FTUH UFFICJALI TAL-MUSEUM TAS-SUBIEN
QASAM NRU XII
MILL-E.T. MONS ARCISQOF PAWL CREMONA O.P.
Il-Gimgha 28 ta' Settembru, 2007
Wara diversi snin ta' hidma kontinwa u sagrificcju, kien propju lejlet il-festa ta' San Mikiel Arkanglu meta l-Qasam ta' Hal Luqa infetah mill-gdid u tbierek mill-E.T. Mons Arcisqof Pawlu Cremona O.P. Prezenti ghal din l-okkazjoni kien hemm il-W.R. Kappillan Dun Karm Camilleri, il-Vici Parroku Dun David Farrugia, membri tal-Kleru tal-Parrocca, is-Superjur u s-soci tal-qasam ta' Hal Luqa, is-Superjur generali tas-Socjeta', diversi soci li servew fil-qasam tul is-snin, il-W.R. Mons Lawrenz Gatt, is-Sindku u membri tal-Kunsill Lokali, u ghadd sabieh ta' Halluqin.
Mument sinifikanti mmens kien meta s-Superjur stieden lis-Sur Tuse' Mallia sabiex bhala l-aktar socu anzjan tal-qasam jipprezenta c-cwievet lill-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona u lis-Superjur Generali tas-Socjeta' tal-MUSEUM. Saru diversi diskorsi ta' l-okkazjoni fosthom mis-Superjur tal-qasam, is-Superjur Generali, il-W.R. Kappillan tal-Parrocca ta' Hal Luqa, u mill-Arcisqof Cremona innifsu.
Nawguraw aktar snin ta' hidma fejjieda lis-soci kollha tal-MUSEUM.