Grupp Abbatini Immakulata Kuncizzjoni Hamrun

Ulied Marija Immakulata fuq l-artal

San Tarċisju – il-Qaddis Protettur tal-Abbatini.


Tarċisju kien tfajjel onest u serju,tant kemm hu hekk li kien ingħata l-inkarigu li jwassal lil Ġesu Ewkaristija lil ħutu l-insara li kienu fil-ħabs.

Darba waħda nqabad jgħamel dan u riedu bilfors jkuna jafu x’qieghed iġorr fuqu, iżda Tarċisju ma beżgħax mit-theddid u għafas s-sagrament ma sidru biex żgur Ġesu ma jaqgħax f’idejn profana. Meta raw hekk dawk li qabbduh sawwtuh għall-mewt.

Dan ġara fil-15 ta’ Awwissu tas-sena  257w.K. Tarċisju ġie midfun f’Via Appia f'Ruma.

Fis-sena 757 il-Papa Pawlu I kien talab li l-fdal ta’ dan il-qaddis  u ta’ martri oħra jittieħdu fil-Bażilika ta’ San Silvestru f’Ruma għal aktar qima.

San Tarċisju beda jingħata aktar ġieħ l-aktar wara li l-Kardinal Wiseman kien kiteb rumanz bl-isem <<Fabiola>> dwar dan il-qaddis kuraġġuż.

San Tarċisju hu l-qaddis prottetur tal-abbatini.