Grupp Abbatini Immakulata Kuncizzjoni Hamrun

Ulied Marija Immakulata fuq l-artal

Mill-pinna ta' ....

F'din il-paġna ħa tibdew issibu artikli li kitbu sħabna l-abbatini. Dawk l-abbatini li jixtiequ jiktbu artiklu jibgħatuh email fuq abbatinikuncizzjonihamrun@gmail.com jew jgħatih lil James.

                                                                                                                                                                                               

 

Mill-pinna ta' Nathaniel Scerri

Jiena jisimni Nathaniel Scerri. Għandi 6 snin imma dalwaqt ser nagħlaq 7 snin. Il- birthday tiegħi huwa fis-16 t’Awwissu. Jiena noqgħod G’ Mangia imma l-Parroċċa tagħna hija dik iddedikata lil Marija Immakulata Kunċizzjoni.

Jiena ser nagħlaq sena bħala abbati peress li f’Awwissu tas-sena l-oħra iddeċidejt li nibda ngħin il-quddies. Jiena nieħu pjaċir ħafna abbatti għax l-ewwel net inkun viċin ta’ Ġesu’ u t-tieni għax għamilt ħafna ħbieb ġodda. Jiena nieħu pjaċir ħafna nilgħab fil-kamra tal-abbatini. Hemmhekk noqgħod nilgħab ma’ sħabi.

Grazzi ħafna lil Gabriel u l-James talli jieħdu ħsiebna u nwegħdom li noqgħod bravu iktar.

Thomas the Tank Engine

Jiena Nathaniel u ser inkellimkom dwar meta jiena u l-familja tiegħi morna naraw lil Thomas the Tank Engine. Kont ilni ħafna nixtieq l’immur nara t- trains li tant inħobb. Jiena inħobb ħafna lil Thomas u anke lil James (dan mhux James Ellul tafux, dak inħobbu wkoll).

F’Awissu 2008, aħna morna Watercress Line, Londra u kellna l-opportunita li nitilgħu fuq it-trains. Kienet nieżla x-xita imma xorta ħadna pjaċir. Jiena rkibt fuq Thomas, Spencer, Percy, Toad, Annie u Carabel u oħrajn.

Kienet okkażjoni sabiħa u nixtieq li nerġa mmur flimkien ma’ sħabi l-abbatini. Min jaf forsi nerġa mmur xi darba oħra.

 26.7.2009 

                                                                                                                                                                                                

Mill-pinna ta' Andre' Caruana

Jiena Andre’ Caruana u noqgħod f’dar il-Ħamrun mal-ġenituri tiegħi u oħti li hi ikbar minni. Jiena għandi 9 snin u ilni madwar sentejn abbati fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Wieħed mill-passatempi tiegħi huwa li nilgħab il-futbol u nżomm mat-tim Taljan tal-Milan. Inħobb ħafna mmur nagħti s-servizz tiegħi  bħala abbati.

Btala tal-ħolm

Waħda mill-avventuri li żgur ma ninsa qatt hi meta sifirt għall-ewwel darba. Kelli madwar 4 snin u żorna l-pajjiżi sbieħ tal-Italja u l-Iżvizzera. Morna bejn t-22 u 29 t’Awwissu 2005. Ġew magħna żewġ zijiet waħda min-naħa t’ommi u waħda min-naħa ta’ missieri. Ma nista’ ninsa qatt x’eccitament kelli l-ewwel darba li rkibt fuq l-ajruplan. Kienet esperjeza totalment ġdida. Esperjenza meraviljuża li kelli kienet f’Gardaland. Verament post tal-ħolm. Irkibt fuq ħafna logħob differenti u rajt diversi ‘shows’ bħal tad-delfin u ta’ Tarzan. Insomma l-btala kollha kienet tal-ħolm!

 

31.7.2009

                                                                                                                                                                                                


Mill-pinna ta' Kurt Formosa

Jiena tifel li illum għandi 10 snin. Jien jisimni Kurt Formosa. Jien noqgħod il-Ħamrun ħdejn il-knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-passatemp tiegħi hu li nrabbi l-ħut tal-ilma baħar. Dan il-passatemp trid tkun iddedikat għalih. L-affarjiet li jkollu bżonn irrid ikun bl-eżatt pereżempju t-taħlit tal-melħ ma' l-ilma u s-sustanzi li jintefgħu ġol-akkwarju. Jiena nħobbu dan il-passatemp għax fih mogħdija tal-ħin

Vaganza ġol-Bavaria

Jien u missieri konna qegħdin ikla mal-ħbieb tagħna. Missieri u wieħed mill-ħbieb tiegħu ddeċidew li mmorru btala sal-Ġermanja. Aħna għoġbitna l-idea u ftemna li mmorru naraw lit-team tal-Bayern Munich jilgħabu. Fittixna fuq l-internet u bbukjajna kollox. Kont qed nistenna dik il-ġurnata bil-ħerqa biex nmur nara' lit-team favorit tiegħi. Fl-aħħar waslet il-ġurnata tant mistennija. Irkibna l-ajruplan u fit-tlett sigħat wasalna. Nzilna l-ajruplan u mill-ajruport tlaqna dritt għall-lukanda. L-għada kien is-Sibt wara u wara nofsinhar tlaqna l-ground fejn hemm rajna lit-team tal-Bayern Munich jilgħab. Dik il-logħba kienet il-finali u il-Bayern Munich rebħu bl-iskor ta' tnejn b'xejn. Iż-żmien tar u ġejna lura Malta. Dik kienet waħda mill-isbaħ safra li kelli.

                                                                

 5.08.09

                                                                                                                                                                                                
 
Mill-pinna ta' Aaron Buttigieg


Jien jisimni Aaron u noqg
ħod il-Ħamrun eżatt wara l-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni. Bħala passatempi jiena nħobb ng]um u nilgħab il-Basketball. Meta mmur fil-kampanja inħobb ukoll nilgħab ma' sħabi l-futbol.

Meta mort Pari[i, u dik btala!

Kont qomt kmieni filg]odu u kont eċċitatt ħafna. Wasalna f'nofsinhar fl-ajruport Ħal-Luqa u f'xi siegħa ta' wara nofsinhar qbadna l-ajruplan għall-Pariġi. Wasalna fl-ajruport ta' Pariġi (Paris Charles de Gaulle) f'xi l-erbgħa ta' wara nofsinhar. Morna lukanda u bdejna noħorġu il-ħwejjeġ mill-bagalji tagħna. Ftit wara morna nżuru Torri Eifel u l-Mużew Louvre. F'jumejn mill-Ġimgħa li kont hemm għaddejnihom ġewwa Euro Disney. Irkibt ħafna 'rides' fosthom 'The Temple of  Peril' u 'Space Mountain'. Ħadt ħafna pjaċir f'din il-vaganza imma ddispjaċieni li għaddiet malajr.

                                                                                

 

 26.08.09

                                                                                                                                                                                                

 Mill-pinna ta' Ciarlo Camilleri

Jien jisimni Ciarlo u noqgħod G'Mangia imma fil-Parroċċa tal-Kunċizzjoni. Jiena nħobb nilgħab il-futbol u ngħum. Għandi ukoll żewgt iklieb Brownie u Max.        Bħala tim tal-futbol inżomm ma' Juventus.

Btala [o Ruma

Kont qomt fl-erbgħa ta' filgħodu u wasalna fl-ajruport Internazzjonali ta' Malta f'xi sitta u nofs ta' filgħodu. Irkibna l-ajruplan u meta kont fuqhu kont ħdejn it-tieqa biex narha l-veduta. Wasalna hemm u morna dritt ġol-lukanda. Wara xi siegħa ta' mistrieħ morna nżuru l-Colosseo. Insomma fil-Ġimgħa li kont hemm żorna l-Vatikan fejn rajt bosta arti u affarjiet reliġjuzi. Morna wkoll Fontana di Trevi u ħafna Mużewijiet. Insomma bħal dejjem meta tkun vaganza l-ħin dejjem itir malajr u din għaddiet bħal sajjetta imma meta ġejt lura ferħan li ħadt gost f'din il-btala ma' tal-familja.

                                            

 

 26.08.09

                                                                                                                                                                                                

Mill-pinna ta' Nigel Borg

 

Jien jisimni Nigel u għandi 10 snin. Jien  noqgħod G’Mangia u nattendi fil-parroċċa ta’ l-Immakulata Kun`izzjoni Ħamrun. Jien tifel sportiv ħafna, inħobb nilgħab futbol u ngħum. Jien nilgħab fin-nursery ta’ l-Imsida St. Joseph u barra minn hekk inħobb immur nistad mal-papa tiegħi. Jien inżomm mal- Manchester United. L-ikel favorit tiegħi hija l-pizza.

 

Is-sajf li għadda jien mort weekend break fil-hotel  ta’ Kemmuna. Waqt li konna hemmhekk kellna l-opportunita li ngħumu fil-baħar ċar kristall u nadif u li mmorru scuba diving. Kienet esperjenza mill-isbaħ għaliex kelli ċans li nara l-ġmiel li hemm taħt il-baħar. L-iktar ħaġa li laqtitni kienet brama mhux tas-soltu. Kienet brama kbira ħafna li qatt ma kont rajt qabel. Il-familja tiegħi u jien morna ukoll mixja fuq Kemmunet. Jien ħadt gost Kemmuna u mhu se ninsa qatt dinl-esperjenza hekk sabiħa!

      

 

 

29.09.09

                                                                                                                                                                                                                                                                                                            

Mill-pinna ta' Yann Spiteri                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                         

Jien jisimni Yann Spiteri u għandi 6 snin. Milnix ħafna li dħalt ma’ l-abbatini imma ninsab vera kuntent u nkun qed nistenna l-Ġimgħa biex niltaqa ma sħabi l-abbatini.

Fil-familja aħna qegħdin erba’, ommi, missieri, jien u ħija Nyle ta’ sentejn. Għandna kelb ukoll li jien inħobb ħafna jismu Spikey.L-aktar zmien li nħobb u l-Milied u s-Sajf. Fil-Milied nieħu gost noqgħod ngħin lill-ġenituri jarmaw id-dar u fis-Sajf immorru villegjatura l-Għadira u għalhekk ngħum kuljum.

Is-sena l-oħra sifirt mal-familja tiegħi u mal-ħbieb tagħna. Morna Cruise fl-Ewropa u vera ħadna gost specjalment fuq il-vapur. Din is-sena ħa mmorru Euro Disney bħala rigal għax jien u l-ħabiba tiegħi t-tnejn ħa ngħamlu l-Ewwel Tqarbina.

 

20.02.10