Sezzjoni Zghazagh

Ghaqda Muzikali L'Isle Adam -Rabat tal-Imdina

Il-Proccess

Il-proċċess li wasal għal-Inkurunazzjoni tal-Vara  Antika U Mirakoluża ta’ San Ġużepp, meqjuma fis-Santwarju tiegħu ġewwa ir-Rabat tal-Imdina.

3 t’ April 1949: F’konsulta Ġenerali Strordinarja ta’ l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp, li saret fl-Oratorju tal-istess Fratellanza fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fir-Rabat tal-Imdina, ġie imħabbar mir-Rettur Mons. Dun Ġiuseppe Vassallo, biex tinħatar kummissjoni mill-istess Fratellanza, sabiex taħdem ħalli jkun jista jinkiseb il-permess meħtieġ mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex l-istatwa antika ta’ San Ġużepp tiġi inkurunata. Din l-aħbar ġiet milqugħa b’akklamazzjoni kbira u b’ċapċip kbir mill-membri preżenti li kienu ilaħqu il-fuq minn mitejn ruħ.

1 ta’ Ġunju 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Intaqet għall-ewwel darba l-Kummissjoni  tal-Inkurunazzjoni biex din tagħmel it-talba  tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp, tal-poplu tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Poplu malti kollu biex tiġi inkurunata l-Istatwa ta’ San Ġużepp.

10 ta’ Diċembru 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Ġie deċiż li għandha tintbgħat petizzjoni lill-Qdusija Tiegħu l-Papa mill- Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina f’ isem il-poplu malti iffirmata minn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi.

10 ta’ Jannar 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni  tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Il-President tal-imsemmija Kummissjoni n-Nobbli Kavallier Alexander dei Marchesi Apap Bologna, stieden lir-Rev. Patri Mro. Benedetto Pirotta O.S.A.biex jaqra’ l-petizzjoni li kien ħejja, biex din warali ġiet iffirmata mill-membri tal-imsemmija Kummissjoni, intbgħatet lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti fuq rakkomandazzjoni ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. Fil-fatt din il-petizzjoni ġiet mibgħuta fit-12 ta’ Jannar 1950.

30 ta’ Marzu 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni  tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta’ San Ġużepp fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Il-President tal-imsemmija Kummissjoni, qara l-ittra tat-18 ta’ Marzu 1950, maħruġa mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti. Li ġiet mibgħuta lill-Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, b’risposta għar-rikors li kienet għamlet l- Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp. Fejn fl-imsemmija ittra, il-Kongregazzjoni tar-Riti, ċaħdet it-talba ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Istatwa ta’ San Ġużepp.

30 ta’ November 1950: Reġa’ sar tentativ ieħor biex it-talba tal-Arċikonfraternitata’ San Ġużepp u tal-Poplu Malti; sabiex tiġi inkurunata l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi aċċettata mis-Sagra Kongregazzjini tar-Riti permezz tal-Wisq Rev. Patri Provinċjal Anġeliku Azzopardi O.F.M. flimkien mal-Mastru Ġenerali tal-istess Ordni, l-wisq Rev. Patri Pacifica Perantoni, bil-permess tal-Kummissjoni ta’ l-Inkurunazzjoni.

28 ta’ Diċembru 1950: fl-ittra maħruġa mis-sagra Kongregazzjoni tar-Riti, fid-data imsemmija reġet ċaħdet it-Talba tal-Inkurunazzjoni.

29 ta’ Mejju 1956:fl-laqgħa li saret għall-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, inqara id-dokument fejn fih reġġet saret mill-ġdid it-talba lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, għall-Inkurunazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Ġużepp. Fejn nhar l-1 ta’ Ġunju 1956, l-imsemmi dokument (rikors)ġie ffirmat mill-membri tal-isemmija Kummissjoni u minn Mons. Arċisqof Gonzi. Wara dan id-dokument ġie mibgħut mill-Ministru Provinċjal tal-Minuri Patri Alfonfs Camilleri lill-Prokuratur Ġenerali tal-Ordni, l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli (Konsultur Kwalifikat tal-Kongregazzjoni tar-Riti). Fejn dan id-dokument ġie preżentat lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti. Fil-Fatt ftit jiem wara l-Imsemmi rikors ġie aċċettat mill-istess Kongregazzjoni.

27 ta’ Lulju 1956: Ġewwa Castell Gandolfo l-Q.T l-Papa Piju XII, ħareġ id-Digriet tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa ta’ San Ġużepp.

3 ta’ Settembru 1956:il-Ministru Provinċjal l-Wisq Rev. Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva l-aħbar mingħand il-Prokuratur Ġenerali l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli O.F.M., li l-Kardinal Preffet tas-sagra Kongregazzjoni tar-Riti kien laqgħa t-talba biex l-istatwa ta’ San Ġużepp tiġi inkurunata. Wara t-talba ġiet moqrija quddiem is-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex imbgħad il-Papa ta l-approvazzjoni tiegħu u ħareġ id-Digriet taħt forma ta’ Brevi.

27 ta’ Settembru 1956: il-Ministru Provinċjal Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva d-digriet “Brevi Appostoliku” mingħand il-qdusija Tiegħu l-Papa Piju XII, li bih l-istatwa ta’ San Ġużepp setgħet tiġi inkurunata.

7 t’ Ottubru 1956: fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fl-10 u kwart ta’ filgħodu il-wisq Rev. Patri Provinċjal Alfons Camilleri O.F.M. qara’ il-Brevi Appostoliku tal-Papa Piju XII, quddiem folla kbira ta’ nies li nġabret fil-Knisja u wara tkanta “Te Deum” b’ringrazzjament lil-Alla ta’ dan il-Privileġġ hekk kbir.

Kietba:- Anthony Casha

Avventniment Importanti 1956

 Avvenimenti Importanti marbuta mal-Istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat:

 L-1 ta’ Mejju 1956: kien propju f’ dan il-jum li l-Knisja f’ Malta iċċelebrat għall-ewwel darba il-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’ asspett nisrani. Għalhekk fid-data mesemmija il-Knisja Maltija naqgħdet mal-Kumplament tad-Dinja Kattolika u ċċelebrat għall-ewwel darba fl-istorja dan il-jum, b’ manifesstazzjoni reliġjuza kbira fuq il-Fosos tal-Furjana. Għalhekk is-Sibt 28 t’ April 1956 l-istatwa ta’ San Ġużepp ix-Xiħ inħarġet mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ u ittiħdet b’korteo sas-Saqqajja fejn minn hemm itiħdet permezz ta’ vettura preparata apposta imzejjna bid-damask u għadd kbir ta’ fjuri. Minn hawn twasslet permezz ta’ korteo ieħor magħmul minn għadd kbir ta’ karozzi li akkumpajaw l-istatwa ta’ San Ġużepp. Dan il-Korteo għadda minn diversi lokalitajit fosthom Ħ’Attard, Santa Venera, l-Ħamrun sal-Furjana u minn kull fejn għaddiet inghatat merħba kbira minn folol kbar ta’ nies li ħarġu biex jilqgħu lil San Ġużepp għaddej min nofshom.

Mal-wasla il-Furjana l-istatwa ta’ San Ġużepp twasslet  fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju u hemm ġiet milqugħa mill-Arċipriet, l-Kleru u l-Kumitat Organizzativ. Saru żewġ diskorsi wieħed mill-W.R. Mons. Dun Ġużepp Apap Bologna, Arċidjaknu tal-Katidral u l-ieħor mill-Arċipriet tal-Furjana Dun Anton Debono. Dan il-Pellegrinaġġ ġie fit-tmiemu bil-Barka Sagramentali.

It-tlieta 1 ta’ Mejju sa minn kmieni wara nofsinhar il-Fosos tal-Furjana bdew ijntlew bin-nies, huwa ikalkulat li dakinhar inġabru madwar 40,000 RUH  ghal-din iċ-ċelebrazzjoni madwar l-istatwa ta’ San Ġużepp. Fis-6.30 p.m. wassal l-Arċisqof Gonzi fejn ingħata merħba kbira mill-folol kbar miġbura fuq il-Fosos.

Mill-bieb il-kbir tal-Knisja ta’ San Publiju bdew ħerġin il-“Boy Scouts” u diversi membri rappreżentanti ta’ diversi Għaqdiet Kattoliċi. Wara mxew ħaddiema tat-tarzna, il-ħaddiema tas-servizz tal-baħar, tal-ajru u tal-armata, ħaddiema mid-dipartimenti tal-gvern, mill-fabbriki, ħaddiema tas-snajja’, bdiewa, sajjieda u minn kull klassi u settur ta’ ħaddiema, ħadu sehem f’ dan il-Korteo u li kellhom f’ idehom buketti tal-fjuri. Wara dawn imxew il-fratelli ta’ l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat u fratelli tal-Fratellanzi ta’ San Ġużepp ta’ Malta kollha. Dawn ħarġu mill-knisja msemmija u għaddew minn ġo nofs il-Fosos fuq żewġ fillieri. Fl-aħħar imxiet l-istatwa ta’ San Ġużepp merfugħa minn fratelli tal-istess Arċikonfraternita’, u għaddiet proċessjonalment minn nofs il-Fosos fost id-daqq tal-qniepen, it-talb u l-kant tal-innijiet. L-istatwa ġiet meħuda lejn it-tribuna. Wara li l-istatwa tpoġġiet f’ postha, bdew jiġu msejħa rapprezentanti tal-ħaddiema, ditti u korporazzjonijiet kostitwiti biex jippreżentaw bukketti tal-fjuri lil-San Ġużepp li dawn tpoġġew f’ riġlejn l-istatwa. Kif spiċċaw il-preżentazzjonijiet tal-fjuri sar diskors mis-Sur Midju Caruana, membru tal-Museum u fitter li kien jaħdem fid-dipartiment tad-Direttur tax-Xogħlijiet tal-Ministeru tal-ajru f’ Tal-Ħandaq.

Fis-7.00 p.m. bdiet il-quddiesa mexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof  Mikiel Gonzi. L-atta tal-Fidi u l-Kredu ġew kantati mill-miġemgħa kbira preżenti qabel l-offertorju diversi rapreżentanti offrew għodod lil Mons. Arċisqof li mbagħad offriehom flimkien mal-Ħobż u l-Inbid. F’dak il-mument l-aktar Solenni l-eluf preżenti miġbura f’ ġabra tas-skiet kbir ta’ devozzjoni. Wara l-elevazzjoni l-poplu preżenti nfexx ikanta “Nadurawk ja Ħobż tas-Sema”.

Wara l-quddies, l-Arċisqof kellem lil-ħaddiema preżenti. Fit-tmiem id-diskors tiegħu l-Arċisqof qara l-Att ta’ Konsagrazzjoni tal-Ħaddiema kollha lil San Ġużepp wara nqraw it-telegramma li wara intbgħetet lil-Papa u r-Riożoluzzjoni.

Fl-aħħar tkellem Patri P. Crane S.J. u wara l-Arċisqof  ta’ l-Barka tiegħu u mexa matul il-fosos lejn il-karozza tiegħu, fejn il-ħaddiema li kien hemm iffulaw madwaru u għamlulu dimostrazzjoni tassew kommoventi.

Wara din iċ-Ċelebrazzjoni Grandjuża u Memorabbli, l-istatwa ta’ San Ġużepp ittellgħet mill-Furjana għar-Rabat fuq vettura iddekorata bil-fjuru. Għaddiet trijonfalment mit-toroq li mill-Furjana jwasslu sar-Rabat akkumpanjata minn madwar 60 karozza. Mal-wasla ir-Rabat fl-9.45 p.m. ġiet milqugħa minn folol kbar oħra ta’ nies b’ ċapċip u għajjat ta’ ferħ minn fejn twasslet sal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ b’dimostrazzjoni mat-toroq prinċipali tar-Rabat akkumpanjat bid-daqq tal-qniepen u bil-kant tal-innijiet lil San Ġużepp

Id-Digriet 1956

 Il-Brevi Appostoliku maħruġ mill-Papa Piju XII fis-27 ta’ Lulju 1956 maqlub għall-Malti mill-Prokuratur Legali, Patri Edward Bugeja O.Carm.

Papa Piju XII
B’tifkira ġejjiena tal-ħaġa

 Sa minn meta l-Papa Piju IX, li miet qabilna u li b’ferħ niftakruh, kien ħatar u ddikjara lil San Ġużepp, Għarus ta’ Omm Alla, Patrun tal-Knisja Universali ħaġa tal-għaġeb kemm xterdet malajr u f’ ħafna nħawi fost il-fidili id-devozzjoni lejn l-istess Patrijarka. Il-Papiet, wara komplew kattruha, u Aħna stess ukoll,biex immorru max-xejriet u r-raġunijiet ta’ dan iż-żmien, iddikjarajna lil San Ġużepp Patrun u Xempju tal-ħaddiema kollha tad-dinja. Bil-Festa ffissata għall-jum ta’ l-1 ta’ Mejju. Waslitilna l-aħħar xhieda ta’ ferħ kbir tad-devozzjoni lejh, permezz ta’ talba magħmula lilna bl-umilta’ mill-iben maħbub tallum ta’ l-Ordni tal-Patrijiet Minuri ta’ San Franġisk t’ Assisi, amministratur tal-Provinċja Ekklesjastika Maltija. Fit-talba tiegħu lilna, huwa ħa ħsieb juri li l-imħabba lejn l-Għarus tal-Imqaddsa Verġni Marija kienet ġa kibret sewwa fil-Gzira magħrufa ta’ Malta sa mis-Seklu 13, hekk li hemm twaqqfet Konfraternita’ Ad Unur ta’ San Ġużepp, li mbagħad fis-Seklu ta’ wara l-Isqof Nikolaus Bonnet ta’ l-Ordni Franġiskan waqqafha Kanonikament. Din l-Konfraternita’ li għadha teżisti, mhux biss tħeġġeġ id-devozzjoni lejn l-imsemmi Qaddis fost il-fidili, imma tagħtihom ukoll għajnuna u karita’ lil dawk li huma foqra. Il-vara antika kif ukoll meqjuma ta’ San Ġużepp, li l-Kavallieri qalbiena tad-Dar Imqaddsa ta’ l-Isptarijiet ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm u ta’ l-Ordni Militari tal-Qabar Imqaddes tal-Mulej, meta kienu mġiegħela jħallu l-gzira ta’ Rodi, wara assedju qalil li sofrew fis-sena 1523, ħaduha Malta, u kienet meqjuma ħafna l-aktar f’xi diżgrazzji pubbliċi. Kif l-insara tal-imgħoddi riedu li l-Knisja fejn tinsab il-vara tiġi mżejjna bid-deheb u rħam meraviljuż, hekk dawk tallum ħejjew minnflushom kuruna tassew prezzjuża u tal-għaġeb, fis-sura u bil-ġawhar, biex l-istess vara ta’ San Ġużepp bil-Bambin Ġesu’ tkun tixirqilha li tiġi nkurunata. Meta studjajna dan kollu, l-imfaħħar Provinċjal ġie għandna b’talba ħerqana biex fil-preżenza tal-Venerabbli Ħuna, l-Arċisqof ta’ Malta, jogħġbna fit-tieba tagħna nagħtu lill-istess Isqof is-setgħa li jikuruna sollennament din il-Vara. U sabiex l-imħabba tal-Maltin lejn il-Patrijarka Ġużeppi tiżdied b’xhieda ġdida, kif aħna nixtiequ, ħsiebna li tkun ħaġa tajba li nilqgħu bil-qalb ix-xewqat tagħhom. Għaldaqstant b’digriet tal-Kongregazzjoni Mqaddsa tar-Riti, bis-setgħa tagħhna Appostolika, qegħdin nagħtu s-setgħa lill-istess Arċisqof ta’ Malta f’dawk il-partijiet ta’ dawn l-ittra, biex f’ jum li jagħżel hu, huwa nnifsu jew permezz ta’ ħaddieħor, wara Quddiesa kantata skond ir-rit u l-formula preskritta, iqiegħed f’ Isem u bis-Setgħa Tagħna l-Kuruna tad-Deheb fuq l-Istatwa ta’ San Ġużepp bil-Bambin Ġesu’ ġewwa l-Knisja tar-Raħal magħruf “Ir-Rabat tal-Imdina, li hija Belt  f’ Malta. Tabilħaqq aħna M’għandniex dubju li dawn is-Sollennitajiet qaddisa sejrin ikunu ta’ ġid għat-twemmin u ta’ profitt sopiritwali għall-poplu u fl-istess ħin nittamaw li dawk li huma fidili lejn Kristu fl-art kollha ta’ Malta jitħeġġu dejjem aktar fl-imħabba u l-qima lejn San Ġużepp, għarus t’ Omm Alla.

            Kull ma hu kuntrarju għal dan id-Digriet, ma jwaqqa’ xejn minn dak li jingħad fih.

            Mogħti minn Castel Gandolfo, taħt is-Siġill tas-Sajjied, fil-jum tas-27 tax-xahar ta’ Lulju, tas-sena 1956, it-tmintax tal-Pontifikal Tagħna.

 

B’mandat speċjali tas-Santissimu f’isem il-Kardinal ta’ l-affarijiet pubbliċi tal-Knisja

(Firma) Gilda Brugnola mill-Brevi Appostoliku.

 

Id-digriet tal-Papa Piju XII li bih setgħet issir l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp. L-aktar dokument għażiż li għanda l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina. Dan id-Digriet huwa uniku fir-Rabat ta' l-Imdina ghax gewwa il-Belt taghna statwa wahda ghandna Inkurunata b'zewg Kuruni tad-dehebu hagar prezjuzz, u ir-Rabtin kollha flimkien mac-cittadini ta' l-eqdem belt huma kburin biha. Kull Rabti ghandu jiftahar b'din l-eqdem statwa Inkurunat meta fid-dinja kollha hamsa biss huma ta' San Guzepp Inkurunati u wahda minnhom tinsab propju hawn fir-Rabat ta' l-Imdina gewwa is-Santwarju Nazzjonali ta' San Guzepp Inkurunat, fil-knisja ta' Santa Marija ta' Gesu fir-Rabat ta' l-Imdina. Statwa Unika, Arcikonfraternita' Unika u Santwarju Uniku fil-gzejjer Maltin.

 

Programm tal-Festi ta' l-inkurunazzjoni

 PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI FL-OKKAŻJONI TAL-INKURUNAZZJONI SOLENNI TAL-ISTATWA ANTIKA U MIRAKOLUŻA TA’ SAN ĠUŻEPP FIR-RABAT TAL-IMDINA.

IL-FESTI TAL-INKURUNAZZJONI ĠEW IĊĊELEBRATI F’ DAN IL-PROGRAMM

1 ta' Mejju 1963

 

Is-Sibt, 27 ta’ April, fil-5.00 saret akkadaemja Mużiko-Letteralja fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’, taht il-patroċinju ta’l-E.T. Mons. Mikiel Gonzi. Arċisqof Metropolita ta’ Malta. Il-mużika kienet taht id-direzjoni tas-Surmast Anton Muscat Azzopardi u il-kant kien esegwit mill-istudenti tal-Patrijiet Minuri tar-Rabat.

 Il-Hadd, it-Tnejn u it-Tlieta, 28, 29 u 30 ta’ April kienu tlett t’ijiem ta’thejjija ta’ qabel l-Inkunurazzjoni. Għalhekk fis-6.30 p.m fl-istess Knisja kienet issir il-Kompieta bil-priedka mill-E.T. Rev. Mons Isqof Emmanuele Galea, Vigarju Ġenerali. Wara kien issir  daqq tal-Innu, tal-Antifona u tingħata il-Barka Sagramentali.

 Fl-aħħar jum ta’ dan it-Tridu, iġifieri it-Tlieta 30 ta’ April, fit-8.30 sar marċ mill-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam, mill-Pjazza tal-Knisja Parrokjali sa ħdejn il-Villa Rumana. Wara saret il-prezentazjoni ta’ Bandalora kommemorativa mis-Sur Vincint Muscat lill-Banda L’Isle Adam. Wara sar ħruq tal-logħob tal-art u kaxxa infernali maħdumha minn Ġanni Vella tal-Imgarr.

 L-Erbgħa l-1 ta’ Mejju kien Jun l-Inkurnunazzjoni. Fis-7.00 am Fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ saret Quddiesa Kantata mir-Rev. Patri Ivo Tonna lil kien segretarju  tal-Patrijiet Minuri u direttur spiritwali tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp.

 Fis-7.00 am l-istatwa ta’ San Ġużepp li kienet esposta fil-Knisja, giet mahruga mill-membri tal-Kumitat Organizzativ tal-Festi tal- Inkurnunazzjoni. Din giet imqgħeda fuq truk dekorat bid-damask u l-fjuri, biex tiġi meħuda lejn il-Belt Valletta. Wara it-truk kien hemm serbut twil ta’ karozzi li fihom kien hemm membri tal-kumitat u uffiċjali oħra, kif ukoll membri tal-kleru. Fit-Triq lejn il-Belt, minn fejn għaddiet l-istatwa mill-ibliet u l-irħula saret manifestazzjoni ta’ ferħ in-nies ħargu jilqgħu lill-istatwa biċ-ċapċip u bit-tixjir tal-idejn hekk kif għaddiet l-istatwa minn quddiemhom.Il-Kumitat tal-Festi ta’ San Ġużepp Ħaddiem b’ kollaborazjoni mal- Kumitat tal-Festi tal-Inkurunazzjoni kien organizzat korteo bl-istatwa fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta. Mal-wasla tal-istatwa fil-Pjazza Kastilja, din giet milqugħa b’aplaws kbir minn dawk kollha prezenti.

 Il-korteo beda fid-9.00 am u għada minn Triq ir-Republika, l-Arċisqof u dar għall-Pjazza San Gwann, fejn l-Arċisqof ta’ Malta bierek il-ħaddiema u l-għodod tagħhom. Il-membri tal-Kumitat u l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat imxew matul il-korteo f’ zewg fillieri waħda ma’ kull ġenb tal-istatwa, dan il-korteo intemm fil-Pjazza ta’ quddiem il-Kon-Katidral. Wara l-Arċisqof bierek lil dawk prezenti u l-għodod tagħom, huwa kellem lill-kongregazjoni miġbura u wara l-istatwa ta’ San Ġużepp giet meħuda l-Furjana, fil-Knisja ta’ Saria fejn bagħqet hemm sa wara nofs inhar. Fit-3.30pm il-membri msemmija tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp ħargu mill-Knisja ta’ Saria bl-istandard blu iperper maz-ziffa tar-rih, warajhom imexew rapprezentanti tal-Fratellanzi ta’ San Ġużepp minn tmintax-il belt u rahal f’Malta. Fl-aħħar ta’ din il-purċisjoni nġarret l-istatwa ta’ San Ġużepp, li din ittieħdet lejn il-tribuna quddiem il-Knisja ta’ San Publiu. Fil-waqt li mil-istess Knisja harget purċissjoni oħra li kienet iffurmata mill-Kaptilu Metropolitan, mill-E.T. Mons. Mikiel Gonzi Arċisqof ta’Malta, mill-E.T. Mons Ġużepp Pace Isqof t’ Għawdex mill-E.T. Mons Emanuel Gerada, Isqof Titulari ta’ Tralles u Vigarju Generali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u mill-E.T. Mons. Costantino Trapani Isqof ta’ Nicosia fi Sqallija, li kien gie mistieden għal-din l-okkazjoni. F’dan il-korteo kienu ħadu sehem ukoll l-Onor. Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Ġorg Borg Olivier, li zamm f’idejh imħadda ħamra fejn fuqa kien hemm il-kuruna ta’ deheb ta’ San Ġużepp. Ma’ ġenbu mexa l-Prim Imħallef Sir Antony Mamo li zamm ukoll imħadda ħamra izgħar mill-oħra fejn fuqha kien hemm imqgħeda l-kuruna tad-deheb tal-Bambin.

Il-Pjazza ta’quddiem il-Knisja tal-Furjana, fejn saret l-Inkunurazzjoni f’dan l-okkazjoni kienet ippakjata bin-nies minn kull parti ta’Malta; li lagħqu l-Istatwa u l-purċissjoni b’ħafna ċapċip u entuzjazmu.

Il-funzjoni bdiet billi raprezentanti tal-ħaddiema Malti qara messaġġ qasir lill-ħaddiema. Wara dan sar dikors imqanqal minn Fr. M. Uylenbroeck, Assistent Internazzjonali Kappilan taz-Zagħazgħ Ħaddiema Insara. Imbgħad saret prezentazzjoni tal-Kuruni; in-Nutar Dr. C.G. Vella qara l-kuntratt ta’ donazzjoni, il-Prim Ministru deher għal-poplu Malti. Ir-Rettur tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat, il-Kavallier Alexander Dei Marchesi Apap Bologna, iffirma l-Kuntratt billi ntrabat li hu u s-suċċesuri tiegħu fl-Arċikonfraternita, iħarsu il-kuruni u jassiguraw li qatt ma jiġu mneħħija minn fuq ras San Ġużepp jew il-Bambin. Il-kuntratt ġie iffirmat quddiem ix-xiedha tal-Wisq Rev. Parti Accursio Serri, Provinċjal tal-Patrijiet Minuri, l-Onor. Imħallef Antony Montanaro Gauci u l-E.T. Mons. Isqof Costantino Trapani.

                L-Arċisqof Mikiel Gonzi bierek il-kuruni li kienu imqegħda fuq l-artal u ġiet intonata Quddiesa Pontifikali. Fl-Omenija tiegħu l-Arċisqof ħeġġeġ lil fidili biex jimxu fuq l-ezempju ta’ San Ġużepp fil-ħajja tagħhom.

               

L-Inkunurazzjoni saret wara l-Quddiesa: L-Arċisqof l-ewwel pogga l-KURUNA fuq ras il-Bambin u wara poġġa l-KURUNA l-oħra fuq ras San Ġużepp.  

Numru kbir ta’ kazozzi akkunpanjaw lill-istatwa nkurunata fir-ritorn tagħha lejn ir-Rabat.

 Id-dimostrazzjonijiet lill-istatwa kienu verament strordinarji u monumentali.

L-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat għaddiet trinofalment mit-toroq tar-Rabat fi Triqitha lejn il-Kolleġġjata ta’ San Pawl, fejn ġiet milqugħ sollennement mill-Arċipriet tar-Rabat, il-Kan. Dun Pawl Attard u l-Kanoniċi tal-Istess Kolleġġjata.

Il-Hamis 2 ta’ Mejju fis-6.00pm kienet saret Transulazzjoni Solenni bl-Istatwa nkurunata, mill-Kolleġġjata ta’ San Pawl għall-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesu’. F’din it-Transullazjoni kienu hadu sehem: l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat, ir-Retturi tal-Fratellanzi ta’ San Ġużepp ta’ Malta il-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Minuri; ir-Rev. Difinitorju tal-Provinċja Maltija tal-istess Patrijiet Minuri, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat; il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann u l-Kumitat tal-Festi tal-Inkunurazzjoni.

Wara d-dħul tat-Transulazzjoni fil-Knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesu’, sar Għasar Solleni u ingħatat il-Barka Sagramentali mill-Wisq Rev. Patri Accursio Serri Ministru Provinċjal.                             

Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju fit-8.00 am saret Quddiesa Prelatizja mill-Wisq Rev. Patri Aċċursio Serri Ministru Provincjal

Fis-6.00pm sar Għasar Solenni mis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl fejn wara saret priedka mir-Rev. Saċ. Nicholas Curmi u ingħatat il-Barka Sagramentali.

Is-Sibt, 4 ta’ Mejju, fis-7.30am saret Quddiesa Kantata mis-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Fis-6.30 pm sar Għasar Solenni mill-Komunita tal-Patrijiet Karmelitani, u wara saret priedka minn Patri Nonju Fenech u ingħatat il-Barka Sagramentali.

 Il-Hadd, 5 ta’ Mejju fis-7.30 am saret Quddiesa Kantata mill-komunita tal-Patrijiet Karmelitani. Fit-8.30 am saret Quddiesa oħra għal-membri irġiel tal-Museum u l-Azzjoni Kattolika.

Fis-6.30 pm sar Għasar Solenni mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali u wara priedka mir-Rev. Patri Stiefnu Magro u ingħatat il-Barka Sagramentali.

It-Tnejn 6 ta’ Mejju fis-7.30 saret Quddiesa Kantata mill-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali. Fit-8.30am saret Quddiesa oħra għas-Sorijiet u għat-tfal tal-iskejjel tagħhom.

Fis-6.30 pm sar Għasar Solenni mill-Patrijiet Agostinjani, u wara saret priedka minn Patri Consiglio Mallia u ingħatat il-Barka Sagramentali.

It-Tlieta 7 ta’ Mejju, fis-7.30 saret Quddiesa Kantata mill-komunita tal-Patrijiet Agostinjani.Fit-8.30 am saret Quddiesa oħra għal-membri nisa tal-Museum u l-Azzjoni Kattolika.

Fis-6.30 pm sar Għasar Solenni mill-Patrijiet Dumnikani, u wara priedka mir-Rev. Patri Ludovigo Boffa Predikatur Ġenerali u ingħatat il-Barka Sagramentali.

 L-Erbgħa, 8 ta’ Mejju saret Quddiesa Kantata mill-komunita tal-Patrijiet Dumnikani.

Fit-8.30am saret Quddiesa oħra għall-istaff u l-istudenti ta’Mater Admirabilis College.

Fil-11.30 am saret Quddiesa bis-Suplika tal-Madonna ta’ Pompei.

Fis-6.30 pm sar Għasar Solenni mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl wara saret priedka mir-Rev. Kan. Carmelo Cefai u ingħatat il-Barka Sagramentali.

Fit-8.30 pm sar marċ mill-Banda Konti Ruġġieru minn ma’ ġenb il-Knisja tal-Patrijiet Agostinjanij sa quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’. Fejn wara sar Programm Mużikali mill-istess Banda fuq il-palk prinċipali quddiem l-istess Knisja.

Il-Ħamis 9 ta’ Mejju fis-7.30 saret Quddiesa Kantata mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl. Fit-8.30am saret Quddiesa oħra għall-istudenti bniet tal-iskejjel tal-Gvern.

Fis-6.30 pm sar Għasar Pontifikali mill-E.T. Rev. Mons. Emanuel Galea Isqof titulari ta’ Tralles u Vigargu Ġenerali, li kien assistiet mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl u wara ingħatat il-Barka Sagramentali.

Fit-8.30pm sar marċ mill-Banda St. Joseph ta’ Ħal-Għaxaq mat-toroq ta’ madwar is-Santwarju.

Il-Gimgħa 10 ta’ Mejju fis-7.30 saret Quddiesa Pontifikali mill-E.T. Rev. Mons. Emmanuel Galea. Fit-8.30 am saret quddiesa oħra għall-istudenti subien ta’ l-iskjjel tal-gvern.

Fis-6.30 pm sar Għasar Pontifikali mill-Eċċelenza Tiegħu Rev. Mons. Ġużeppi Paċe, Isqof t’ Għawdex, li kien assistit mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat u wara nagħtat il-Barka Sagramentali.

Fit-8.30 pm sar marċ mill-Banda Ċittadina u Dekana L’Isle Adam tar-Rabat minn ħdejn il-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani sa quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ u wara sar Programm Vokali u Strumentali mill-istess Banda fuq il-palk prinċipali. Għal din l-okkazjoni tal-Festi ta’ l-Inkurunazzjoni, il-Banda kienet daqqet għall-ewwel darda innu gdid “San Ġużepp” fuq il-versi tal-avukat Ġorg Zammit LL.D. B.A., mużika tas-Surmast Anton Muscat Azzopardi A.Mus: L.C.M. F’dan il-Programm ħadu sehem il-Kor tal-Ħamrun u s-Sopran Hilda Mallia Tabone.

 Is-Sibt, 11 ta’ Mejju: fis-7.30 am saret Quddiesa Pontifikali mill-E.T. Rev. Mons. Isqof Ġużeppi Pace.

Fit-8.30 am saret quddiesa oħra gall-membri taz-Zgħazagħ Ħaddiema Nsara u tal-Legion of Mary.

Fin-Nofs siegħa sar marċ mill-Banda L’ Isle Adam mat-toroq ta’ Madwar is-Santwarju.

Fit-8.30 pm sar marċ mill-Banda Imperial tal-Mellieħa, minn ma’ ġenb il-Kolleġġjata ta’ San Pawl sal-Pjazza L’Isle Adam. Fejn wara l-istess Banda għamlet Programm Mużikali fl-istess Pjazza. Fl-istess ħin sar marċ ieħor mill-Banda Nicolo’ Isuoard tal-Mosta minn ma’ ġenb il-Knisja ta’ San Franġisk sa ħdejn il-Knisja Ta’ Duna. Fejn wara l-istess Banda għamlet Programm Mużikali quddiem l-istess Knisja. Fil-waqt li il-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun għamlet marċ minn ma’ ġenb il-Knisja tal-Agostinjani sa quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija u wara għamlet Programm fuq il-Palk Prinċipali.

Fl-10.30 pm sar hruq tan-nar tal-ajru u wara sar ħruq tal-logħob tan-nar tal-art ma’ ġenb il-Villa Rumana, dan ġie maħdum minn Ġanni Vella tal-Imġarr. Fl-aħħar inħarqet kaxxa nfernali tal-kulur.

 Il-Ħadd 12 ta’ Mejju- Egħluq il-Festi tal-Inkurunazzjoni: fil-5.30 am sar Matutin Solenni. Fid-8.45 am sar kant tat-Terza u fid-9.00 am saret Quddiesa Pontifikali mill-E.T. Revma. Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. F’ Din il-Quddiesa, Rev. Patri Alfred Attard O.F.M. nieseg Panigierku lil San Ġużepp.

Fin-12.30 pm sar marċ brijuz mill-Banda L’Isle Adam mat-toroq ta’ madwar is-Santwarju.

Fl-4.00 pm sar marċ mill-Banda St. Paul ta’ San Pawl il-Bahar, minn ma’ ġenb il-flats tal-Gvern sa Pjazza L’Isle Adam. Fejn wara l-istess banda għamlet Programm Mużikali fl-istess Pjazza.

Fl-istess ħin il-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun, għamlet marċ minn ma’ġenb il-Villa Rumana sa quddiem il-Kolleġġjata ta’ San Pawl. Wara l-istess Banda għamlet Programm mużikali fit-Triq il-Kbira.

Fl-4.30 pm sar Għasar Solenni u wara ħarget Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat li għaddiet minn Triq San Pawl, Triq San Ġużepp, Pjazza L’Isle Adam, Triq Santu Wistin, Vjal Santu Wistin, id-Dawra tal-Muzew, Pjazza Saqqajja, Triq Nikola Sawra, Triq San Franġisk, Triq l-Isptar, Triq il-Kbira u Triq San Pawl. Kemm l-Għasar u l-Purċissjoni kienu immexxija mill-Wisq Rev. Patri Lett. Accursio Sċerri O.F.M. P.E.P., Ministru Provinċjal.

Fil-Purċissjoni kienu hadu sehem: l-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat, il-Fratellanzi ta’ San Ġużepp ta’ Malta kollha, il-Komunitajiet Religjuzi tar-Rabat u l-Kapitlu tal-Kolleggjata ta’ San Pawl tar-Rabat.

Fl-4.30 pm kien sar marċ iehor mill-Banda La Vallette, minn ma’ genb il-Kazin tal-Banda Konti Ruġġieru sa quddiem il-Knisja Ta’ Duna. Fejn l-istess Banda għamlet Programm Mużikali.

Fl-istess ħin il-Banda King’s Own tal-Belt, għamlet marċ minn ma’ gemb il-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani sa quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ fejn wara l-istess Banda għamlet Programm mużikali fuq il-Palk Prinċipali.

Fil-ħrug u d-dħul tal-Purċissjoni inħarqet kaxxa nfernali. Filwaqt li matul l-istess purċissjoni gew sparati għadd ta’ murtali tal-kulur. Il-murtali tal-kulur u l-kaxxex infernali kienu ġew maħduma mid-dillettanti Ġużeppini Rabtin.

Il-Mużika tat-Tridu u l-Kant tal-Quddies Kantat kien gie esegwit taht id-direzzjoni tas-Surmast Manuel Gatt, fil-waqt li l-mużika tal-Għasar tal-11 u tat-12 ta’ Mejju kienu taħt id-direzzjoni tas-Surmast Frankie Diaċono.

Personaggi Importanti

Personaġġi mportanta u ir-rabta tagħhom

mal-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp                                                       

Il-Papa Piju XII li bil-Barka Appostoliku Tiegħu ħareġ id-Digriet minn Castel Gandolfo fis-27 ta’ Lulju 1956 biex jiġi inkurunat San Ġużepp.

 L-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Giuseppe Antonelli O.F.M. ħadem ħafna biex setgħet tiġi l-Inkurunazzjoni.

 L-Arċisqof Mikiel Gonzi, li kien hu li f’ Isem il-Papa Ġwanni XXIII Inkuruna Sollenement l-Istatwa Devota u Mirakoluza ta’ San Ġużepp fuq il-Fosos tal-Furjana nhar l-1 ta’ Mejju 1963

 Il-Wisq Rev. Provinċjal Patri Alfons M. Camilleri O.F.M. li fis-27 ta’ Settembru 1956 irċiva d-Digriet mingħand il-Q.T il-Papa Piju XII, biex ikun jista’ jiġi Inkurunat San Ġużepp.

 Il-Kavallier Alexander dei Marchesi Apap Bologna li kien Rettur ta’ l-Arċikonfraternita’ta’ San Ġużepp għal-aktar minn 30 sena u fiż-żmienu saret l-Inkurunazzjoni. Barra minhekk kien President ta’ l-Ghaqda Muzikali L’Isle Adam fiz-zmien l-Inkurunazzjoni ukoll.

 Mro Anton Muscat Azzopardi, li kien is-Surmast tal-Banda Dekana u Cittadina L’Isle Adam li mexxa il-Banda fl-Inkurunazzjoni. Il-mikbi surmast imsemmi halla lill-Komunita’ Guzeppina l-isbah Innu f’dawn il-Gzejjer bl-isem “San Guzepp” li zzanzan fl-10 ta’ Mejju 1963 ghal l-istess okazzjoni hekk importanti f’pajjizna. Il-Banda L’Isle Adam, flimkien mal-Banda Konti Ruggieri ghandhom ikunu kburi li taw is-sehem taghhom f’dawn il-festi hekk kbar, flimkien ma hafna baned ohra Maltin, ghax kienu bosta l-baned mistiedna.

 L-Arcipriet Dun Pawl Attard li dak iz-zmiez l-Arcipriet tal-Parocca ta’ San Pawl tar-Rabat li ta sehem importanti fl-Inkurunazzjoni tax-xbieha ghaziza taghna.

Prim ministru Gorg Borg Olivier li zamm f'idejh imhadda hamra tal-bellus, li fuqha kellha l-kuruna tad-deheb ta' San Guzepp.

Il-prim imhallef sir Anthony Mamo li zamm fuq imhadda izghar mill-ohra l-Kuruna tad-deheb ghall-Bambin.

 

1 ta' Mejju 1981

25 sena minn meta ġiet iċċelebrata għal-ewwel darba l-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, 1ta’ Mejju 1981.

 

Biex jiġi mfakkar il-25 anniversarju minn meta ġiet iċċelebrata f’Malta għall-ewwel darba l-festa f’ ġieħ San Ġużepp Ħaddiem fl-1 ta’ Mejju 1956, 25 sena wara iġifieri l-1 ta’ Mejju 1981, tniżżlet l-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt fuq talba tal-Kumm. Djoċesana tal-Għaqdiet tal-Lajċi.

Dakinhar fis-6.30 p.m. fl-istess Kon-Katidral saret Konċelebrazzjoni kbira, fejn iċ-ċelebrant prinċipali kien l-E.T. Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fil-bidu u t-tmiem tal-quddiesa saret purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp Inkurunat bis-sehem tas-saċerdotti konċelebranti li kienu mmexxija mill-fratelli ta’ l-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp tar-Rabat. Matul il-quddiesa l-istatwa ta’ San Ġużepp ġiet imqiegħeda fuq il-presbiterju tal-artal Maġġur, faċċata tat-tron tal-Arċisqof għal-qima tal-Kongregazzjoni kbira prezenti li kienet miġbura bi ħġarha fil-Kon-Katidral. Fil-bidu tal-quddiesa saret ċerimonja tal-preżentazzjoni u tberik tal-għodod minn Mons. Arċisqof.

Wara li spiċċat il-quddiesa l-istatwa ġiet meħudha r-Rabat privatament sa quddiem il-Knisja tal-Agostinjani. Minn hemm twasslet b’korteo sal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’, akkumpanjata bid-daqq tal-innijiet Ġużeppini mill-Banda L’Isle Adam. Fid-dħul tal-istatwa fil-Knisja, tkanta it-Te Deum u saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

 

Grazzi

Nixtieq nghid grazzi kbira lis-Sur Jeremy Debono zghazugh guzeppin rabti li provdili dawn id-dokumentarji importantissimi ghal kull Guzeppin Rabti u ghar-Rabtin kollha. Fejn mis-Sahha ta' Jeremy qedghin naqraw grajjiet importanti li sehhew fil-belt taghna, specjalment fir-Rabat ta' l-Imdina.

Grazzi kull min jixtieq jghaddi xi informazzjoni ghandha tintbat lili Adrian Zahra. (ghal e-mail ghafas fuq ismi)