepp, rappreżentat f’dik l-istatwa antikissima. Għalhekk, meta l-istatwa kienet tinħareġ minn dik il-Knisja għal xi pellegrinaġġ li kien isir minħabba n-nixfa ta’ l-art, dejjem ħadu ħsieb biex joħorġu inċirata magħhom imkebbgħa fi xkora ħalli jħarsu lil dik l-istatwa f’ każ ta’ xita. Ma kenitx xi ħaġa rari li x-xita kienet taqbad nieżla fit-triq tagħhom lura lejn il-Knisja. F’dan, il-poplu nisrani kien jara prova ċara li San Ġużepp ikun sama’ t-talba tiegħu. Kienu jħossu faraġ kbir għax kien jagħti prova li hu kien il-protettur tagħhom fis-sema. Sal-bida tas-seklu għoxrin, dik l-ixkora kienet tinżamm merfugħa fis-sagristija ta’ l-Oratorju. Dnub li mbagħad twarrbet, u ħadd ma jaf x’sar minnha.

            Fl-1850, il-flaġell tal-pesta laqat lil gżiritna. Bl-ordnijiet li ħarġu min-naħa tal-gvern u bit-talb li sar lill-qaddisin patruni tagħna, il-pesta għebet għal kollox. Għalhekk, il-fratellanza ta’ San Ġużepp u l-patrijiet Franġiskani ċċelebraw quddiesa solenni bil-mużika fis-17 ta’ Novembru fl-artal 6ta’ San Ġużepp biex iroddulu ħajr talli ma kienx hemm iżjed il-periklu tal-pesta. L-istatwa ta’ San Ġużepp ix-Xiħ, fl-1852, ġiet restawrata u ndurata. Wara tliet snin, fl-1855, kien hawn fraġell ieħor. Kolera qerrieda laqtet lil Malta. Sar talb ma’ kullimkien. L-istatwa ta’ San Ġużepp inħarġet min-niċċa fejn ma tantx kienet tidher u ġiet esposta għal-qima tal-poplu. Inxtegħlu quddiem l-istatwa ħafna xemgħat u, b’fiduċja kbira, sar ħafna talb. Fit-30 ta’ Diċembru 1855 billi il-kolera kienet għebet, tqaddset quddiesa solenni bil-mużika u tkanta l-Innu Te Josrph Celebrant. Madankollu, id-disgrazzji ma qatgħux. Fit-12 t’ Ottubru 1856, terremot qawwi, li kien ilu żmien twil, ma jinħass wieħed bħalu, heżżeż lil Malta. Kien terremot li kkaġuna ħsarat kbar fil-kampnari u l-koppla tal-katidral u fil-kampnar tal-knisja tal-Karmnu fl-Imdina. Dan tal-karmnu kellu jitniżżel u jinbena mill-ġdid. Il-fratellanza ta’ San Ġużepp ħasset li kellha trodd ħajr lil Alla talli, bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp, ħelset għal darb’oħra minn periklu kbir. Għalhekk, fid-19 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena , ġiet iċċelebrat quddiesa kantata f’ ġieħ San Ġużepp u fiha ħa sehem kulħadd.

            Waqt li l-istatwa ta’ “San Ġużepp ix-Xiħ” baqgħet tintuża għall-okkażjonijiet speċjali, fl-1890 saret statwa ġdida biex tkun proċessjonali. Mons. Pawl Pullicino ried iħallas għal statwa ġdida ta’ San Ġużepp. Il-proposta tiegħu ntlaqgħet u ġiet ikkumisjonata lid-ditta Galard et Fils ta’ Marsilja. Hi statwa li sal-lum għada tintuża fil-purċissjoni tad-19 ta’ Marzu. Hi statwa tal-kartapesta, u tirrappreżenta lil San Ġużepp bil-wieqfa. F’idu x-xellugija, hu jżomm il-Bambin, waqt li fil-leminija jżomm bastun.

 

Frar 2008

San Ġużepp minn San Pawl

 

            F’ dak iż-żmien, il-Knisja parrokkjali ta’ San Pawl kienet tiċċelebra l-festa tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp, li kienet tkun it-tielet Ħadd wara l-Għid. Aktar tard, bdiet tkun it-tielet Erbgħa fuq l-Għid. Kienet issir purċissjoni solenni . Fl-1761, l-Għid il-Kbir ġie l-aktar kmieni li qatt jista’ jkun. Kien fit-22 ta’ Marzu. Għalhekk, fid-19 ta’ Marzu ma setgħetx tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp. Dak in-nhar, kien Ħamis ix-Xirka. Għal dik is-sena, il-festa tal-fratellanza, minflok fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’, saret fil-parroċċa ta’ San Pawl. Kienet il-Ħadd 12 ta’ April: festa tal-Patroċinju. L-ewwel għasar tkanta s-Sibt fil-Knisja Ta’ Ġieżi. Waqt l-Għasar kien hemm esposta l-istatwa ta’ San Ġużepp. Wara  l-għasar, il-Kapitlu tal-Katidral akkumpanja l-istatwa ta’ San Ġużepp sal-Knisja ta’ San Pawl. Il-fratellanza ħadet ħsieb li, f’ San Pawl, issir il-quddiesa tal-festa u t-tieni għasar b’mod solenni. Għal dik is-sena, il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp ħarġet minn San Pawl.

             Is-seklu tmintax hu xhieda ta’ devozzjoni lejn l-istatwa ta’ San Ġużepp, għalkemm l-istatwa, matul is-sena, ma kenitx esposta għall-qima tal-poplu. Ma dankollu, meta nqalgħu xi bżonnijiet speċjali, kienu jiġu organizzati pellegrinaġġi rogazzjonali bl-istatwa qadima ta’ San Ġużepp.

Jannar 2008

 Fratellanza, Statwa u Oratorju.

Komunement, dik ta’ San Ġużepp tissejjah Arċikonfraternita’. Imma din il-kelma tfisser għal waħda primarja li magħha jkunu affiljati l-oħrajn kollha mxerrdin mad-dinja. Ma jidhirx li din tar-Rabat hi hekk. Dokumentazzjoni ma tezistix qabel is-seklu sittax. Hemm biss xi riferimenti ġeneriċi li nsibuhom fir-relazzjoni tal-Vizitatur Appostoliku Pietro Dusina u fil-kontroversji dwar preċedenza. Dokumenti kienu jeżistu, imma ntilfu.

                Lilna hawn tinteressana l-istatwa. L-oratorju jinfed mal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. L-Oratorju inbena fuq ġnien kbir, fl-inħawi ta’ wara l-Knisja. Il-ġnien kien jagħti għal fuq mogħdija. Il-Patrijiet Minuri Osservanti fis-26 ta’ Lulju 1661, kienu laqgħu it-talba tal-Arċikonfraternita. Il-kuntratt kien sar quddiem in-Nurat Nikola Allegritto. Kien ezattament iż-żmien meta l-Fratellanza akkwistat l-istatwa, li adddattatha bħala San Ġużepp. Qabel ma akkwistaw l-istatwa kien hemm kwadru li juri lis-Sagra Familja fil-ħarba tagħha lejn l-Egittu. Hu kwadru tal-1595 u għadu jezisti sal-lum. Mhux ta’ pregju artistiku kbir, imma lejh kien hemm devozzjoni. L-istatwa akkwistata ma tqegħditx minnufih fil-pozizzjoni ċentrali li narawa illum. Fl-1693 il-magħruf Mattia Preti pitter kwadru li juri is-Sagra Familja applikata għax-xogħol. San Ġużepp tpitter jaħdem ta’ mastrudaxxa, waqt li Ġesu’ qiegħed jgħinu, u l-Madonna hi mitfugħa fuq il-xogħol tas-suf. Biż-żmien, din il-pittura ntmisset u għalhekk giet irrovinata. Imbagħad, tneħħiet minn postha fl-1874. Saret oħra minn Pietro Galiardi, Ruman. Turi lil San Ġużepp bil-wieqfa, f’bixra ta’ wieħed li qed iħares lill-Vergni Marija li hi bilqiegħda b’ Ġesu’ ċkejken fuq irkobbtejha. Tidher ukoll mara għarkubbtejha b’simbolu tal-Knisja: li tagħha San Ġużepp kien għadu kif gie maħtur il-Patrun.     

                                               Nuqqas ta’ Ftehim.

Fl-1700 il-Fratelli ta’ San Ġużepp tar-Rabat xtraw b’sitt skudi statwa ta’ San Ġużepp mingħand il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Knisja tal-Karmnu tal-Belt. Hi statwa barokka, magħmula minn gibs u kartapesta. Din l-istatwa bdiet tinħareg fil-purċissjoni tad-19 ta’ Marzu, minflok il-manikin li semmejna.

Id-diskussjonijiet, u kultant qawwija, kienu ta’ sikwit bejn il-Fratellanza u l-Komunita’ tal-Frangiskani. Fl-1760 gie Malta bħala vizitatur ġenerali tal-Frangiskani Osservanti Padre Diego Antonio di Frignano. Rapprezentanti tal-Fratellanza għafsu miegħu biex jiċċaralhom dak li kien tagħhom. Il-patrijiet ma qablux ma’ kulma riedet il-Fratellanza. F’isem il-fratellanza ta’ San Ġużepp huma qalu li, fir-registri tagħhom, kellhom miktub li din il-fratellanza kienet ilha mwaqqfa mill-1245. Imma dan qatt ma kien imsaħħah b’dokumenti validi. Għalhekk, l-ezistenza qadima tagħhom ma setgħetx tigi rikonoxxuta. Il-fratellanza riedet li jiġi ddikjarat li kienet il-proprjetarja assoluta tal-Oratorju. Il-Franġiskani wieġbu li l-fratellanza tibqa’ tgawdi l-jedd li tuża l-oratorju, u tħallas għall-ispejjeż tiegħu. Imma l-oratorju ma hux ħlief parti mill-Knisja. Is-setgħa fuqu kienet f’idejn il-Patri Gwardjan.

 

 

 

Dicembru 2007

San Gwann l-Elemozinier

 

Mario Buhagiar, fl-1989, kiteb: “Hu dubjuz jekk l-istatwa saritx bl-intenzjoni li tiffigua lill San Guzepp…Ghandu mnejn li kien hemm il-hsieb li jiffiguraw biha profeta tat-Testment il-Qadim”. Daqqa ta’ ghajn hafifa lejn l-istatwa malajr turina li kellu jsir sforz biex geghluha tiffigura lill San Guzepp. Jikteb tajjeb Giovanni Bonello li l-iskultur ma kellux f’mohhu li l-qaddis xwejjah izomm f’idejh lil Gesu’ ckejken. Il-bambin gie mizjud tard. Dan hu evidenti ghal aktar minn raguni wahda. Hu evidenti li l-pala ta’ id il-qaddis ma hix mahruga ‘l barra bizzejjed biex terda’ l-Bambin. Barra minn hekk, il-Bambin hu minqux bi stil barokk, waqt li x-xbieha tal-qaddis hi             qadima hafna izjed. Il-Bambin hu minqux fl-injam ukoll; imma hu izghar fil-proporzjon jekk jixxebbah mal-figura tal-qaddis. Inzidu wkoll li l-Bambin ma jzommx fuq id il-qaddis jekk ma jkollux xi haga minn that li zzommu f’postu. Imma, jekk ma hux San Guzepp, irid ikun xi hadd iehor.

 

L-istorja tehodna lura lejn l-1523. Il-Kavallieri ta’ San Gwann, meta kienu ghadhom f’Rodi, kellhom karrakka kbira bl-isem ta’ Sant’Anna, kienet tissejjah “Gran Karrakka” ghax kienet kbira hafna fid-daqs u, fi zmienha, forsi l-akbar wahda li kienet tezisti. Fuqha, kien hemm bicca skultura minquxa fl-injamm li kienet turi fiha lil San Gwann l-Elemozinier. Dan hu qaddis li twieled f’Cipru fit-tieni nofs tas-seklu sitta. Hu zzewweg, imma wliedu mietu kollha zghar; mietet f’eta zghira martu wkoll. Imbaghad hu heles mill-gid kollu tieghu u kkonsagra ruhu kompletament biex iservi lil Alla, u l-izjed f’opri ta’ karita’. Hu gie kkonsagrat sacerdot, u ghazluh bhala patrijarka ta’ Alessandria. Ikkonvinca lill-kleru tieghu biex il-gid tal-knisja jitqassam lill-foqra. Meta l-Egittu sofra bl-invazjonijiet tal-persjani, il-patrijarka Gwanni rtira fil-gzira li tatu t-twelid: jigifieri f’Cipru, u wara ftit, miet lejn is-sena 619. l-Ordni ta’ San Gwann kellu qima kbira lejh. Kronaka tal-bidunett ta’ l-Ordni tghid li l-Ordni mill-bidunett kien that il-harsien ta’ San Gwann, imma mhux San Gwann Battista. Il-patrun ta’ l-Ordni inghad li kien San Gwann l-Elemozinier. Imma, din hi teorija li illum, ma jzommha hadd. Jidher li l-Ordni, mill-bidunett tieghu, kellu lill san gwann Battista, bhala l-qaddis patrun tieghu. Imma hi haga certa li, meta l-gran mastru L’Isle Adam, fl-1523, bena l-akbar karrakka ta’ l-Ordni, u semmieha ghal Sant’Anna, l-istatwa fl-injam li saret ghaliha kienet ta’ San Gwann l-Elemozinier. L-istatwa kienet taghmel parti mill-galljun innifsu. L-ghamla lixxa tan-naha ta’ wara ta’ l-istatwa taghti hjiel li kienet imqieghda ma’ xi faccata lixxa fuq il-karrakka. L-istatwa giet skolpita minn blokka ta’ injam solidu; artistikament, hi ta’ ghamla pjuttost goffa.

 

Sadanittant, il-kavallieri, imkeccijin minn Rodi, gew Malta u, sa l-1548, il-gran karrakka zzarmat. Ghalhekk, l-istatwa ta’ San Gwann tqieghdet fi knisja fit-tarf ta’ Bormla, li kienet ilha tezisti mis-seklu erbatax, u kienet iddedikata propju ghal San Gwann l-Elemozinier. Fl-1680, il-kavallieri nizzlu dik il-knisja u sentejn wara regghu bnewha f’post iehor maghruf bhala Ta’ Ghuxa, fejn ghadha sal-lum. Dak San Gwann kien bil-pala ta’ idu l-leminija miftuha berah, u aktarx li fuqha kienet titqieghed hbejza, biex titfakkar il-karita’ li kien jaghmel mal-foqra u b’bastun f’idu x-xellugija. Imma f’dik il-knisja deher barra minn postu. Ma kenitx xi statwa ta’ valur artistiku.

 

Fit-12 ta’ Novembru, 1678, l-isqof Glormu Molina ta l-permess lill-fratellanza ta’ San Guzepp tar-Rabat biex toprganizza purcissjoni f’gieh San Guzepp. Is-supplika lill-isqof kienet saret mir-rettur tal-fratellanza li kien Bartilmew Borg. Dik il-fratellanza kienet saret wahda hajja hafna. Il-purcissjoni giebet maghha li kien mehtieg li, kemm jista’ jkun malajr, ikollhom statwa ta’ San Guzepp. Min-naha l-ohra, l-istatwa ta’ San Gwann l-Elemozinier kienet intefghet fil-genb fil-knisja ta’ Bormala. Ghalhekk, ma kienx difficli ghall-fratellanza biex tikkonvinci lil dawk li kellhom dik il-knisja ta’ Bormla f’idejhom biex icedulhom dik l-istatwa. Dan gara lejn l-1670. dan hu l-bidu tal-qima ta’ San Guzepp f’din l-istatwa. Bhala statwa qadima u wahda mill-eqdem statwi ta’ l-ghuda, jekk inharsu lejha mill-aspett artistiku, kien jixirqilha li tithalla fl-istat originali taghha. Imma d-devozzjoni lejha, bhala San Guzepp, giebet maghha hafna tizjin, sgraffjar, ilwien, u ndoraturi. Hafna drabi, l-arti jkollha ccedi postha ghad-devozzjoni. Restawr fuq l-istatwa kif jixtiquh l-artisti ma nistghux nimmaginawh.

 

Madankollu, ma jidhirs li l-istatwa ta’ “San Guzepp ix-Xih” kienet tintuza ghall-purcissjoni ta’ nhar il-festa. Kellhom statwa li tissejjah “manikin”: maghmula minn ras u idejn. Ghall-festa, kienet tigi mlibbsa b’libsa tad-drapp abjad irrakmat bil-hajt tad-deheb. Imma, malli tghaddi l-festa, kienu jaqilghu r-ras u l-idejn ta’ l-istatwa u, flimkien ma’ l-ilbies taghha, kienu jintrefghu f’kexxun

Referenza:- Kwadri u Statwi Inkurunati f’Malta u Ghawdex miktub minn Alexander Bonnici OFM Conv,

Dan l-artiklu ikompli ma ta' Novembru u ta' Jannar.

Novembru 2007

Il-Fratellanza u l-Minuri Osservanti

 

Il-Fratellanza ta’ San Guzepp jinghad li giet eretta fl-1345, ghalkemm id-dokumentazzjoni ma tezistix. Hi l-wahda tar-Rabat. Tezisti sa minn hafna zmien qabel ma’ dahlu l-patrijiet frangiskani. Meta nsemmu lill-Frangiskani, hawn ghandna f’mohhna dawk li kienu maghrufin bhala Minuri Osservanti.

Il-Minuri Osservanti huma riforma frangiskana li kellha l-bidu taghha permezz ta’ Fra Paoluccio Trinci minn Foligno fl-1368. fl-ewwel zmien, huma gew meghjunin hafna minn dawk ta’ l-Ordni tal-Minuri, li hu l-Ordni li twaqqaf direttament minn San Frangisk, u li biz-zmien issejhu Minuri Konventwali. Fl-ewwel zmien, huma kienu jiddependu mill-ministru general tal-Konvetwali. Dawn taw lill-Osservanti, fl-ewwel zmien, l-ewwel kunventi u eremitaggi taghhom. Imbaghad fil-koncilju ta’ Kostanza, fl-1415, huma kellhom approvazzjoni ufficjali. Fl-1494, dahlu fil-gzira taghna, fir-Rabat.

 l-iskop ta’ din il-kitba hu li niktbu fuq l-istatwa ta’ San Guzepp u naraw x’devozzjoni kien hawn lejh biex deher jisthoqq li l-istatwa tigi inkurunata. Inkurunazzjoni ta’ statwa hi xi haga rari. F’Malta kien hawn biss dik tal-Bambina ta’ l-Isla, li kienet giet inkurunata fl-1921. Inkurunazzjoni ta’ statwa ta’ San Guzepp kienet wisq izjed rari. Imma l-ewwel li rridu nharsu hu lejn l-istatwa nnifisha, u kif waslet fl-oratorju tal-knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu’, tar-Rabat.

 Ghal x’uhud, jista jkun kurjuz li nghidu li, ghalkemm lill dik l-istatwa ahna nqimuha bhala San Guzepp, l-iskultur taghha, li ma nafux minn kien, ma ghamilhiex bhala San Guzepp.

 Referenza:- Kwadri u Statwi Inkurunati f’Malta u Ghawdex miktub minn Alexander Bonnici OFM Conv,

Dan l-artiklu ikompli ma t’Ottubru u ma li jmiss Dicembru.

Ottubru 2007

                               Statwi ta’ San Guzepp

Sal-bidu tas-seklu hmistax, San Guzepp ma kien maghruf xejn fost il-Maltin. Sa dak iz-zmien, ma kontx issib ragel imsemmi “Guzeppi”. L-ismijiet komuni fost l-irgiel kienu Antonju, Gakbu u Nikola. Imma f’oratorju li jinfed mal-knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu’, ir-Raabt, fic-centru fil-gholi wara l-altar wahdieni li fiha l-knisja, hemm meqjuma statwa devota hafna ta’ San Guzepp li jghidulu “ix-Xih”. Jissejjah hekk ghax l-istatwa hi qadima hafna, u hi l-eqdem statwa ta’ San Guzepp li nafu li ghandna f’Malta. Imma t-titlu jiddistingwih ukoll minn statwi ohrajn ta’ San Guzepp, li ntramaw fil-knisja ghall-festa solenni lo tigi ccelebrata fid-dsatax ta’ Marzu ta’ kull sena, u inhargu f’purcissjoni. Nafu ghallinqas bi tlieta minn dawn. Fin-nicec l-ohrajn li hemm f’dak l-oratorju hemm l-istatwi li jintuzaw ghall-purcissjoni-pageant tal-Gimgha l-Kbira. Meta niktbu fuq San Guzepp ix-Xih, ikollna quddiem ghajnejna lill-Fratellanza ta’ San Guzepp, li ghandha rabta kbira ma’ kulma jintrabat ma’ dan il-qaddts. Hi importanti hafna wkoll ghaliex tat bidu ghad-devozzjoni ta’ San Guzepp fi gziritna. Imma, quddiem ghajnejna, ikollna wkoll lill-Frangiskani Minuri li jharsu u jmexxu kulma hu marbut ma’ din il-knisja li l-isem taghha hu dak ta’ Santa Marija ta’ Gesu’.

Referenza:- Kwadri u Statwi Inkurunati f’Malta u Ghawdex miktub minn Alexander Bonnici OFM Conv,

Dan l-artikluser ikompli mieghu sensila ta' artikli.

 

Frar 2007

San {u\epp u l-Agonizzanti

 

Ma hemm l-ebda moment fil-]ajja tal-bniedem twila jew qasira i\jed importanti minn dak tal-punt tal-mewt; minnu tiddependi fl-a]]ar mill-a]]ar l-eternita’ kollha jew tal-hena jew tat-tbatija. Fl-istess ]in, il-mewt g]al ]afna bnedmin hija esperjenza li tbe\\a’. dan il-bi\a tal-mewt ji[I minn iktar minn fattur wie]ed. Il-bniedem jib\a’ meta jiftakar fil-mewt g]ax i[ib quddiem g]ajnejh it-tbatijiet li jkollu j[arrab qabel ma jmut. Jib\a’ wkoll g]aliex ikun in`ert dwar ix-xorti li sejra tmissu, jekk hux il-premju jew il-kastig. I\jed ukoll jitbe\\a’ meta jiftakar fid-dnubiet li jkun wettaq fil-]ajja tieg]u, u fil-]aqq [ust t’Alla.

 

San {u\epp g]andu qawwa kbira quddiem Alla. Il-patro`inju tieg]u mhux limitat b]al dak tal-qaddisin l-o]ra, b]al meta ng]idu li xi wie]ed minnhom huwa prottetur tas-sajjieda, jew ta’ dawk li g]anhom xi g]amla ta’ mard, Il-poter u l-patro`inju ta’ {u\eppi huwa mifrux fuq il-]ajja ta’ l-insara u fi`-`irkostanzi kollha li jsibu ru]hom fihom, fis-sa]]a u fil-mard, fix-xorti t-tajba u x-xorti l-]a\ina. Huwa g]andu setg]a sa]ansitra fuq it-ti[rib u l-bi\a’ tal-mewt.

 

San {u\epp kien fidil lejn Alla matul ]ajtu kollha, u fidil lejh anke fil-]in tal-mewt. Huwa a``etta tbatijietu u l-agonija tieg]u b’att ta’ ubbidjenza totali lejn ir-rieda ta’ Alla, b’kura[[ u b’sabar kbir.

 

San {u\epp [ie mag]\ul mill-Knisja, b]ala protettur tal-agonizzanti u patrun ta’ mewta tajba. Min a]jar minn {u\eppi seta’ ji[I mag]\ul biex jag]tina din il-protezzjoni u jiddefendina waqt il-mewt? Min jista jag]tina ]arsien aqwa minn tieg]u biex neg]ilbu l-bi\a’ u nirb]u l-a]]ar taqbida maxx-xitan, li nkunu rikonoxxenti lejn il-Knisja li tatna dan il-Patrun hekk setg]ani biex jiddefendina fl-a]]ar moment ta’ ]ajjitna, nitolbuh dejjem b’fidu`ja kbira biex jag]tina mewta qaddisa.

 

Talba:- San {u\epp, patrun ta’ mewta tajba, itlob g]alina biex meta naslu biex immutu nkunu fil-pa`I ma’ Alla u id]ol wkoll g]all- agonizzanti kollha ta’ dan il-jum/lejl.

 

Ta]ri[ ta’ tieba:- In[ib quddiem g]ajnejja ta’ spiss il-g]add kbir ta’ bnedmin li kull moment i]allu din id-dinja u jid]lu fl-eternita’, u nitlob lil San {u\epp sabiex jid]ol g]alihom bl-inter`essjoni tieg]u quddiem Alla.

 

Referenza:- F’Marzu ma’ San {u\epp }sibijiet u Talb mi[bura minn Mons. Isqof Nikol {. Cauchi

Jannar 2007

B’dedika 10 snin mill-Ewwel Simposju Internazzjonali dwar San Guzepp f’Malta

 

Messagg ta’ l-Arcisqof fl-okkazjoni

tas-VII Simposju Internazzjonali

dwar San Guzepp:-

 

Is-VII Simposju Internazzjonali se jsir f’pajjizna dan ix-xahar dwar id-devozzjoni lejn San Guzepp fis-sekli XIX u XX, ghandu jkun okkazjoni mill-isbah biex nifhmu sewwa l-kobor ta’ dak li Alla l-Missier ghazlu biex ikun il-missier legali ta’ Ibnu maghmul bniedem ghalina.

 

Is-Simposju hu okkazjoni tassew ta’ gieh ghall-pajjizna, fejn id-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir tal-Knisja bidet tinxtered fostna xi hames mitt sena ilu, meta l-Ordni tas-Serviti, f’xi pajjizi, beda jiccelebra l-festa ta’ San Guzepp fid-19 ta’ Marzu. Dan kien fl-1326, u ghalhekk xi whud hasbu li l-fratellanza ta’ San Guzepp tar-Rabat twaqqfet fl-1345, izda l-ewwel document zgur li ghandna hut as-sena 1508, meta l-kapitlu tal-katidral u l-magistrati ta’ l-Imdina ddecidew li jibdew jiccelebraw kull sena l-festa ta’ San Guzepp.

 

Minn dak iz-zmien, id-devozzjoni lejn San Guzepp, l-Gharus tal-Vergni Marija, bidet dejjem aktar tinxtered fostna, izda kien biss fis-seklu l-iehor li ndnew l-ewwel knejjes dedikati lil San Guzepp, meta l-Papa Piju IX, fi zmien li fih il-Knisja kienet ghaddejja minn tigrib kbir, waqqaf il-festa tal-Patrocinju ta’ San Guzepp. Din il-festa llum ma nsibuhiex aktar fil-kalendarju liturgiku tal-Knisja, ghax flokha l-Papa Piju XII dahhal il-festa ta’ San Guzepp Haddiem, biex l-eewel ta’ Mejju, jum il-hadddiem, jitqaddes that il-patrocinju ta’ San Guzepp, u ma jibqax aktar dak li kien fl-imghoddi, imma jsir il-jum li fih tingharaf il-qdusija tax-xoghol u jinghata gieh lill-hidma tal-bniedem.

 

Dan it-taghrif storiku fil-qosor jurina kemm hu importanti s-Simposju li se jsir fostna dan ix-xahar. Kelliema u studjuzi minn hafna pajjizi tad-dinja, mic-Cile sal Messiku, mill-Kanada sal-Korea, minn Spanja sal-Polonja, minn Franza sa l-Italja, se jurina kif San Guzepp qatt ma naqsitu l-fiducja f’Alla, ghamel dejjem dak li Alla ried minnu. Meta ntebah bil-misteru li kien qed isehh f’Marija bil-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu, fl-umilta tieghu San Guzepp ried iwarrab ghax hass li ma kienx jisthoqqlu sehem f’dak il-misteru, izda l-anglu tal-Mulej qawwielu qalbu, u laqa’ ghandu lil Marija. Meta Erodi fittex li joqtol it-tarbija Gesu’, San Guzepp, fuq ordni ta’ l-anglu, f’nofs ta’ lejl, harab lejn l-Egittu biex ihares lil Marija u lit-tarbija Gesu’: kien sagrificcju kbir, imma ghamlu ghax din kienet ir-rieda ta’ Alla-ghalhekk l-Iskrittura ssejjah lil San Guzepp il-bniedem gust, il-qaddej fidil u ghaqli li l-Mulej fdalu l-harsien tal-familja tieghu f’Nazaret.

 

Kemm ghandu x’jghallimna San Guzepp! Is-Simposju li se jiftah f’pajjizna ftit granet ohra ic-celebrazzjonijiet liturgici li se jsiru f’Malta u Ghawdex fil-hafna knejjes taghna dedikati lil San Guzepp, ghandhom dejjem aktar isahhu d-devozzjoni taghna lejn San Guzepp, ahnar u nitolbuh biex ihares fostna l-wirt ghaziz tal-fidi li hallewlna missirijietna mit-theddid tal-hazen li ma jonqos qatt, kif darba heles il-hajja tal-Bambin Gesu’ mill-qilla ta’ Erodi u minn dik ta’ dawk kollha li kien qed ifittxulu hajtu

 

Referenza:- Mill-Kurja ta’ l-Arcisqof, illum 3 ta’ Settembru 1997, festa ta’ San Gurgor il-Kbir.

Miktuba:- Minn Mons. Arcisqof Guzeppi Merci fl-okkazjoni tas-VII Simposju li kien sar f’Settembru.

Din is-sena is-Simposju jghalaq 10 snin minn meta sar.

 

Novembru 2006

San Guzepp

“L-Gharus ta’ Marija”

 

Nixtieq inkellimkom fuq xi hadd specjali fil-knisja taghna, ragel li ma tantx nafu fuqu fil-Bibbja, ragel li tajjeb li njunu nafuh sewwa, Guzeppi.

 

Guzeppi huwa ragel kwiet hafna, umli, qalbu tajba u ghandu hafna mhabba. Jista’ jkun ta’ ghajnuna kbira. Hu r-ragel ta’ Marija li hi xi haga kbira u l-missier fil-qalb tal-Bambin Gesu’. Nistghu naghmlu hbieb ma’ Guzeppi. Jista’ jghallimna, kif missier jilqa’ lil ibnu, ihobb lil martu, bl-ghajnuna ta’ Alla. Ghandu hafna xi jghid imma hu bniedem silenzjuz. Ma nisimghux kelma minn tieghu. Hu bniedem kwiet imma prezenti fl-inkurunazzjoni tal-Misteru l-kbir.

 

Nafu ftit wisq fuqu. Hu iben David u art twelidu u tal-familja tieghu hija Betlem. Fiz-zmien tac-censiment Guzeppi kellu jmur Betlem. Li hu stramb huwa li Guzeppi kellu jfittex fejn joqghod, meta mar hemm. F’familji Lhud li kienu jkunu kbar hafna, kulhadd kien jaf lil kulhadd. Kif jista’ jkun li meta Guzeppi mar Betlem ghac-censiment, hu ma marx joqghod ma’ tal-familja? Kif mar ifittex gol-lukanda? Ma setax isib fejn joqghod x’imkien iehor? Din hi haga stramba ghad-drawwiet tal-Lhud: meta xi hadd mill-membri tal-familja jhabbat il-bieb, inti tiftah il-bieb.

 

Kif naraha jien, Guzeppi kien bniedem umiljat u mwarrab minn niesu. Dan il-fatt ghamlu hafna bhal David. L-Istorja ta’ David hija wahda specjali. Meta Alla qal lil Samwel il-profeta biex imur ghand il-familja ta’ Jesse u jahtar re minn fost uliedu, Jesse kien ferhan hafna. Ibnu l-kbir resq lejn missieru, ragel serju u b’sahhtu. Imma Samwel qal: “Dak mhux il-wiehed.” It-tieni wiehed gie, ragel tal-gwerra. Imma ma kienx dak li kien maghzul. U l-istorja regghet irrepetiet ruhha mal-hamsa li kien imiss. Imbaghad Samwel qal: “Inti m’ghandekx tifel iehor?” Imbaghad hu wiegeb: “Iva, ghandi lil David, imma dak ma jinqalax, huwa zghir u jirgha n-naghag,” samwel qallu: “Ibghat ghalih.” Alla qal lil Samwel li David se jkun ir-re tal-futur ta’ Israel u ghalhekk hatruh re. hija haga stramba kif David kien imwarrab minn hutu ghaliex kien dghajjef imma fl-istess hin Alla ghazel lilu.

 

Dejjem nghid jekk Guzeppi kienx jixbah lil David. Biex tghix ma’ Marija zzommha sewwa sinjal li kien bniedem korrett. Ragel b’sahhtu hafna, efficjenti, kburi kien kieku juza lil Marija bhala seftura fil-kcina u mhux kien japprezzaha daqshekk. Biex japprezza lil Marija daqshekk, Guzeppi kien vera ragel twajjeb, qalbu tajba u kwiet.

 

Ma tantx intqal fuq it-tieg ta’ Guzeppi u Marija. F’dak iz-zmien iz-zwieg Lhudi kien isehh f’zewg partijiet. L-ewwel kie jigi t-tieg-celebrazzjoni li kienet iddum sejra sebat ijiem. Imbaghad ir-ragel kien jitlaq wahdu u jibni d-dar wahdu. Meta d-dar kienet tkun lesta, l-gharus kien jigi fuq hmar mal-hbieb tieghu, biex isir bhala zewgha. Kien ikun hemm purcissjoni twila u f’nors ta’ lejl kienet tinstema’ ghajta “Hawn qieghed l-gharus!” L-gharusa u l-hbieb taghha jkunu jistennew b’lampi mixghulin ghall-gharusa titla’ fuq il-hmar u l-koppla titlaq lejn id-dar. Meta l-Bibbja titkellem fuq meta Marija tgharrset lil Guzeppi, din tfisser mizzewga imma c-cerimonja finali ma tkunx ghadga saret; il-purcissjoni u l-laqgha ssir bil-l;ejl. Dak li nafu hu ftit wara t-tieg u qabel ma bdew jghixu flimkien, Marija kellha zjara minghand andlu.

Kietba ta’ Jean Vanier

Referenza:- Is-Santwarju ta’ San Guzepp –Marzu 2003

 

Ottubru 2006

 Il-Glorja ta’ San Guzepp

“Nemmen fil-hajja taz-zmien li gej”

 

 San Guzepp! Dan hu l-Isem qaddis li f’dawn il-granet tal-festa jkun qieghed fuq fomm kulhadd. Il-festa ta’ San Guzepp tqajjem entuzjazmu u ferh specjali fina bhala devoti tieghu, bhal uliedu u bhala dawk li jhobbuh.

 Imma x’tifsira ghandha l-festa?

Biex niccelebraw il-festa ta’ San Guzepp, naghmlu sforzi kbar, ghax nixtiequ li kollox ikun mill-aqwa. Tizjin fit-toroq u fil-knisja, mixghela generali, fjuri, kant, banda, orkestra, qniepen, nar, ilbies, quddies Pontifikali, panigierku: kollox biex jum il-festa jkun mill-isbah u mill-aqwa.

 Dan it-tizjin kollu ghandu messag kbir u importanti ghal kull wiehed u wahda minna. It-tizjin tal-knisja u tat-toroq mhummiex biss turija ta’ imhabba taghna lejn San Guzepp, izda wkoll huma sinjal tal-glorja kbira li l-qaddis Missier taghna jgawdi fis-sema. Dan il-messagg ikompli jikber ghax il-Fidi Mqaddsa taghna tizgurana lilna bhala uliedu, bhala ulied il-Knisja li taghha Guzeppi huwa l-Patrun. Dan ghaliex ahna naghmlu parti mix-xirka tal-Qaddisin, u ghax gejna mifdija minn Ibnu l-Ghaziz fuq is-Salib.

 Il-festa u t-tizjin ghalhekk iridu jfakkruna fil-glorja li hemm tistenniena meta nhallu din l-art biex nidhlu fil-post li hejjelna Gesu’ fid-dar tal-Missier (Gw 14, 2). Il-Festa jehtieg tqanqal fina l-fidi fil-hajja ta’ dejjem; ghandha tfakkarna li hemm tistennieha hajja ohra, bla biki, bla dmugh, u fejn il-mewt ma ssaltanx aktar (Ap 21, 4).

 Il-vara artistika u sabiha tal-Missier taghna trid issahhah il-Fidi taghna fil-hajja ta’ dejjem.

 Ir-raggiera madwar ras San Guzepp, u l-libsa sabiha maghmula minn artist kbir, l-erba’ angli madwar il-pedestall, mhummies hwejjegm ta’ din id-dinja. Matul hajtu San Guzepp ma kellu l-ebda kuruna fuq rasu jew ilbies ghani, lanqas ma kellu angli jservuh, imma kellu biss l-ghodod tas-sengha tieghu, u libsa fqira ta’ haddiem ta’ l-id.

 Imma issa li jinsab fis-sema, it-tizjin li biha huwa mdawwar Guzeppi, jaghtina hjiel ta’ dik il-glorja li qed jgawdi hemm fuq.

 Din hija l-glorja li Alla l-Imbierek jaghti mhux biss lil San Guzepp, imma lil dawk kollha li jwettqu r0rieda mqaddsa tieghu.

 Hija t-tama taghna, illi dawk li qabilna kienu jzejnu u jiccelebraw il-festa bi spirtu nisrani, illum jinsabu fejn San Guzepp fil-glorja ta’ dejjem. Infittzu ghalhekk, li nqawwu fina din il-fidi ghax ahna wkoll nemmnu fix-xirka tal-qaddisin u fil-hajja taz-zmien li gej fejn ma’ Guzeppi u Marija, nghixu ghal dejjem fit-tempju ta’ Alla li jsaltan ghal dejjem ta’ dejjem.

 San Guzepp bierek il-femlji taghna.

Kietba ta’ Mons. Silvestru Magro O.F.M. Isqof ta’ Benghazi

Referenza:- Lehen Il-Komunita’ Guzeppina Rabat 2006

Settembru 2006

Mastru Indrì Borg (1818 - 1902)

Il-banda ta’ Indrì jew il-ġenju ta’ Indrì

Jekk il-Germanizi jiftahru li Beethoven kien genju muzikali ghax kien trux, u kien jikteb dik il-kwalità ta’ muzika, ahna l-Maltin ukoll ghandna biex niftahru b’dan il-persunagg, kif se taqraw iktar il quddiem.   Forsi dan l-isem, Indrì, aktar konna nuzawh bhala kuljunazzjoni ghal xi banda fqira, u konna nghidu li qisha l-“Banda ta’ Indrì”.  Izda, verament, min kien dan Indrì?


Twieled il-Belt Valletta
nhar is-7 ta’ Jannar, 1818, waqt li tghammed l-ghada, 8 ta’ Jannar.  Iben Salvu u Antonia, imwielda Bonello.  Ta’ sentejn, Indrì, b’disgrazzja, tilef id-dawl t’ghajnejh it-tnejn.  It-toqol ta’ din id-disgrazzja ma tantx tellef il-hajja ta’ Indrì, tant li, ta’ età zghira, meta kien imur ghall-quddies, u kien jisma’ dik il-muzika, kien jintebah u jaghraf l-istrument li jkun qed jindaqq.  Kemm missieru, kif ukoll ommu, meta raw il-kapacità tieghu li jaghraf l-istrumenti, baghtuh biex jistudja l-muzika ghand wiehed mill-aqwa surmastrijiet popolari li kien hemm fil-Belt Valletta dak iz-zmien, is-Surmast Rull, fejn dan Rull kien ukoll “Meastro di Cappella”, tal-kon-Katidrall ta’ San Gwann.


Indrì Borg ta bidu ghall-ewwel banda ta’ pajjizna.  Hemm argument dibattibbli dwar min kienet l-ewwel banda f’pajjizna.  Bla ma nidhol f’ebda polemika ta’ min kienet l-ewwel banda f’pajjizna, jidher li z-zewg baned ewlenin kienu l-Banda De Rohan ta’ Haz Zebbug u l-Banda L’Isle Adam tar-Rabat, it-tnejn f’Malta.


Mastru Indrì Borg kien is-surmast taghhom it-tnejn, u l-ewwel wiehed taghhom, u dan kien fis-sena 1860. Jidher zgur li grupp ta’ zghazagh Rabtin kienu digà qeghdin jitghallmu l-muzika, taht Mastru Indrì qabel dik is-sena, u kienu digà daqqew fil-festa ta’ Santa Katerina taz-Zurrieq, izda ma kienux bhala banda ufficjali.  Izda tajjeb li wiehed jghid, li skond l-istoriku, Pietru Pawl Castagna, fil-ktieb tieghu “Storja ta’ Malta
”,  l-ewwel banda nazzjonali saret f’Haz-Zebbug minn Mastru Indrì Borg.


L-istess jghid Dun Salv Ciappara, fil-ktieb tieghu “Storia del Zebbug e sua Parrocchia”, li kien gie ppubblikat fl-1881, ghax jghid li Haz-Zebbug ra l-bidu ta’ l-ewwel Banda Nazzjonali f’Malta, bl-isem “Societa Filarmonica del Zebbug”. Tajjeb li wiehed jinnota li dawn iz-zewg baned, li taghhom Mastru Indrì Borg kien l-ewwel surmast muzikali, huma t-tnejn ghall-festa ta’ San Guzepp, fiz-zewg lokalitajiet, kemm f’Haz-Zebbug kif ukoll fir-Rabat. Dawn iz-zewg baned huma msemmijin ghal zewg granmastri u li t-tnejn kienu devoti ta’ San Guzepp.  Ghalkemm ghidt dan kollu dwar dawn iz-zewg baned ewlenin, jidher ukoll li l-banda San Filep ta’ Haz-Zebbug, Malta
, jista’ kienet hi l-ewwel banda skond dokumenti li jinsabu fl-Arkivji tal-kazin.  Jien mhux se nidhol f’certi dettalji dwar liema verament kienet l-ewwel banda, izda huwa fatt li Mastru Indrì Borg kien Surmast ta’ dawn it-tliet baned fl-istess sena, fl-1860, u dan jixhduh l-istess tifkiriet li jinsabu fit-tliet kazini.  Dan juri l-kobor ta’ dan il-genju muzikali fi zmien primittiv ghall-baned f’pajjizna.


Ghalkemm kien ghami, Indrì Borg ma halliex dan id-difett ifixklu.  Huwa gheleb din il-kundizzjoni billi fetah opportunitajiet godda wahdu, ghalih innifsu, ghax hassu kapaci, u ghax ried jaghti kontribut lill-izvilupp muzikali tal-pajjiz.  Fit-tieni volum tieghu “Rajt Malta Tinbidel”, il-kittieb u gurnalista Herbert Ganado jiddeskrivi b’mod helu l-hiliet ta’ Indrì Borg… “L-ewwel noti fuq ir-ram semmaghhom lil pajjizna dak ir-ragel ghama li kien jismu Indrì.”


Indrì Borg twieled il-Belt Valletta, fil-parrocca Dumnikana tal-Portu Salvu, kif kienet maghrufa l-Knisja u l-parrocca dak iz-zmien u kif hawn min ghadu jirreferi ghaliha sahansitra sa llum.  Indrì twieled tmintax-il sena wara l-migja ta’ l-Inglizi f’Malta u kif ghidna, ta’ sentejn b’disgrazzja tilef id-dawl t’ghajnejh.  Ma nafux sewwasew x’kienet din id-disgrazzja, nafu zgur izda li spicca ghami miz-zewg ghajnejn.  Madanakollu dak li ma setax jara b’ghajnejh kien jarah b’mohhu ghax zviluppa hiliet li ssibhom ghand ftit nies biss.Ta’ tifel qalbieni li kien u bl-ghajnuna kollha u l-imhabba ta’ missieru Salvatore u ommu Antonia, Indrì ma halliex din id-disgrazzja titfghu lura fil-hajja u l-ambizzjoni prudenti tieghu ghenitu jibqa’ miexi ’l quddiem. Il-genituri tieghu ntebhu dlonk li Indrì mhux biss kellu mohhu tajjeb imma kellu wkoll gibda qawwija lejn il-muzika tant li sa minn
età bikrija beda jaghraf il-hsejjes ta’ l-istrumenti muzikali ta’ zmienu.Meta ommu u missieru raw l-imhabba kbira u gibda qawwija li Indrì kellu lejn il-muzika, baghtuh ghand wiehed mill-aqwa surmastrijiet u ghalliema tal-muzika fil-Belt Valletta, is-Surmast Rull u dan gharaf bilgri bil-genju ta’ Indrì li kien dara jara b’mohhu minflok b’ghajnejh u jitghallem minghajr tahbit ta’ xejn.  Indrì kien ukoll juri entuzjazmu partikolari waqt il-lezzjonijiet ta’ l-aktar suggett ghall-qalbu, il-muzika.  Ghall-ewwel is-Surmast Rull beda jghallmu jdoqq il-flejguta, (illum nghidulu flawt), imma wara ftit beda jghallmu wkoll il-klarinett li kien l-istrument li Indrì Borg kien l-iktar jaghzel u jhobb.  Ghad li tghallem idoqq ghadd ta’ strumenti, fosthom il-kitarra, il-klarinett baqa’ jdoqqu u jghallmu sahansitra wara li sar surmast tal-baned ewlenin u maghrufa.Bla ma qatt biss ra partitura, Indrì Borg, sehhlu jikteb “Trattat tal-Muzika”.  Mhux kif tghallem il-muzika hu, imma kif sehhlu jghallimha lil haddiehor u kif sehhlu jiddettaha.  F’dan it-trattat, Indrì jfisser bil-Malti l-armonija, il-partituri u l-kuntrappunt.  Skond l-istoriku G. Faurè, fil-ktieb tieghu “Storja ta’ Malta u Ghawdex”, ir-raba’ volum, Indrì Borg ghamel fil-fatt, addattament ta’ trattat miktub fl-1885, minn letterat u muzicist ewlieni.  Jekk tistaqsuni imma kif dan, ghama u sehhlu jaghmel dawn l-affarijiet kollha u ahna jigi zmien, fejn ma jkollna hila nlahhqu ma xejn, inwiegeb li mhux kulhadd jitwieled genju. Indrì Borg kiteb jew ghamel arrangamenti muzikali godda ghal diversi Polki, Valzi, Kwadrilji, Marcijiet, Sonati u Innijiet.  Fost dawn l-innijiet li kiteb, l-ewwel wiehed iddedikah lil San Duminku, liema .  Fil-kaz ta’ Indrì Borg nistghu nikkonfermaw dan.  Minkejja li d-dawl f’ghajnejh mill-gdid ma tahulux, tah ghal mitt darba l-kuragg li ma jaqta’ qalbu minn xejn u jhares dejjem ’il quddiem.  Huwa tghallem idoqq l-orgni imma mhux biss, ginnu ndaqq u tkanta mit-tfal nhar San Duminku tal-1860, fil-Belt.  Kiteb ukoll innijiet iddedikati lil San Filippu, lil San Publiju, Lil Sant’Andrija kif ukoll lill-Madonna ta’ Liesse.  Il-versi ta’ dawn l-innijiet inkitbu bit-Taljan minn Dun Guzepp Zammit (Brighella), mill-Professuri Cesare Vassallo u Antonio Crescimanno u ohrajn.  Ilkoll nies kbar fil-kamp letterarju u muzikali.


Nisthajjilkom tistaqsuni, imma galadarba kien ghama, x’kien jaghmel biex jikteb il-muzika?  Kien jiktibha hu jew kien jiktibhielu haddiehor?  Kif kien jasal li jaqraha u jifhimha?  Nista’ nwegibkom li Indrì kien jimxi fuq muzika ta’ haddiehor u kien jikteb huwa wkoll.  Il-muzika kien jiktibha fuq injama li kellha l-Pentagramma, ir-rig muzikali bil-hames linji mhaffrin biex huwa jkun jista’ jhosshom b’subghajh.Nistghu nghidu li Indrì kien juza sistema primittiva ta’ braille.  Imbaghad kien jaqbad bicciet tax-xama’, li dejjem kien izomm hdejh, jaghmilhom bocca bocca ta’ daqsijiet differenti u jwahhalhom fuq ir-rig muzikali kull fejn ikun irid iqieqhed nota skond il-melodija li jkun qed johloq.  Wara dan, kien isejjah lil xi hadd vicin tieghu u jqabbdu jikkopja dik il–muzika fuq il-karta sabiex haddiehor ikun jista’ jdoqqha.  Wara li jkun semaghha, kien imbaghad jaghmel it-tiswijiet mehtiega. Nghidu li Alla jaghlaq bieb u jiftah mija
hax ghamel isem ukoll fix-xoghol tat-tiswijiet taghhom.  Minbarra l-orgni tal-katidrall ta’ l-Imdina u ta’ San Duminku tal-Belt Valletta, kif ukoll orgnijiet ohrajn imxerrdin ma’ Malta kollha, Mastru Indrì jibqa’ jissemma’ ghall-bicca xoghol kbira li kellu sabiex jerga’ jarma mill-gdid l-orgni tal-knisja Arcipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt ukoll.


Indrì Borg izzewweg lil Marianna, kunjomha xebba Ebejer, fis-sena 1848.  Huma kellhom tifel li semmewh Guzeppi.  Meta tfarfar u tharreg sew fil-muzika kien ihazzez fuq il-karta l-melodija muzikali miktuba minn missieru fuq lavanja specjali.  Minbarra l-ewwel taghlim ma’ missieru, Guzeppi kompla jitharreg taht is-Surmast Giuseppe Malfiggiani u l-Kanoniku Luigi Fenech sakemm ikkwalifika bhala surmast tal-banda.Kien Guzeppi, iben Indrì Borg, li fl-1874 waqqaf il-banda La Stella, li mbaghad saret Nazionale jew Nazionale Vincitrice.  Kien ir-Re Dwardu ta’ l-Ingilterra li bidlilha isimha f’King’s Own.  Guzeppi ta bidu wkoll ghall-banda Prince of Wales.Mastru Indrì Borg naqqax ismu bil-kbir ghaliex primarjament kien hu li waqqaf l-ewwel baned organizzati f’pajjizna.  Mohhu baqa’ jahseb x’sejjer jaghmel biex iwaqqaf banda kif suppost.  Riedha komposta minn bandisti li jdoqqu dawk l-istrumenti li kienu jindaqqu fil-baned militari.  Sadanittant Indrì kien tghallem l-istrumenti kollha.  Kienet is-sena 1860 li Indrì ghaqqad grupp ta’ sittax il-bandist f’Haz-Zebbug biex ifforma l-ewwel banda formali.  Wara ftit Indrì waqqaf il-banda L’Isle Adam fir-Rabat, Malta.


Indrì Borg stinka biex lahaq fejn lahaq.  Ismu kien sar maghruf gmielu.  Indrì Borg kien ifisser success.  Ma kellux bzonn reklamar.  Kien bniedem b’hafma doni sbieh.  Bhalma kibru l-baned u l-kazini taghhom matul iz-zmien. L-ewwel bandisti kienu aktarx johorgu jdoqqu taht xi nicca ta’ xi qaddis fil-kantuniera u fit-triqat tal-Belt, sabiex din il-banda forsi taqla’ xi haga u tkun tista’ tghix.  Ghall-bidu l-bandisti kienu ftit, xi tnejn idoqqu l-volin, wiehed jonfoh fil-kurunetta, iehor ihabbat fuq it-tambur flimkien ma’ muzicisti ohrajn.  Il-popolarità malajr xterdet.  In-nies kienu jhobbuh qatiegh dan id-daqq.  Kienu jaghtu xi sold b’rizq il-banda imma l-akbar qliegh kien jingabar minn xi sinjur jistieden il-banda ddoqq wara bieb daru. Il-baned prestigjuzi ta’ Indrì Borg kienu jdoqqu wkoll meta mistiedna ghal xi okkazjonijiet varji, imma partikolari bhal maghmudijiet, zwigijiet, gradwazzjonijiet, insomma f’festi memorabbli li naturalment kienu jkunu okkazjonijiet mill-aktar sbieh.  Kienu jkunu mistiedna meta xi hadd ikun ilu msiefer u jigi mis-safar u kienu jilqghuh bil-banda, xi hadd li jkun rebah xi kawza fil-qorti, u okkazjonijiet celebri ohra.


B’xorti hazina, minbarra l-muzicisti ta’ Mastru Indrì, feggew ohrajn, li biex jaqilghu l-ghixien taghhom kienu jdoqqu fuq il-lanec jew fuq il-ferrovija biex iferrhu lill-passiggieri.  Dawn kienu baned ta’ kafkaf li kienu jdejjqu u jiffittaw u jurtaw lil kulhadd.  Tant li gew ipprojpiti mill-pulizija minhabba l-ksur tal-paci pubblika.  Ghalhekk gara, li l-banda mghallma li kellu Indrì Borg, issa hadet isem hazin ghax ghad li hadem u habrek hajtu kollha ghall-muzika, Indrì qatt ma staghna, baqa’ fqir.  Kif jigrilhom dawk kollha li ma jahdmux ghall-hxuna ta’ bwiethom u l-ippuppar ta’ zaqqhom, imma ghax ihobbu xoghlhom u jemmnu fl-ghemejjel taghhom. Indrì Borg miet xih, fqir u ghama, fl-Imgieret, f’Hal Luqa, fil-ghomor ta’ 84 sena. Ibnu Guzeppi kompla fejn halla missieru izda ghad illi l-partitarji tal-baned ta’ zmienna jafu l-fama taghhom u tal-banda taghhom lil dan il-pijunier, xorta wahda jghajjru lil xulxin bil-banda ta’ Indrì meta jqum xi ghawg bejniethom. Hasra, ghax il-baned kollha imisshom jafu l-istorja ta’ dan il-pijunier genju kontemporanju u jimitaw l-gherf li kellu u d-dedikazzjoni personali ghall-muzika.  Indrì Borg fl-isem tieghu u fil-hidma impressjonanti tieghu fil-qasam muzikali ma jmut qatt.  Indrì Borg ghandu jingharaf aktar biex fil-gejjieni ismu jibqa’ jitlissen u jidwi ma’ kullimkien. Jiena ta’ l-idea li l-allievi ta’ llum, minbarra l-prattika u t-teorija muzikali, ghandhom ukoll jitghallmu l-istorja tal-muzika Maltija u jekk hemm bzonn, ukoll dik barranija ghax ahna mhux nippikaw ma’ pajjiz iehor irridu fil-kultura imma nahdmu flimkien biex insahhu l-kulturi.  Ghax li kieku jitghallmu dan l-allievi taghna, il-genju muzikali ta’ Indrì Borg ma jintesiex.  Nies bhal Indrì Borg jaghmlu kuragg lil min jaqta’ qalbu ma’ l-icken saram tal-hajja.  Genji muzikali ma jitwieldux kuljum.  Imma bhal u daqs Indrì Borg, ma jmutu qatt mill-memorja taghna.


Kitba ta’ Victor Scerri li dehret fil-gazzetta “It-Torca” fis-27 ta’ Lulju, 2003.

Awissu 2006

Il-Beatu Gorg Preca jikteb fuq il-Tlugh fis-Sema ta’ Marija Santissima bir-Ruh u l-Gisem.

Dun Gorg kien ihobb jimmedita fuq Marija Omm Gesu’, u b’mod specjail fuq it-tliet privilleggI kbar lit aha Alla: li tnisslet bla tebgha ta’ dnub (Il-Koncepiment Immakulat), li Alla Ghazilha biex tkun Omm Ibnu maghmul bniedem (Il-Maternita’ Divina), u t-tlugh glorjuz taghha fis-sema bir-ruh u bil-gisem (L-Assunzjoni). Ghal dawn it-tliet privelleggI Dun Gorg holoq id-devozzjoni tat-Tliet Inkini. Din id-devozzjoni tikkonsisti billi, quddiem ix-xbieha tal-Madonna, wiehed jaghmel inkin ghal kull wiehed minn dawn il-privilleccI, u jispiccahom bil-gakulatorja: Madonna, berikni u salvani biex mieghek fil-Genna tarani.

 Dun Gorg jirreferi dwar it-tlugh fis-sema ta’ Marija f’diversi kitbiet tieghu. fost l-ohrajn fil-ktieb: Il-Banedicta nsibu din l-introruzzjoni:

 Fost ix-xhur kollha tas-sema, Awissu kien li fetah ghal Marija Santissima, l-imbierka fost in-nisa, il-bieb tat-trijonfi li jisthoqqila ghall-merti taghha, u fuq kollox ghad-dinjita’ hack taghha li bniedma saret bi grazzja singulari l-Omm tal-Hallieq taghha.

 It-tradizzjoni min-nisel ghal nisel tgharrafna li f’dan ix-xahar Marija Santissima giet mehuda s-sema bir-ruh u bil-gisem b’idejn l-angli u mqieghda fuq it-tron tal-glorja taghha, fejn l-Iben taghha Gesu’ inkurunaha u ghamilha regina ta’ l-angli u tal-bnedmin, wara tant duluri u sofferenzi li hija kienet sofriet mieghu ghall-imhabba tieghu u ghas-sahha tal-bnedmin kollha.

Siehbet al-passjoni ta’ Gesu’ Marija kienet ga ssiehbet mat-trijonfi tar-recurezzjoni tieghu. Ghalhekk fil-hmistax ta’ Awissu l-Knisja tissolenzza bir-ragun kollu l-Assunzjoni ta’ Marija Santissima u tinkoraggina biex nirrikorru lejha, u tfehimna li t-trijondi li jigu wara d-duluri li wiehed isofri fid-dinja ma’ Gesu’ Kristu. Isaltan ma’ Kristu min ibati ma’ Kristu.

 Imbaghad fil-kapitlu 14 huwa jisthajjel li San Gabriel Arkanglu jitkellem fuq l-Assunzjoni ta’ Marija. Huwa Jikteb:

Kien wasal iz-zmien li Marija mill-wied tad-dmugh tghaddi ghall-glorja u ghat-trijonfi: ghalhekk gie maghruff is-sema li l-Omm ta’ Alla kellha tigI mqieghda fuq it-tron taghha mal-leminja ta’ l-Iben Divin.

 It-tron ta’ Marija ma kienx le wiehed minn dawk li kienu jokkupaw l-angli li ma baqghux fidili mas-Sinjur Alla. Le, izda t-tron taghha kien maghmul apposta ghaliha biex jilqa’ fih denjament ‘il din il-kreatura kbira kkonstitwita fid-dinjita’ ta’ Omm Alla.

 M’hemmx kliem ghall-ftehim mal-bnedmin biex jistghu xi taghrif fuq il-gmile u fuq il-pregju ta’ dan it-tron. Dan it-tron huwa mqieghed fuq kull kor tal-Principati, tal-Potestajiet u ta’ l-angli kollha, ghax din ir-regin kellha toqghod mal-leminija ta’ l-Iben taghha li, wara li tem mil-missjoni tieghu, tela’ fuq kull Principat u fuq kull Potesta’, u fuq kull kor angeliku.

 Jiena jien wiehed mis-seba’ spirit li noqoghdu quddiem is-Sinjur u gejt, mhux jiena wahdi izda lkoll assenjati, biex ninzlu fid-dinja u fost l-armonija u l-fwejjah angelicI nerfghu mill-qabar il-gisem vergnail animat, u lilu nittrasportaw fis-smewwiet.

 Ma jinsabx kliem biex wiehed jesprimi fuq il-kobor tad-dhul taghha fis-sema, ghax giet milqugha mill-istess Iben taghha, Sinjur taghha.

l-ghajnejn ta’ kull spirtu beatu f’ghageb l-izjed kbir huma ffissati fuqha, u l-ghajnejn taghha huma ffissati fuq Alla f’sensi ta’ adorazzjoni u f’sensi ta’ ringrazzjamenti. Ahna li konna qeghdin nittrasportaw bl-idejn taghna lil din ir-regina tal-glorja rajna fuqna unur li ma jitfissirx u maghha fahharna u berikna lis-Sinjur Alla.

 Ghaddejna biha fost il-kori kollha angelicI, li kienu jesprimu l-ferh qaddis taghha u bhallikieku riedu jghidulna: “Ibqa’ ghal dejjem maghna ghax inti fl-oghla dinjita’ servejt ‘l Alla taghna, u gejt mill-art tat-tribulazzjoni, li inti b’qalb kbira sostnejt ghall-imhabba ta’ l-Iben divin tieghek u Sinjur taghna.”

 

                                                                                          Referenza: Ktieb Parrocca Santa Mairja Had-Dingli     Programm tal-Festa 2001

Lulju 2006

 Il-Madonna tal-Karmnu f’Ruma

 Id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu tinsab imferxa madwar id-dinja kollha. Ma jistax jonqos li  din il-festa hekk ghaziza ghalin l-Maltin ma tkunx iccelebrata wkoll bil-kbir gewwa l-belt ta’ Ruma.

 Din il-purcissjoni tohrog minn gewwa l-knisja ddedikata lil Sant’Agata Martri. L-origini ta’ din il-knisja hija ncerta. Il-probabilita’ hi li din il-knisja taf il-bidu taghha fi zmien il-pontifikat tal-Papa Gregorju II li kien mexxa l-knisja fis-snin 715 sa 731,. Jinghad li huwa kien li waqqaf din il-knisja u l-monasteru li hemm maghha. Lapida ta’ l-irham li tfakkar dan l-avveniment tinsab fil-kuridur li ssib inti u diehel fis-sagristija. Fis-sena 1575 il-knisja kienet inghatat lill-Arcikonfraternita tas-Socjeta tad-Dutrina NIsranija biex jamministrawha. Sa dak iz-zmien il-knisja kienet diga bidet isservi ta’ Parrocca.

 Il-knisja kienet restawrata minn Giacomo Recalati fis-sena 1710. Fuq ordni tal-Papa Piju VII fis-sena 1820 rega ‘ sar xogholiehor ta’ restawr. L-ahhar restawr sar fis-sena 1984.

 Fl-1911 din il-knisja ghaddiet f’idejn ‘l Arcikonfraternita tas-Sagrament u tal-Karmnu biex imexxuha huma. Il-hsieb ta’ din l-Arcikonfraternita kien li xxerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu gewwa Ruma.

 Il-faccatta tal-knisja kienet regghet giet mibnija fl-1710 minn Recalcati. Huwa kien inspirit mix-xoghol li kien ghamel Borromini. Il-facccata hija mibnija fuq zewg livelli bi travu kbir fin-nofs. Il-bibien huma fit-tond filwaqt li twieqi kbar jiddominaw il-faccata fuq in-naha ta’ fuq. Fuq in-naha tal-lemin il-knisja ghandha kampnar kbir. Il-knisja ghandha korsija principali u tlett kappelli zghar fuq kull naha. Hija mzejna b’kolonni kbar fuq stil Korintin. Iss-aqaf tal-korsija huwa mpitter minn Giralamo Troppa u juri lill-Madonna imtellgha s-sema u mdawra ma’ l-angli. F’din il-knisja nsibu wkoll diversi affreski li saru mill-istess artist. Il-pittura fuq l-artal maggur hija xoghol mill-isbah ta’ Biagio Puccini li sar fis-sena 1713 u juri l-martirju ta’ Sant’Agata.

 Fl-eweel kappella fuq il-lemin insibu pittura tas-seklu tmintax li turi lill San Mikiel Arkanglu. Fl-istess kappella nsibu wkoll pittura tal-Papa San Piju X li kienet saret mill-Arcikonfraternita bhala ringrazzjament lil dan il-Papa li kien taghhom il-Knisja biex jamministrawha. Dawn iz-zewga opri kienu saru mill-pittur Giuseppe Bevilacqua. Fit-tielet kappella fuq il-lemin insibu pittura ohra ta’ Biagio Puccini li tirraprezenta lill-Madonna tar-Ruzarju flimkien ma San Duminku u Santa Katerina.

 Ma jistax jonqos li f’din il-knisja nsibu wkoll l-istatwa devota tal-Madonna tal-Karmnu, jew kif inhi maghrufa f’dawk l-inhawu bhala il-Madonna ta’ Noantri. Din tinsab fit-tielet kappella fuq il-lemin. Leggenda tghid li xi sajjieda kienu sabu din ix-xbieha tal-Madonna gewwa ix-xbieki taghhom waqt li kienu qedghin jistaghdu fit-Tiber madwar is-sena 1800. huma mill-ewwel hadu din ix-xbieha tal-Madonna gewwa l-knijsa ta’ Sant’Agata fejn ghadha sal-lum. L-istatwa tal-Madonna hija hafna differenti minn kif nafu l-Madonni tal-Karmnu ahna. L-istatwa hija minghajr bambin u ghandha labtijiet fiz-zewg idejn. Kull sena d-devoti ta’ din il-Madonna jhejtu u jirrakkmaw bid-deheb libsa mill-isbah ghal din il-vara. Il-pedestal li fuqu tintrefa’ l-vara huwa wkoll xoghol ta’ Domenico Gregorini, wiehed mill-periti li bena l-knisja ta’ Santu Kruc f’Gerusalemm.

 Fl-ewwel Sibt fuq is-16 ta’ Lulju ssir processjoni kbira ad unur il-Madonna tal-Karmnu fit-toroq ta’ l-inhawi ta’ Trastevere. L-ewwel purcissjoni bil-mod kif qieghda ssir issa saret fis-sena 1920. hafna huma tal-fehma li l-ewwel purcissjoni saret hafna qabel. Din il-purcissjoni hija popolari hafna billi gewwa Ruma ftit huma purcisjonijiet li jsiru fit-toroq.

 Festi ohra li jigu ccelebrati f’din il-knisja huma l-4 ta’ Frar id-dedikazzjoni tal-knisja, il-5 ta’ Frar festa ta’ Sant’Agata, it-13 ta’ Frar San Girgor II, it-8 ta’ Settembru t-twelid tal-Madonna u it- 8 ta’ Dicembru t-tnissil bla tebgha tal-Madonna.

 Inheggu lil minn din is-sena ser izur Ruma biex isib hin u jzur din il-Knisja li tinsab f’Largo San Giovanni de Matha. Il-Knisja tkun miftuha kuljum bejn it-8:00am u 6:00pm. Il-hin tal-quddiex ikun fil-5:00pm u nhar ta’ Hadd ikun quddies ohra fid-9:30am.

 Kitba Is-Sur Joseph Mercieca

Referenza:- Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Fleur-de-Lys 2005

Gunju 2006

‘Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Gesu’,

Ghax hu jsalva l-poplu tieghu minn dnubiethom.” (Mt 1:21)

San Guzepp u l-Ewkaristija

 

“Hu hsieb dan kollu…”(1 Tim 4:15). Dawn huma l-kelmiet li l-Appostlu Missierna San Pawl jikteb lil Timotju sabiex imexxi lill-komunita’ nisranija gewwa Efesu. Kelmiet li joqoghdu tajjeb ghal San Guzepp. Zewg tezori infatti kienu fdati lil San Guzepp mill-Provvidenza divina: Marija u Sidna Gesu Kristu. Zewg tezori li jitolbu responsabbilita’ kbira. Kemm ahna naghmlu minn kollox sabiex niehdu hsieb sewwa tezor f’idejna, iktar u iktar meta dan it-tezor ma jkunx taghna imam jkun ta’ haddiehor! Kemm hija responsabbilta’ ikbar; u ghalhekk nistghu mal-ewwel nindunaw bir-respinsabbilta’ li kellu San Guzepp.

 

Fiz-zmien San Ambrogg, Isqof ta’ Milan fir-raba saklu W.K.; insibu mill-ewwel interessanti mharsa mill-ewwel insara, li dak li kienu jghozzu kienu jehduh lill-isqfijiet u lill-kleru taghhom sabiex dawn iharsu u jzommu fiz-zgur it-tezori li kien ikollhom. Hekk l-insara kienu jpoggu l-fiducja taghhom f’dawn il-persuni maghzula minn Alla ghas-servizz tal-poplu tieghu. Hekk ghamel Alla nnifsu, ghazel lil San Guzepp sabiex ihalli f’idejh it-tezori tieghu u ghamlu fid-dinja l-ghassies tat-tezori tieghu. Alla nnifsu jpoggi l-fiducja tieghu f’Guzeppi ta’ Nazaret sabiex jiehu hsieb lil Gesu’ u lil Marijaq.

 

San Guzepp kien mela persuna ta’ fiducja kbira. Persuna li kapaci tilqa’ certa responsabbilta’, tghix l-onesta’ u l-fedelta’ f’dak li jaghmel. Naraw is-safa’ tieghu fl-ghaqda qaddisa ta’ xewqat safja mal-Vergni Marija fiz-zwieg u fir-rabta taghhom. Naraw il-fedelta’ u r-responsabbilta’ li jiehu hsieb il-hin kollu tat-tfajjel divin sa mill-bidunett ta’ hajtu. Liema responsabbilta’ taghtih missjoni hekk gholja li hu jghixha bl-ikbar umilta’. Hu ghandu tezor hekk kbir, bi grazzja straordinarja mill-Missier Etern, imam ma joqghodx jiftahar bih innifsu. Lest sabiex ihalli jitkabbar Alla u jiccekken huwa. Kemm hi kbira u importanti ghall-qdusija l-virtu’ ta’ l-umilta’!

 

Hekk nergghu nisimghu kliem San Pawl lill-Kolossin kif naqraw tajjeb fil-lezzjoni ta’ l-Ewwel Ghasar tas-Solennita’ ta’ San Guzepp: ‘Kull ma taghmlu, aghmluh minn qalbkom bhallikieku lill-Mulej u mhux lill-bnedmin ghax tafu li ghad tiehdu l-hlas li hejja ghalikom il-Mulej bhala wirt. Qadu lil Kristu Sidna.” (KOl 2:23-24) San Guzepp, minflok ma jiftahar bid-doni tieghu jew jgharraf lill-ohrajn b’dawn il-privileggi li ghandu, jaghzel li jinheba f’hajja u responsabbilta’. Kellu tezor biex jghaggeb lid-dinja kollha u ma qalx kelma wahda. Qaddis ta’ virtu kbira u ta’ umilta’ profonda, ta’ karattru sod u li l-Mulej seta’ jafda fih. Persuna lesta li tiddeika hajjitha ghal Marija u ghall-Iben ta’ All ail-Hobz Haj li nizel mis-sema.

 

Fatt interessanti, zgur li mhux kumbinazzjoni hija li l-familja ta’ Guzeppi kienet minn Betlehem (Ebrajk: Beth-lehem, jigifieri dar tal-hobz), belt meqjusa l-perla tal-Gudea, il-belt tar-Re David, ghaliex verament id-dar ta’ Guzeppi kellha tilqa’ l-Hobz Haj li nizel mis-sema. Guzeppi jkollu l-missjoni sabiex jaqla’ l-hobz ta’ kuljum sabiex imantni l-Hobz ta’ Kuljum.

 

Guzeppi kien infatti mid-dixxendena tar-Re David figura importanti ta’ salvazzjoni ghal-Lhud fl-Antik Testment meta huwa qatel lill-ggant Gulija. Liema dixxendena diz-zmien San Guzepp kienet tghodd madwar 1000 sena, fejn in-numru ‘elf’ fil-bibbja hu marbut ma’ zmien ta’ milja. Hu ghalkekk f’San Guzepp nilmhu l-wasla tal-milja taz-zmien permezz ta’ l-Inkarnazzjoni ta’ Sidna Gesu Kristu. Dan huwa kkonfermat minn Lq 2:4 fejn naqraw: “Tela’ Guzeppi wkoll mill-Galilija mill-belt ta’ Nazaret fil-Lhudija fil-belt ta’ David li jisimha Betlehem, billi hu kien mid-dar u mill-familja ta’ David biex jinkiteb ma’ Marija, l-gharusa tieghu, li kienet tqila.”

 

Id-dar ta’ Guzeppi f’Nazaret keinet tassew santwarju fejn kien hemm mibni l-artal lill-Mulej. Fil-Bibbja l-artal (bl-Ebrajk, mizbeah u bil-Grieg, thusiasterion) huwa meqjus bhala l-mejda tas-sagrificcju u l-mejda ta’ l-ghaqda tal-patt ma’ Alla bhama naraw tajjeb fl-Antik Testment fil-pattijiet ta’ Alla ma’ Noe, mal-Patrijarki u ma’ Mose’. Dan il-patt, dan il-ftehim kien jezisti wkoll bejn Alla u San Guzepp. Bhall-artal, il-hajja ta’ San Guzepp kienet sagrificcju, mhux biss sagrificcju ta’ moment, imma sagriffizzju l-hin kollu sabiex izomm ir-rabta, il-qatt, is-sejha li kellu minghand Alla; niftakru li kien ragel gust u ma setax imur kontra kelmtu. Fil-Gdid Testment l-artal isir il-mejda ta’ Gesu’ Kristu, il-mejda ta’ l-Ewkaristija. Hekk mela San Guzepp, fit-twelid tal-Messija jadura lill-Messija, ihaddnu mieghu, refghu u ghannqu mieghu, Dan Guzepp jilqa’ f’idejh l-Ewkaristija. San Guzepp ikun l-ewwel aduratur ta’ l-Ewkaristija. San Guzepp ikun id-dawl tax-xemgha li jghasses it-tabernaklu haj, lil Sidna Gesu’ Kristu. Hu ghalhekk nistghu nitkellmu verament minn din ir-rabta lejn San Guzepp u l-misteru ta’ l-Ewkaristija li hija l-prezenza hajja ta’ Kristu fostna.

 

Mhux ta’ b’xejn li l-Beatu Papa Gwanni 23, li kellu devozzjoni kbira lejn San Guzepp, ried li l-isem ta’ San Guzepp jissemma fil-Kanone Ruman tal-Quddiesa fis-sagrificcju ta’ l-Ewkaristija. Mhux ta’ b’xejn li l-istess Papa ried jafda l-Koncilju Vatikan II f’idejn San Guzepp, liema idejn haddnu maghha lil Gesu’ u lil Marija.

 

San Guzeoo ghalhekk jghaallimna t-triq li twassal ghall-Ewkaristija …O Guzeppi, int li harist dik il-Hajja prezzjuza li minnha tiddependi s-salvazzjoni tal-bnedmin, li f’darek dahal l-Ghimmanuel, li f’idejk ilqajt lil Gesu’, ghidilna b’liema hegga adurjat lil Gesu’ u b’liema mhabba gharkubtejk inzilt tqimu. Ghallimna ghalhekk Guzeppi ta’ Nazaret, ghallimna nghozzu l-Ewkaristija. Urina t-triq li twassal ghall-artal tas-salvazzjoni, int li bnejt l-ewwel artal ghal;l-Messija, gewwa darek f’Nazaret.

 

Kitba Fr. Charles Buttigieg S.Th.L. (Biblica)

Referenza:- Is-Santwarju ta’ San Guzepp Rabat-Mdina Harga Nru. 88

Mejju 2006

50 Sena ilu

Gie Mahrug id-Digriet ta’ l-Inkurunazzjoni

Ta’ l-Istatwa ta’ San Guzepp

 

Kienet ilha x-xewqa tal-fratelli ta’ l-Arcikonfraternita’ ta’ San Guzepp, sa mill-bidu tas-seklu 20, biex l-istatwa antika, devota u mirakoluza ta’ San Guzepp maghruf bhala Ix-Xih meqjuma b’tant devozzjoni fl-Oratorju ta’ l-istess Arcikonfraternita’ ddedikat lill-istess Qaddis, tigi inkurunata. Fil-fatt matul l-1950 kienu ntbghatu zewg petizzjonijiet separate fil-Vatikan, lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex din l-istatwa tigi inkurunata. Ghal darbtejn wara xulxin din il-Kongregazzjoni cahdet din it-talba.

 

Izda fid-29 ta’ Mejju 1956 f’laqgha li kienet saret mill-Kummisjoni ta’ l-Inkurunazzjoni that il=presidenza tar-Rettur ta’ l-Arcikonfraternita’ ta’ San Guzepp, in-Nobbli Alexander dei Marchesi Apap Bologna, fil-prezenza ta’ Mons. Dun Guzepp Apap Bologna, Arcidjaknu tal-Katidral; Rev. Patri Guzepp Xuereb O.P., Provincjal tad-Dumnikani, Rev. Patri Mro. Benedetto Pirotta O.S.A., u Rev. Dun Anton Cefai, li kien segretarju ta’ din il-kummissjoni, inqara d-dokument fejn fih ghal darb’ohra saret mill-gdid it-talba lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, ghall-inkurunazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Guzepp. Nhar l-1 ta’ Gunju ta’ dik l-istess sena, l-imsemmi document (rikors) gie ffirmat mill-membri ta’ l-imsemmija kummissjoni u mill-Ecc. Tighu Mons. Mikiel Gonzi, Arcisqof ta’ Malta.

 

Wara dan id-dokument gie mibghut mill-Ministru Provincjal tal-Patrijiet Frangiskani Minuri, Patri Alfons Camilleri O.F.M., lill-Prokuratur Generali ta’ l-istess Ordni, il-Wisq Rev. Patri Ferdinado Antonelli, li dak iz-zmien kien konsultur kwalifikat tal-Kongregazzjoni tar-Riti fil-Vatikan. Dan id-dokument gie pprezentat lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti.

 

Fil-fatt ftit tal-jiem wara l-imsemmi rikors gie accettat mill-istess Kongregazzjoni. Kien nhar is-27 ta’ Lulju 1956, meta gewwa Kastell Gandolfo l-Q.T. l-Papa Piju XII, hareg personalment id-Digriet ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Guzepp.

 

Fit-31 ta’ Settembru 1956, il-Ministru Provincjal Patri Alfons Camilleri O.F.M., irceva l-ahbar minghand il-Prokuratur Generali, Rev. Patri Ferdinando Antonelli O.F.M., li l-Kardinal Prefett tas-Sagra Kongrezzjoni tar-Riti kien laqa’ t-talba biex l-istatwa ta’ San Guzepp tigi inkurunata. Wara t-talba nqrat quddiem is-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, fejn imbaghad il-Papa ta l-approvazzjoni tieghu u hareg id-digriet that forma ta’ Brevi.

 

Fis-27 ta’ Settembru 1956, il-Ministru Provincjal. Patri Alfons Camilleri O.F.M., irceva d-Digriet Brevi Appostoliku  minghand il-Q.T. l-Papa Piju XII, li bih l-istatwa ta’ San Guzepp setghet tigi inkurunata.

 

Fis-7 ta’ Ottubru 1956, fl-10.15am, fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu’, il-Wisq Rev. Provincjal Patri Alfons Camilleri O.F.M., qara l-imsemmi Brevi tal-Papa Piju XII, quddiem folla kbira ta’ nies li ngabret fil-knsija, fejn wara tkanta t-Te Deum b’ringrazzjament lil Alla ghal dan il-privilegg kbir.

 

L-Istatwa ta’ San Guzepp giet inkurunata solennament seba’ snin wara, f’jum il-festa ta’ San Guzepp Haddiem, fl-1 ta’ Mejju 1963, mill-Ecc. Tieghu Mons. Mikiel Gonzi, Arcisqof ta’ Malta waqt celebrazzjoni kbira fuq il-Fosos tal-Furjana.

April 2006

Gesu' Msallab

       

(Mk 15,21-32)

It-tislib kien dejjem isirbarra s-swar tal-belt, u l-hati kien igorr l-ghuda tas-salib mill-Pretorjusal-Post fejn ikun imsallab. Ma kienx igorr is-salib kollu,imma l-bicca ta' fuqli fuqha jissammru (ew jintrabtu) idejh, imsejha "patibulum". Il-bicca wieqfa('stipes') kienet tkun imwahhla fil-post tal-krocifissjoni. Din kienet id-drawwaf'Ruma. Jista' jkun li fl-Orjent kien jingarr is-salib kollu, imma aktarx le,ghax il-"patibulum" kien ikun diga' tqil izzejjed biex jingarr minn ragelwiehed, specjalment meta jkun tilef hafna demm mis-swat. L-ghamla tas-salibkienet tkun jew kif imdorrijin narawh ahna, jew ghamla ta' T. Fuq ir-ras ta'l-imsallab kienu jqieghdu kitba li tghid dwar xiex saret il-kundanna. Il-hatiaktarx li kienu jsammruh mas-salib, imma mhux dejjem; kultant kienu jorbtuhbil-hbula mal-ghuda.

Xmun kien imnissel minncirene, belt max-xtajta ta' l-Afrika ta' fuq, fit-Tramuntana tal-Libja. Markujghidilna wkoll li kellu zewgt ulied, Xandru u Rufu. Dawn aktarx li mbaghad saruNsara u kellhom importanza fil-Knisja tal-bidu. Xmun gie mqabbad jerfa' s-salibghax Gesu' ma felahx igorru wahdu.

Il-Golgota kienet gholjackejkna ghamla ta' qorriegha, u kienet qrib hafna tal-belt. "L-imbid imhallatbil-mira" kienet tahlita ta' mbid ma' incens kannella u xi hxejjex ohra lil-Lhud kienu mdorrijjin jaghtu lill-imsallbin biex itaffu l-ghatx taghhom.Aktarx li din ix-xarba kienet imhejjija ghal Gesu' min-nisa twajbin. imma Gesu'ma riedx jixrobha biex ibati sa l-ahhar.

Il-qsim tal-hwejjeg (v.24) kienet drawwa msemmija wkoll mil-ligi ta' dak iz-zmien. Marku jinnota li b'dinil-grajja sehhet il-profezija tas-Salm 22 (v.19), fejn is-Salmista jitkellem fuq il-"gust mahqur".

Marku jghid li salbu lilGesu' fit-tielet siegha jew d-disgha ta' filghodu, x'hin Gwanni jghid li Gesu'gie msallab f'nofsinhar jew fis-sitt siegha (ara Gw 19, 14). Billi dak iz-zmienir-raba' u l-hames siegha ma kinux jissemmew meta jghidu l-hin, Gesu' giemsallab bejn it-tielet u s-sitt siegha, jew bejn id-disgha u nofsinhar; aktarsftit qabel nofsinhar.

"Il-kitba" ("tituluscrucis') ghandha tifsir teologiku kbir ghalina l-insara, ghax turi min kintabilhaqq Gesu'. Imma ghal-Lhud din il-kitba kienet offiza kbira tilwaqt li ghal Pilatu kienet l-isbah mezz biex joffendi u jinbex lil-Lhud li ma kienxjahmel.

Iz-zewg hallelin imsallbinma' Gesu' jwettqu l-profezija li hemm fil-ktieb ta' Isaija (53, 12) dwaril-Qaddej tal-Mulej.

Il-vers 28, li fih ic-citazzjoni ta' din il-profezija, jithalla barra mill-Bibbja tal-Ghaqda ghaxma jinstabax f'hafna kodicijiet.

Il-Kelma Griega listras(hallelin) tfisser hallelin tat-triq, imma jista' jkun li dawk ta' madwar Gesu' kienu xi shab ta' Barabba li nqabdu f'rewwixta (ara Marku 15, 7). L-evangelisti ma jghidulniex x'kien jisimhom dawn it-tnejn. Il-vrus 29-32 juru t-tbatija morali li sofra Gesu' bl-insulti li nghatawlu.

Referenza:-Il-Bxara it-Tajba skond San Mark Ghaqda BiblikaMaltija

 

Marzu 2006

 Id-Dsatax ta' Marzu

Min jien biex incanfar il-qbuepen li b'daqqhom illom donnhom iridu jitqacctu mill-kampnari taghhom u jittajru fis-smewwiet f'din l-ghodwa tat-transitu ta' Guzeppi, ta' l-akbar Patrijarka u l-ewwel dixxiplu u segwaci dovut ta' ibnu?

Min jien biex biex nistaghgeb jekk nilmah lill-Arkanglu Gabriel u Mikiel jiehu ruh Guzeppi fi hdan Abram, imdawrin bi qtajja' ta' Kerubini u Serafini?

Min jien biex niddubita li qal San Frangisk De Salle li qaddis bhal GUzeppi li habb tant tul hajtu, ma setax ma jmutx hlief bl-imhabba? Li GUzeppi fuq soddtu qal lil Gesu' "Ibni, hekk Missierek fis-smewwiet feda gismek f'idejja dakinhar li int dhalt fid-dinja, issa, f'dan il-jum tat-tluq tieghi mid-dinja, inqieghed u nafda ruhi f'idejk, ibni."

U min jien biex ma nibkix b'niket u ferh x'hin nilmah lill-iben, Gesu' u martu, Marija fuq kull naha ta' Guzeppi. Hieni int Guzeppi li f'dan il-mument terribbli, Alla hdejk ippermetta bhala konsolazzjoni f'dan il-mument ta' partenza, li int Guzeppi tilmah, tanticipa l-glorji tal-genna u rajt il-vizzjoni beatifika, wicc Alla li Mose` ghalxejn xtaq illi jara? Tassew min jien li ma nemminx li din it-tarbija ta' Betlehem issa ragel, ma jqandilx, ihaddan u jbus fuq mohhu lil dan il-missier tieghu fuq l-art?

Kif ma naccettax li fl-istorja ta' l-umanita' kollha din kienet l-isbah mewt? X'jista' jkun isbah, aktar qaddis, izjed ta' wens, imhabba u konsolazzjoni minn l-ahhar nifsijiet tal-hajja f'dirghajna Gesu` u Marja? Hekk jghidilna San Bernardin ta' Siena. U kif ma nemminx li GUzeppi miet ukoll martri ta' dak li kien diga` jaf li se jigri minn ibnu? Nemmnu ghax fil-festa tieghu fid-19 ta' Marzu, San Guzepp deher lill-Venerabbli Marina de Escobal u qalilha dawn il-Kelmiet:

   " Il-Mulej tani gharfien kbir ta' l-iskrittura u profezija, u jien kont naf is-sofferenzi kollha li kellu jghaddi minnhom ir-Redentur. Sa mill-koncepiment tieghu jien rajt is-salib quddiemu uqalbi sfat minfuda u kull darba li bennint f'dirghajja t-tarbija Gesu` kont ingib quddiem ghajnejja dak kollu li kellu jgarrab. U kont nibki u d-dmugh kien jizzerzqu u jaqghu fuq hwejjgu. Drabi ohra fil-ksieh u l-bard kont inhaddnu aktar ma' sidri u b'nifsi nsahhanlu dawk idejh zghar qaddisa."

Kbir u umli Guzeppi, fis-solennita tieghek, halli l-hamiem bajdan li int iprezentajt fit-tempju jittajjar ghal hdejk. Halli l-qaddisin kollha jbaxxu rashom quddiem il-kobor tieghek. Halli 'l martek Marija tbus idejk li tant hadmu biex mantnu lilha u 'l binha. Halli lilna nersqu lejk. Fl-isplendur u l-glorja tieghek la tinsiex lil dawk li jibku, ibatu jimirdu, lill-moribondi, lill-agonizzanti. Ejja Guzeppi, ta' mewtna kunilna xhud. Ressaqna int lejn il-hajja gdida eterna, O Missier, Qaddis, Habib, Protettur, Glorjuz GUzeppi. Amen.

 

Kitba ta' Raymond Mahoney

Frar 2006

L-Umilta' ta' San Guzepp

 Alla fit-tmexxija tal-hlejjaq tieghu hafna drabi jaghzel dak li d-dinja tiddisprezza biex jinqeda bih bhala strument tal-hidma tieghu; jaf jakkwista rizultati kbar anke minn hwejjaq li fihom infushom huma ta' importanza zghira. Alla jaghmel hekk sabiex il-bnedmin ma jitkabbrux; ma jahsbux li s-success kisbuh bil-hila taghhom biss, u ma jonqsux lil Alla f'gieh li jisthoqqlu (ara I Kor. I, 27-29).

Hekk Alla, li baghat l-Iben Wahdieni tieghu fid-dinja u riedu sura ta' tarbija zghira gewwa Betlem, ma marx jafdah f'idejn xi sultan tad-dinja, imma ghazel il-haddiem fqajjar ta' Nazaret, l-umli mastrudaxxa Guzeppi biex ikun il-harsien tieghu.

L-umilta' hija l-pedament tal-qdusija, ghax skond ma tkun kbira l-umilta' tal-qaddejja tieghu. Bir-ragun ghalhekk li San Bernard jghidilna: "Ma hemm l-ebda gawhra iktar splendenti mill-umilta'".

Guzeppi f'hejtu ghadda minn hafna umiljazzjonijiet, izda rcieva wkoll minghand Alla certi favuri u privileggi; madanakollu minhabba dawn id-doni tas-Sema, xejn ma ntilef jew naqas mill-umilta' kbira tieghu.

Guzeppi kien gej minn nisel nobbli, izda b'daqshekk ma ntefahx bih innifsu u kien lest li jaccetta x-xoghol umli ta' mastrudaxxa.

Mgholli ghal dinjita' l-iktar gholja, Guzeppi qatt ma tkabbar, anzi kif jghidilna San Bernard: "kien jahseb li huwa indenn u midneb."

Guzeppi kien afdat b'sigriet dwar il-musteru ta' l-imkarnazzjoni ta' l-Iben t'Alla, izda huwa qatt ma ftahar bi privilegg bhal dan.

Guzeppi dejjem kien ifittex li jinheba, fil-gabra u s-skiet tad-dar tieghu. Fl-Imitazzjoni ta' Kristu naqraw: "Qis li thobb li ma jkunux jafu bik u li jahsbuk ma tiswa ghal xejn". Dawn kienu s-sentimenti tal-qalb ta' Guzeppi. Fl-iskola ta' Gesu' u Marija, Guzeppi tghallem il-virtu' sabiha ta' l-umilta'.

Talba: Aghmel o Guzeppi li fuq l-ezempju tieghek ahna wkoll imkunu umli u nagharfu li dak kollu li naghmlu tajjeb u li ghandna rcivejnieh minghand Alla b'rigal. Amen.

Referenza:- F’Marzu ma’ San Guzepp Hsibijiet u Talb migbura min Mons. Isqof Nikol G. Cauchi.

Jannar 2006

San Guzepp Mudell u Protettur tal-Haddiem

(50 sena Patrun tal-Haddiema 1956-2006 f'Malta)

Ix-xoghol tal-bniedem, u mhux l-inqas ix-xoghol manwali, ghandu postu wkoll u jissemma fl-Evangelju Mqaddes. Flimkien ma’ l-umanita’ ta’ l-Iben t’Alla x-xoghol gie mifdi b’fidwa specjail. Minhabba l-bank tax-xoghol li fuqu, flimkien ma’ Gesu’, kien ihaddem is-sengha tieghu, Guzeppi qarreb ix-xoghol uman lejn il-Misteru tar-Redenzjoni. Ix-xoghol, meta jsir bi spirtu nisrani, jghin il-bnedmin biex jersqu lejn Alla Hallieq ta’ kollox u lejn Kristu li hadem ukoll.

 

 

Huwa maghruf li l-haddiema ghandhom post importanti fis-socjeta’. Bl-esperjanza u l-hila taghhom jipproducu dak li huwa mehtieg biex il-bnedmin jistghu jghixu u jtejbu l-kundizzjoni ta’ hajjithom. Izda mhux dejjem id-dmirijiet u l-jeddijiet taghhom gew imharsin kif jixirqilhom. Gara wkoll xi drabi li xi whud minnhom tbeghdu minn Alla u forsi wkoll haduha kontra tieghu u cahduh. Insew li jekk ghandhom mohh biex jistghu jifhmu u sahha tar-ruh u tal-gisem biex iwettqu hidmiethom, dawn ma kisbuhomx b’hilithom izda huma doni u rigali t’Alla. Hallew fil-genb it-taghlim sabih ta’ Kristu dwar il-providenza t’Alla, li ma jinsa lil hadd, u qeghdu l-fiducja taghhom fi bnedmin ohra li jistghu jaqghu fl-izball u jitqarrqu.

 

San Guzepp kien ukoll haddiem ta’ l-id. Ghalhekk Gesu’ gie msejjah “iben il-mastrudaxxa,” ghax hekk kien maghruf min-nies ta’ rahlu

 

Papiet ta’ zminijietna indikawlna lil San Guzepp bhala xempju u protettur tal-haddiema. Hekk per ezempju, l-Papa Piju XI fl-enciklika tieghu “Divini Redemptoris” tad-19 ta’ Marzu 1937 jghidilna li San Guzepp “kien wiehed mill-klassi tal-haddiema; huwa garr il-piz tal-faqar ghalih innifsu u ghas-Sagra Familja, li taghha kien il-Kap Verginali u kollu hlewwa. Lilu kienet afdata t-Tarbija Divina meta Erodi qabbad il-qattiela biex jeqirduha. Fil-hajja, fit-twettiq fidil ta’ dmirijietu ta’ kuljum, huwa halla ezempji lil dawk kollha li jehtiegilhom jaqilghu hobzhom bil-hidma ta’ jdejhom. Huwa kiseb ghalih innifsu t-titlu ta’ “ragel gust” u ghalhekk sar mudell haj ta’ dik il-gustizzja nisranija li ghandha tiddomina fil-hajja socjail”.

 

 Il-Papa prezenti Gwanni Pawlu II fl-Enciklika tieghu “Redemptoris Custos” tal-15 t’Awissu 1989,: “ Jekk il-Familja ta’ Nazaret fl-ordni tas-salvazzjoni u tal-qdusija hija l-ezempju u l-mudell ghall-familji tal-bnedmin, hekk ukoll b’mod analogiku huwa x-xoghol ta’ Gesu’ magenb Guzeppi l-mastrudaxxa. Fi zminijietna l-Knisja tat importanza lil dan l-aspett bic-celebrazzjoni tat-tifkira liturgika ta’ San Guzepp Haddiem, fl-1 ta’ Mejju.”

 

Il-haddiema nsara kollha, tal-mohh u ta’ l-id isibu hafna fil-hajja biezla u mohbija tal-Kbir Patrijarka, fuq kollox is-sabar, is-skiet, l-ubbidjenza u l-bzulija tieghu.

 

Referenza:- F’Marzu ma’ San Guzepp Hsibijiet u Talb migbura min Mons. Isqof Nikol G. Cauchi.

Dicembru 2005

It-twelid ta' Gesu' Kristu  

F'dik il-habta Cesari Awgustu hareg digriet biex isir censiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel censiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulhadd mar biex jinkiteb, kull wiehed fil-belt tieghu. Guzeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta' Nazaret, u tala' l-Lhudija fil-belt ta' David jisimha Betlehem -ghax hu kien mid-dar u l-familja ta' David -biex jinkiteb flimkien ma' Marija l-gharusa tieghu, li kienet tqila. Gara li, meta kienu hemm, Marija ghalqilha z-zmien biex tehles, u wildet l-ewwel iben taghha, fisqietu medditu f'maxtura, ghax ma kienx hemm post ghalihom fil-lukanda.  (LQ 2,1-7)

Novembru 2005

San Guzepp bhala l-ewwel sacerdot refa' fl-idejn safja tieghu lill-Bambin Gesu'

Il-Q.T. il-Papa, nieda din is-sena, bhala s-Sena ta' l-Ewkaristija Mqaddsa. Matul dawn ix-xhur, ahna l-insara Kattolici, ghandna niskopru izjed id-don kbir li ghandha l-Knsija: il-Persuna ta' Sidna Gesu' Kristu, taht ix-xbihat tal-Hobz u ta' l-Inbid: is-Santissmu Sagrament.

      L-Ewkaristija Mqaddsa ghalhekk m'hijiex xi haga, imma hija persuna Divina. Is-Sagrament Imqaddes huwa l-Veru Gisem u Demm Imqaddes tal-Mulej; huwa l-istess Persuna, Sidna Gesu' Kristu, li elfejn sena ilu twieled minn Marija Vergni, u li kellu lil San Guzepp bhala Missier Verginali tieghu. Fis-Sagrament imqaddes, Gesu' qieghed u jibqa' maghna kuljum, fil-ferh u fin-nikwt, fil-mard u fis-sahha, sa l-ahhar taz-zminijiet.

      Marija u Guzeppi, nizlu flimkien gharkubbtejhom jaduraw il-gisem ckejken tat-Tarbija Gesu' hekk kif deher fid-dinja wara t-twelid. San GUzepp, bhala l-ewwel sacerdot refa' fl-idejn safja tieghu lill-Bambin Gesu, offrieh ghall-qima u l-adorazzjoni tar-raghajja u tas-Slaten Magi meta dawn marru jzuruh.

      Kuljum Gesu' jerga' jitwieled u jinzel fuq l-artali taghna waqt is-Sagrificcju tal-Quddiesa, bhalma darba nizel fi hdan Marija Vergni. (San Frangisk)

     Ahna u naduraw l-Ewkaristija Mqaddsa matul din is-sena specjali, ha jkun San Guzepp l-imghallem taghna. Meta nharsu lejn l-Ostja Bajda, jew nersqu ghat-Tqarbin Imqaddes, inkunu qeghdin naraw u nircievu lil Dik l-istess Persuna, lil Gesu' Nnifsu, li jiddefendi, biex 'il quddiem isir ghalina l-Hobz Haj li nizel mis-sema (Gv 6,51).

     Jimliekom dejjem San Guzepp b'fidi hajja fl-Ewkaristija Mqaddsa.

"Is-Sagrament Imqaddes huwa l-Veru Gisem u Demm Imqaddes tal-Mulej; huwa l-istess Persuna, Sidna Gesu' Kristu, li elfejn sena ilu twieled minn Marija Vergni, u li kellu lil San Guzepp bhala Missier Verginali tieghu."

Kitba:- Sylvester Magro OFM (Isqof ta' Benghazi) dan l-artiklu deher fil-ktieb tal-festa ta din is-sena (Lehen il-Komunita Guzeppina-Rabat Festa 2005)