PARROCCA SANT' ANDRIJA

Artikli

Il-Bozzett ghall-Kwadru tal-Altar tal-Madonna tac-Cintura

 

Nafu illi sas-sena 1727, il-fratellanza tal-Madonna tac-Cintura fil-Parrocca ta’ Hal Luqa ma kelliex altar taghha u ghalhekk inhasset il-htiega sabiex din l-istess fratellanza takkwista wiehed mill-altari li diga’ kien hemm fil-knisja parrokkjali.  Fil-fatt, il-prokuraturi tal-fratellanza tac-Cintura, Gio Domenico Zammit u Giuseppe Mifsud baghtu supplika lill-Isqof ta’ Malta f’Settembru 1727 sabiex l-altar ezistenti taht it-titlu tas-Santissima Trinita’ jinghata lill-fratellanza tac-Cintura u b’hekk ikun jista’ jsir kwadru fiss iddedikat lill-Madonna tal-Konsolazzjoni. 

Gie kkummisjonat l-artist Enrico Arniaud, li minn naha tieghu pprezenta l-bozzett ghal dan il-kwadru l-gdid.  Fic-centru naraw ix-xbiehat tal-Madonna bil-Bambin fi hdanha, Santa Monika u Santu Wistin, imdawrin b’ghadd ta’ angli u kerubini.  Fin-naha ta’ fuq naraw ix-xbieha tat-Trinita Mqaddsa waqt li fl-irkejjen tan-naha t’isfel  naraw ukoll lil Santu Rokku u San Frangisk de Paola, peress li dawn kienu fil-kwadru tal-altar tas-Santissima Trinita’.  Il-kwadru l-gdid tal-Madonna tac-Cintura tlesta fl-1728 u ghadna ngawduh sa llum. 

Jekk wiehed janalizza sewwa dan il-bozzett fil-kuntest tal-kwadru li nsibu fil-Knisja Parrokkjali ninnutaw xebh qawwi bejniethom.  Fil-fatt insibu illi kien hemm biss tibdil minimu minn naha tal-artist mill-bozzett ghall-kwadru l-propju. 

Dan il-bozzett gie f’idejna grazzi ghall-kuntatt li ghamilna ma’ Dr Keith Sciberras f’dawn l-ahhar gimghat.  Dan l-istudju originali llum jinsab mizmum f’kollezzjoni privata.   

 

N. Zammit

 

Referenzi -

Arcivium Curia Melitensis

www.luqaparush.com 

L-GHANJA NINNI LA TIBKIX IZJED
TAGHLAQ 150 SENA

 

Is-sena 2011 timmarka anniversarju importanti fl-istorja marbuta mat-tradizzjonijiet Maltin ta’ zmien il-Milied.  Dan ghall-fatt illi mija w hamsin sena ilu nkitbet l-ghanja Ninni la tibkix izjed mill-Gizwita Halluqi Patri Andrea Schembri li mill-ewwel kisbet popolarita’ kbira u bdiet titkanta ta’ kull sena f’dawn iz-zminijiet ta’ festi.  Din l-ghanja kompliet issir aktar maghrufa mat-tfal permezz tal-processjopni bil-Bambin organizzata mill-membri tal-MUSEUM li waqqaf il-qaddis Malti San Gorg Preca.  

Patri Andrea Schembri twieled Hal Luqa fis-6 ta’ Settembru 1805, iben Pietru u Margerita nee’ Farrugia.  Studja fis-Seminarju ta’ l-Imdina u ha l-quddiesa fl-1829.  Huwa kien jghallem il-Latin u r-Rettorika fl-istess Seminarju.  Fl-1839 telaq lejn Ruma u hemm inghaqad mall-Kumpanija ta’ Gesu’ maghrufa ahjar bhala l-Gizwita.  Fl-1845 huwa gie lura Malta sabiex jghallem fl-iskola l-gdida tal-Gizwiti li nfethet fl-Imdina.  Huwa hadem ukoll bhala missjunarju fl-Algerija u wara, fost l-emigranti Maltin f’Algiers.  Patri Andrea Schembri kiteb diversi poeziji religjuzi bil-Malti, fosthom dik bl-isem Benniena ta’ Gesu’ Bambin fl-1861 li aktar tard saret maghrufa bhala l-ghanja Ninni la tibkix izjed!   Huwa miet fit-28 ta’ Settembru tal-1875. 

Referenzi

www.luqaparish.com

IR-RESTAWR TAL-VARA L-KBIRA
JAGHLAQ HMISTAX-IL SENA
(1996 - 2011) 


Propju l-2011 timmarka l-hmistax-il sena minn meta l-artist Renzo Gauci wettaq ix-xoghol ta’ restawr fuq il-Vara l-Kbira.  Kien fl-1996 meta l-istatwarju Tarxiniz irrestawra l-Kurcifiss u l-Madonna tal-Vara l-Kbira filwaqt li hadem mill-gdid l-istatwi ta' San Gwann u l-Madalena.  Dak iz-zmien kien sar qbil bejn il-Kappillan Dun Alfred Vella, il-Kanonku Dun Karm Zammit (li kien amministratur finanzjarju tal-Gimgha l-Kbira) u l-grupp tal-volontiera li kienu jiehdu hsieb il-vari biex l-ewwel zewg figure msemmija jkunu restawrati izda mhux mibdula.  Dan minhabba l-fatt li kienu ghadhom fi stat tajjeb u kellhom bzonn biss intervent ta’ konservazzjoni. Mill-banda l-ohra, l-istatwi ta' San Gwann u l-Madalena kellhom jinbidlu ma’ ohrajn godda minhabba l-hsarat konsiderevoli li kellhom u d-diversi modifikazzjonijiet li raw fuqhom tul is-snin.

 

Apparti dan ix-xoghol li kien jirrigwardja l-istatwi kien mehtieg li tinbidel l-art kollha tal-Vara l-Kbira l-antika minhabba l-hsarat estensivi li kellha.  Fil-fatt din kienet kollha mkissra u fejn kien jintrabat is-salib xejn ma kien b’sahhtu tant li xi snin qabel kienet saret alterzzjoni permezz ta' angle iron biex hekk jitnaqqas il-periklu li din il-parti tisfronda.  Sa dik is-sena ma kienx se jkun possibbli li jsiru l-bradella u l-bankun il-godda ghalhekk kienet izzarmat l-art l-antika u ntuzaw il-bradella u l-bankun il-qadma biex b’hekk setghet tintrama u tinhareg fil-processjoni ghal dik is-sena.

 

 Victor Caruana, Anton Grima u John Hili kienu hadmu fuq il-bazi l-gdida u fuq il-bukkun fejn jidhol is-salib. Dan sar tal-hadid biex b’hekk ikun accertat li jkun b'sahhtu u jservi ghal numru ta’ snin.  Dik is-sena l-Imghallem Guzeppi Galea hadem il-bazi tal-art ghal fuq il-bradella l-antika u sena wara (1997) hadem ukoll il-bradella u l-bankun il-godda ghall-din il-vara.  Il-bazijiet tal-injam tal-istatwi l-godda inhadmu minn Guzeppi Gauci, missier l-artist Renzo Gauci.  Fil-Vara l-Kbira l-antika s-salib ma kienx fin-nofs u l-artist kien issuggerixxa li ladarba kienu qed isiru daqstant alterazzjonijiet godda, dan issa kellu jiehu pozizzjoni centrali.  Fil-fatt hekk sar u dan serva wkoll biex il-piz ikun maqsum sew bejn ir-reffiegha kollha.  

 

Bit-tibdil li kien sar fil-pozizzjoni tas-salib issa kien possibbli li dan jidhol minn fuq minghajr ma kien hemm il-bzonn li tizzarma l-istatwa tal-Madalena kif kien isir qabel. Anton Grima u John Hili kienu hadmu apparat apposta li bih kellu jintrefa s-salib.  Dan ghadu jintuza flimkien mal-apparat li jtella l-linef fil-festa u b’hekk ikunu ffrankati l-hsarat u tbatija zejda.  Flimkien ma' dan ir-restawr kienet saret dijadema gdida ghal San Gwann biex din saret taqbel ma' dik li kienet tinsab fuq San Gwann tad-Duluri ghax qabel dawn kienu totalment differneti.  Id-dijadema tal-Madalena saritilha zieda fejn qabel kellha parti nieqsa fejn kien imiss maghha s-salib.

 

 B'dan ix-xoghol ta’ restawr, il-Vara l-Kbira zammet id-dehra tradizzjonali taghha u fl-istess waqt kienu rrangati numru ta’ affarijiet biex b’hekk din l-opra hekk sabiha tibqa’ titgawda fi zmien il-Gimgha Mqaddsa.

 

Kitba ta' Joseph Grima

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ISKULTURA FIL-KNISJA PARROKKJALI TA' HAL LUQA

Fl-1952 ir-rikostruzzjoni tal-knisja parrokkjali kienet waslet fis-stadju avanzat ferm.  Mil-lat intern kien fadal ferm xi jsir, ewlieni fost l-ohrajn kien hemm ix-xoghol ta’ skultura, irham u zebgha.  Fir-rigward tal-iskultura, il-maggoranza tax-xoghol tal-iskultura sar mill-iskulturi Agius u l-kuntrattur Marco Montebelloii, filwaqt li l-iskultur Halluqi Ninu Said ta' ukoll s-sehem tieghu f'dan il-progett.

Guzeppi Agius hu wiehed mill-iskulturi li flimkien maz-ziju tieghu Toni Agius hadem parti sostanzjali mill-iskultura li nsibu fil-knisja parrokkjali. Guzeppi twieled fil-5 ta’ Frar 1931 gewwa l-Birgu, izda ftit wara kellu jitlaq minn hemm minhabba l-attakki tal-gwerra. Orginarjament, Toni Agius kien jahdem bhala mastrudaxxa izda minhabba nuqqas ta’ xoghol kellu jabbanduna din is-sengha u jaqleb fuq ix-xoghol tal-gebel. Eventwalment anke Guzeppi ha l-istess triq ta’ zijuh. Huma kienu jahdmu dan ix-xoghol fis-Siggiewi.

Waqt intervista li saret ftit tax-xhur ilu, Guzeppi qalilna li kemm hu kif ukoll zijuh gew imqabbda jibdew bl-iskultura tal-koppla. Il-parti l-kbira tal-iskultura tal-koppla tnaqqxet fil-gebla, izda Guzeppi jiftakar lil zijuh iwahhal xi partijiet b’disinn mahduma fil-gibs. Ta’ min jghid li dan kien ikkonfermat waqt li kien ghaddej ix-xoghol tar-restawr tal-koppla. Meta tqaxxret iz-zebgha kollha nstab li d-disinn li hemm bil-fjuri mal-pilastri tal-koppla huma fil-gibs kif ukoll fjuri zghar ohra li hemm aktar ’l-isfel mal-istess pilastri. Apparti dawn, l-iskultura kollha hi mqattgha fil-gebel.  Ix-xoghol ta’ din l-iskultura kien sar kollu fil-knisja. Waqt l-intervista Guzeppi qalilna li l-gwarnicun tal-knisja kien sar kollu minnhom. Irrakkonta wkoll kif il-kaptelli tal-faccata tal-knisja u l-iskultura ta’ madwar l-arloggi tal-knisja tnaqqxet kollha minn id Guzeppi.

Agius ma naqasx li jsemmi grajja li bi ftit ma spiccatx dizgrazzja. Darba fost l-ohrajn waqt kien qieghed jaghmel xi xoghol fuq l-armar, bi ftit ma zelaqx ghal isfel, peress li ghamel riglejh f’pozizzjoni hazina. Hu jiftakar ukoll incident iehor li kien sehh f’Hal Luqa waqt li kienu jahdmu fil-knisja. Dan kien meta fit-30 ta’ Dicembru 1952, ajruplan ta’ tip Avro Lanchester kien waqa’ fuq dar fi Triq il-Gdida ezattament fejn llum hemm Centru tal-Anzjani.

Wara tliet snin ta’ hidma fil-knisja parrokkjali, ix-xoghol tal-iskultura kien tlesta. Ftit wara Agius kien gie inkarigat b’xoghlijiet ohra fil-knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt. Hu hadem ukoll fil-knejjes tas-Siggiewi, tat-Trinità fil-Marsa, ta’ Sant’Agata fir-Rabat u f’dik ta’ Haz-Zebbug.

Anthony Said, maghruf ahjar bhala Ninu Said, kien ukoll involut fl-iskultura tal-knisja ta’ Hal Luqa. Hu twieled fl-1918 u fl-1944 izzewweg lil Maria Dolores u kellhom sitt itfal.  F’intervista li ghamilt ma’ Joe u Andrew Said, qaluli li missierhom kien naqqax l-iskultura ta’ l-ewwel twieqi ta’ magenb il-gallarija tal-orgni. Kif qalilna ibnu Joe, missieru kien ippreparat sew biex jiskolpi t-twieqi kollha tal-knisja. Izda waqt intervista li ghamilt ma’ Anthony Muscat dan qalli li hu u huh kienu skolpew it-tieni tieqa parigg dik li kien ghamel Ninu Said wara li tqabbdu jaghmlu l-kum-plament t-twieqi tal-kursija.

Fl-arkivju tal-Knisja Parrokkjali Hal Luqa, nsibu notamenti ta’ hlasijiet ghal xoghol ta’ skultura lil kuntrattur Marco Montebello. Ghalkemm il-hlasijiet saru lil Montebello, ix-xoghol tal-iskultura tat-twieqi li hemm fil-kursija, bl-eccezzjoni ghal dik li ghamel Ninu Said, u l-kappelluni sar kollu mill-iskulturi Salvu u Anthony Muscat, neputijiet ta’ Montebello.

Kif spjegali Anthony Muscat, Marco Montebello kien iddelega dan ix-xoghol lin-neputi tieghu Salvu Muscat biex jaghtih l-opportunità jibda jahdem dan ix-xoghol billi hu kellu hafna xoghol f’dak iz-zmien. Anthony Muscat, li kien beda jaghmel xoghol simili minn età zghira, spicca jghin lill huh Salvu wkoll. L-ahwa Muscat naqqxu flimkien it-twieqi tal-kursija. Meta x-xoghol wasal fil-kappelluni, Salvu Muscat naqqax t-twieqi ta' kappellun minnhom u Anthony naqqax t-twieqi tal-kappellun l-iehor.

Sal-lum wiehed jista’ jidentifika d-differenzi bejn l-iskultura tat-twieqi tal-kor, it-twieqi tal-kursija u l-ahhar tnejn ta’ hdejn l-orgni. L-iskultura li lahaq ghamel Said ma tnehhietx u prattikament ghadha hekk sal-prezent. Id-differenzi mit-twieqi l-ohra jidhru car specjalment il-mazzettun, il-mensoli u l-iskudett ta’ fuq t-tieqa. L-unika skultura li nbidlet minn dak li kien ghamel Ninu Said f’dawn iz-zewg twieqi kienet il-parti fejn hemm il-mazzettun. Kif qalilna ibnu Joe, tnaqqxet skultura gdida mill-mazzettun li kien hemm biex hekk giet taqbel mal-iskultura tal-kumplament tat-twieqi.

Ta’ min jghid ukoll li l-kumplament tat-twieqi l-ohra ma sarux ezatt bhat-tnejn li x’aktarx Montebello hadem gewwa l-kor u hadd ma jaf ezatt x’kienet ir-raguni ghal dan.

Id-differenzi notevoli jirrigwardaw il-mensoli. Dawk imnaqqxa minn Said jispiccaw bi kwadrant filwaqt li l-ohrajn ghandhom element iktar tradizzjonali peress li jispiccaw fit-tond. Fir-rigward tal-iskudett ninnutaw kif ta’ Muscat hu tawwali filwaqt dak skolpit minn Said huwa wiesa’ iktar u inqas tawwali. Il-gnub tal-iskudetti ta’ Muscat huma mzewqa bi skroll fuq kull genb.  Tajjeb li nirrimarkaw kif it-twieqi tal-kor huma mzewqa b’iktar dekorazzjoni b’mod differenti spe-cjalment fil-parti ta’ taht tat-tieqa.

Meta naraw dan kollu, ninnutaw kif kull gebla ghandha l-istorja taghha xi tghid! F’harsa llum lejn dak li wettqu dawn l-iskulturi naraw kemm ta’ bilhaqq ix-xoghol li ghamlu l-iskulturi Agius, Muscat u Said ghamel unur kbir lilhom u llum, 55 sena wara, l-iskultura li welldu mill-gebla Maltija, saret monument artistiku li jpaxxi l-generazzjonijiet kemm dawk prezenti u lil dawk li ghad iridu jigu.

 

 

 

Kitba ta' James Aquilina

 

Ringrazzjamenti:

Lil Silvio Pace u Fr. David Farrugia li ghamlu l-intervista ma’ Guzeppi Agius possibbli.

Lil-ahwa Joe u Andrew Said li ghaddewli informazzjoni u ritratti li kelli bzonn ghal dan l-artiklu.

Lil Joseph Grima li ghamel l-intervista ma’ Anthony Muscat possibbli.

Lil Mons. Innocenz Borg tal-informazzjoni li ghaddieli.

 

 

L-intervista ma’ Guzeppi Agius saret fl-Isptar Mater Dei fil-5 ta’ April 2010 fit-7:45pm. Sfortunatament Guzeppi Agius miet il-Hadd 30 ta’ Mejju 2010.

L-intervista ma’ Joe u Andrew Said saret fil-25 ta’ Mejju 2010 fis-7:15pm.

L-intervista ma’ Anthony Muscat saret fit-8 ta’ Gunju 2010 fil-5:30pm

 

 

Riferenzi:

Hal Luqa Niesha u Grajjietha, pg. 310, Dun Guzepp Micallef 

l-kuntrattur Montebello iddelega x-xoghol tat-twieqi lil ahwa Salvu u Anthony Muscat

http://www.aviationinmalta.com/MilitaryAviation/AccidentsMilitary/19501959/tabid/495/language/en-US/Default.aspx

Testimonjanzi verabli ta’ Anthony Muscat

Prezentament hu mahsub li t-twieqi tal-Kor aktarx li saru minn Marco Montebello qabel ghadda x-xoghol lin-neputi tieghu Salvu Muscat.

XBIEHA TA' SANT'ANDRIJA FIR-RABAT TAL-IMDINA

Min jaf kemm il-darba ghaddejna minn  quddiem Palazzo Xara fir-Rabat tal-Imdina fi triqtna lejn il-Knisja ta’ Giezu u ninnutaw  dar antika b’faccata eleganti, tistenna li tmissa x-xorti tar-restawr wara tant snin mitluqa w abbandunata.  Izda forsi ghal min ma jkunx jaf certu fatti storici, qatt ma jghaddilu minn mohhu li din id-dar tista tiftah bieb iehor ghal sejba interessanti ferm.   

Propju din id-dar ghandha rabta specjali mal-parocca ta’ Hal Luqa ghax lura fl-ewwel nofs tas-seklu 20 kien jabita fiha certu Monsinjur Carmelo Grima.  Fil-fatt dan is-sacerdot twieled Hal Luqa lejn nofs is-seklu 19, iben Nikola u Maria nee’ Scicluna.  Kien jigu hu Mons Oratio Grima li serva bhala kappillan ta’ Hal Luqa bejn l-1888 u l-1903 sakemm inhatar Arcipriet tal-Katidral tal-Imdina u Kantur tal-Kapitlu Metropolitan. 

Nhar is-7 ta’ Mejju 1910 Dun Carmelo Grima inhatar ukoll Monsinjur tal-Katidral.  Kien tassew sacerdot mimli bid-don tal-gharef, tant li l-Kongregazzjoni tal-Istudji tatu d-Dottorat fit-Teologija (S.Th.D).  Fl-1891 inhatar Professur tal-Morali fis-Seminaju tal-Isqof u aktar tard, fl-1906 inhatar ukoll Professur tal-Morali fl-Universita’ Rjali.  Huwa miet fl-1940 u flimkien ma’ huh Mons Oratio Grima, jinsabu midfunin fil-Katidral tal-Imdina.      

Intant, Mons Carmelo Grima kien jabita f’din id-dar gewwa r-Rabat tal-Imdina aktarx minhabba  l-impenji kbar li kellu fi hdan il-Kapitlu Metropolitan u anke bhala ghalliem tas-sacerdoti novizzi.  Ma setax jonqos illi minkejja li kien joqghod ftit ’l boghod minn rahal twelidu, xorta ghamel mezz li jkollu xi haga partikolari li tfakkru  bis-shih f’Sant’Andrija Appostlu.  Tant hu hekk illi fil-gnien tad-dar tieghu huwa waqqaf nicca kemmxejn imdaqqsa bi xbieha ta’ Sant’Andrija mahduma fuq dik titulari tal-parrocca taghna. 

Maz-zmien din id-dar sfat mitluqa u bhal donnu l-istorja taghha bdiet tintesa wkoll.  Izda minn fomm uhud mill-anzjani li sa llum ghadhom jiftakruha tajjeb baqghet tidwi l-kelma li hemm f’dik id-dar kien hemm Sant’Andrija sabih!  Xi ftit jew wisq il-kurzita’ teghlbek, izda ghall-ewwel ma kienx possibbli naraw din l-istatwa ghax id-dar kienet maghluqa.

Kien propju ftit tax-xhur ilu meta familjari tal-Monsinjur Grima hadu din id-dar f’idejhom sabiex din tigi attrezzata ghall-uzu turistiku.  Minnufih regghet nibtet ix-xewqa illi nzuru din id-dar sabiex naraw l-istatwa ta’ Sant’Andrija.  Wara numru ta’ tentattivi il-hsieb irnexxa tassew u grazzi ghas-sid ta’ din id-dar, huwa laqaghna b’qalbu kollha sabiex b’hekk stajna nammiraw mill-qrib din ix-xbieha tassew storika u fl-istess hin naraw ukoll id-dar li kellu Mons. Grima.  Ix-xoghol ta’ restawr f’din id-dar kien ghadu ghaddej gmielu izda l-istatwa ta’ Sant’Andrija kienet kwazi lesta minn kollox. 

Ghalhekk ghall-ewwel darba bi pjacir qed nippublikaw dan l-artiklu flimkien mar-ritratti tal-istatwa ta’ Sant’Andrija li tinsab fid-dar maghrufa bhala ta’ Mons. Grima sabiex il-qarrejja kollha jkunu jistghu japprezzaw aktar il-patrimonju ta’ missirjietna u l-kult lejn Sant’Andrija Appostlu f’pajjizna.

Hajr specjali lill-qraba ta’ Mons Carmelo Grima ghall-mod akkoljenti li bih laqghuna gewwa darhom.

 

N. Zammit

10 ta’ Dicembru, 2010

IL-VARA TA' KRISTU FL-ORT TAGHLAQ GHAXAR SNIN
 

Iz-zmien ma jzommu hadd u propju din is-sena l-vara ta’ Kristu fl-Ort tal-Getsemani taghlaq ghaxar snin issebbah is-sett ta’ vari tal-Passjoni ta’ Hal Luqa.  Din il-vara hadet post ohra aktar antika mahduma fil-kartapesta mill-istatwarju Mastru Giuseppe Vella tal-Belt Valletta qrib is-sena 1830. 

Meta fl-1995 il-Kappillan Dun Alfred Vella ta bidu ghal programm shih ta’ restawr tal-vari tal-Gimgha l-Kbira, l-artist Renzo Gauci kien gie nkarigat biex jiehu hsieb dan il-progett.  L-amministratur tal-finanzi kien il-Kan. Karm Zammit, li ha hsieb jikkordina x-xoghol flimkien ma’ numru ta’ voluntiera ohra.  Minhabba l-kundizzjoni xejn tajba ta’ whud mill-vari l-antiki gie deciz illi dawn jinhadmu godda fuq l-istess stil tal-vari l-qodma biex dawn jikkumplimentaw il-vari l-ohra fis-sett.

Fl-1999 tul il-parrokat ta’ Dun Joe Camilleri, l-artist Renzo Gauci pprezenta l-ewwel disinn ghall-vara l-gdida ta’ Kristu fl-Ort wara li kien deciz li din ghandha tinhadem mill-gdid.  Il-vara l-antika kellha diversi hsarat u ma kienx hemm lok li tigi rrestawrata.  Ghalhekk il-vara l-antika ta’ Vella sabet postha fil-wirja tal-vestwarji f’Dar Sac. Agius biex tibqa’ titgawda mill-generazzjonijiet futuri.

L-ewwel abbozz li hejja Renzo Gauci ghall-vara l-gdida kien jinkludi fih tliet angli u l-figura ta’ Kristu.  Zewg angli zghar jidhru jzommu s-salib, anglu iehor kbir qed izomm il-kalci, waqt li l-figura ta’ Kristu kienet ukoll differenti milli naraw is-soltu.  L-idea kienet wahda tassew originali, izda gie deciz illi l-vara kellha tinzamm fuq l-istil tradizzjonali u ghalhekk l-artist biddel il-hsieb li kellu minnufih.  Il-vara l-gdida tlestiet fis-sena 2000 u harget ghall-ewwel darba fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ta’ l-istess sena. 

Il-bradella li ntuzat ghal din il-vara l-gdida nhademt mill-imghallem Guzeppi Galea.  Originarjament din l-istess bradella saret ghall-Irxoxt ta’ Birzebbuga, izda minhabba cirkostanzi mhux maghrufa spiccat tintuza ghall-vara l-gdida ta’ Kristu fl-Ort.  Il-bazi ta taht l-art tal-vara inhadem minn missier l-artist Renzo Gauci filwaqt li Victor Caruana ha hsieb ix-xoghol tal-hadid fejn titpogga s-sigra taz-zebbug.  Il-vara ntramat ghall-ewwel darba fil-mahzen tal-vari minn Anton u Joseph Grima, Anton Morana u Victor Caruana. Fl-2001 inhadmet ukoll dijadema gdida ghall-istatwa ta’ Kristu mid-Ditta Aquilina ta’ Hal Qormi li l-ispejjez taghha thallsu minn Joseph Grima.  Madwar tliet snin ilu, il-bradella li kellha l-vara ta’ l-Ort inbidlet ma’ dik tal-Vara l-Kbira u din ta’ l-ahhar kienet uzata taht l-istatwa tal-Ort sabiex b’hekk l-ispazju taz-zewg statwi gie aktar adattat. 

Ghall-ewwel darba qed jidhru fil-pubbliku ritratti unici tal-vara l-gdida ta’ Kristu fl-Ort waqt li kient qed tinhadem fl-istudio tal-artist Renzo Gauci lura ghas-snin 1999 u 2000.

 

N. Zammit

Hajr specjali lil Joseph Grima ghar-ritratti u l-informazzjoni li ghaddielna.

 

Bibliografija

Hal Luqa, 375 sena ta’ Fidi u Kultura Nisranija, Parrocca Sant’Andrija, 2009

Dun Guzepp Magri (1874 – 1930)

Mahtur Kappillan 90 sena ilu

Dun Guzepp Magri, iben Giovanni Maria u Katarina nee’ Camilleri twieled gewwa z-Zurrieq nhar is-27 ta' Jannar 1874 u gie tghammed fl-istess jum mill-Kappillan Dun Vincenz Schembri gewwa l-knisja matrici ta’ Santa Katarina V.M.  Ta’ eta’ zghira huwa hass is-sejha ghas-sacerdozju u wara li temm l-istudji tieghu fis-Seminarju tal-Arcisqof, gie ordnat sacerdot fid-19 ta' Dicembru 1896.  Ghamel zmien bhala rettur tal-Knisja tal-Kuncizzjoni f'Benghajsa, u wara serva bhala kappillan tal-parrocca ta' Santa Marija ta' Hal Ghaxaq bejn l-1909 u l-1920.

Nhar it-23 ta’ Mejju 1920, Dun Guzepp Magri gie nnominat bhala kappillan tal-parrocca ta’ Sant’ Andrija Appostlu ta’ Hal Luqa wara li l-kappillan Vella inhatar Monsinjur tal-Katidral.  Tul il-parrokat tieghu, Dun Guzepp baqa’ jistinka bhal predecessur tieghu sabiex ikompli jsebbah it-tempju Andrean.  Sab hafna ghajnuna mill-ahwa sacerdoti Vassallo kif ukoll mill-poplu Halluqi li bil-generozita’ kbira tieghu saru bosta opri li ghadna ngawdu sa llum. 

Fost l-ohrajn, tissemma’ l-bradella u l-bankun godda ghall-vara tal-Marbut mahduma b’sengha liema bhala mill-Imghallem Luca Grixti fl-1923, kif ukoll tkompla d-damask tal-palma ghall-festa titulari ta’ Sant’ Andrija.  Fl-1927 imbghad inhadmu l-bibien il-godda tal-knisja parrokkjali fuq disinn tal-maghruf bormliz Abraham Gatt. 

Izda zgur illi l-aqwa opra li stinka tant ghaliha l-kappillan Magri kienet is-sett qniepen godda tad-ditta Prospero Barigozzi ta’ Milan.  Il-qniepen waslu Malta nhar il-15 t’Ottubru 1928 u tbierku waqt cerimonja solenni fis-27 t’Ottubru mill-Isqof Dom Mauro Caruana.

Fl-1929, il-kappillan Magri kellu jirtira min kappillan tal-parrocca minhabba sahhtu, tant li baqa’ sejjer lura sakemm halla din id-dinja nhar il-11 ta’ Jannar ta’ l-1930.

 

N. Zammit

Hajr lill-Wisq Rev. Kappillan Dun Karm Camilleri ghar-ritratt li ghaddielna

 

Id-digriet mahrug mill-Isqof Dom Mauro Caruana sabiex gie nnominat Dun Guzepp Magri bhala kappillan tal-parrocca ta' Hal Luqa