Grazzi Kbira mill-qalb tal-kooperazjoni sabiex
għamilna gimgħa festa kif jixraq tassew lil qaddis tar-raħal tagħna San Ġorg
Martri. Grazzi kbira lin-nies tal-armar li għalkemm it-temp kien kontrijhom
xorta tawna demostrazjoni li xejn ma jwaqafhom, kif ukoll lil bandisti taż-żewġ
baned, tal-istazjon tar-radju Leħen il-Belt Ġorgjana, qassisin, frattelli,
abbatini u voluntiera oħra li mingħajrhom ma kien issir xejn.Għal min ħaseb li Tnejn filgħodu
insteraq l-armar tat-toroq nistaw nassiguraw li ma kien xejn min dan IŻDA aħna
u nies oħra inkarigati bir-responsabilta tal-armar għamilna miraklu bl-għajnuna
ta' San Ġorg u żarmajna kważi raħal sħiħ. Nixtieq nirringrazja personalment lil
nies partikulari li iddeċidu bil-volonta tagħhom mingħajr ħadd ma qalilhom ġew
jgħinuna nżarmaw kollox.
Grazzi lil Kullħadd u sakem tasal festa oħra inħallikhom b'ViVa SAN ĠORG MARTRI IL-PATRUN TAL-BELT PINTO U L-ĠORĠJANI KOLLĦA Ta' MADWAR ID-DINJA KOLLHA.
