PARROCCA SANT' ANDRIJA

375 sena Parrocca 1634 - 2009

Celebrazzjonijiet fl-okkazjoni tat-375 sena anniversarju

30 ta’ Novembru 2008

Open Day fil-kampnari u l-bejt tal-knisja biex jitfakkru t-80 sena tal-qniepen

 

1 ta’ Dicembru 2008

Quddiesa Solenni Pontifikali tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija

  

12 ta’ Dicembru 2008

Kuncert fuq l-orgni, tifkira tal-225 sena mill-Ewwel Konsagrazzjoni tal-Knisja

 

15 ta’ Frar 2009

Pellegrinagg bid-Driegh ta' San Pawl

  

9 - 17 ta’ Mejju 2009

Wirja ta’ opri artistici li nsibu fil-knisja

 

11 - 14 ta’ Mejju 2009

Thejjija ghal Jum il-Parrocca

  

15 ta’ Mejju 2009

Pellegrinagg u Quddiesa Solenni ta’ Jum il-Parrocca

 

24 - 29 ta’ Mejju 2009

Vista Pastorali mill-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P.

 

29 ta’ Gunju – 5 ta’ Lulju 2009

Festa titulari ta’ Sant’ Andrija Appostlu

  

26 - 29 ta’ Novembru 2009

Thejjija ghall-festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija

 

28 ta’ Novembru 2009

Akkademja mill-Kor Parrokkjali, tnehdija ta’ pubblikazzjoni dwar il-Knisja Parrokkjali u Ftuh ta’ Sala b’affarijiet antiki tal-Parrocca

   

30 ta’ Novembru 2009

Quddiesa Solenni tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija, u Pellegrinagg bl-Istatwa ta’ Sant’Andrija

 

Programm Pastorali fl-okkazjoni tat-375 sena Parrocca

 

PROGRAMM

375 SENA TA’ HAL LUQA BHALA PARROCCA

 

Dicembru 2008 – Novembru 2009

 

 

Ghaliex se niccelebraw dan l-anniversarju?

Mill-motto li ghazilna "NGHIX, IMMA MHUX JIEN, IMMA JGHIX FIJA KRISTU” - hsieb li jorbotna anke mas-sena Pawlina, nindunaw li l-mira ta' dan l-anniversarju huwa ta’ tigdid fl-gharfien u l-ghajxien tal-parrocca taghna f’dik li hi relazzjoni ma’ Alla u bejnietna. B’hekk ser nippruvaw nimmotivaw aktar interess fil-hajja li trid issawwar il-parrocca.

 

Se nghixu din l-esperjenza mas-Sena Liturgika – nghixu fil-misteru ta' Gesu’ Kristu innifsu, fid-dawl anke tal-patrun taghna Sant’ Andrija.  Fil-fatt ic-celebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju jibdew it-Tnejn l-1 ta’ Dicembru 2008 u jghalqu it-Tnejn 30 ta' Novembru 2009, Solennita ta' Sant’ Andrija Appostlu.

 

It-trepid ta' din is-sena se jkun:

1.       Niftakru fl-Gheruq - IL-FORMAZZJONI u L-EVAGELIZZAZZJONI

2.       Naghrfu niehdu u naghtu Sahhitna - IL-GUSTIZZJA u D-DJAKONIJA

3.       Niccelebraw il-Hajja Nisranija - IS-SAGRAMENTI u L-LITURGIJA

 

L-iskop hu li:

i.    Insahhu IL-KOMUNJONI u D-DJALOGU bejnietna fi hdan il-Knisja,

ii.   Napprezzaw I|-ZWIEG u L-FAMILJA li jridu jirrifletti l-imhabba ta’ bejn Kristu u l-Knisja, u 

iii.  Ninvolvu aktar persuni, specjalment ADOLEXXENTI u |-ZGHAZAGH b’energija u ideat godda fil-hajja tal-parrocca.

 

Bhala aspetti differenti li ser jimmotivawna tabilhaqq nghixu dan il-motto qed jigu proposti 8 frazijiet zghar minn Kapitlu 12 ta’ l-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani, li ser ikunu prezenti fuq l-altari kollha tal-knisja parrokkjali matul din is-sena.  Flimkien ma’ arrangamenti ta’ fjuri u diversi simboli relatati, ser inkunu qed niffukaw fuqhom matul ix-xhur ta’ din is-sena: 

1. OFFRU GISIMKOM                           

2. THEGGU FL-ISPIRTU

3. AQDU L-MULEJ                    

4. ITOLBU BLA WAQFIEN

5. FITTXU L-UMLI                     

6. AQSMU GIDKOM

7. STABRU FL-HEMM                           

8. ITTAMAW BIL-FERH

_____________________________________________________________________________________________________ 

 

1. NIFTAKRU FL-GHERUQ

– IL-FORMAZZJONI u L-EVAGELIZZAZZJONI –

 

Nibdew infakkru u nghixu dan l-anniversarju propju permezz ta’ celebrazzjoni liturgika (1/12/08) li fiha ser jigu introdotti l-frazijiet li ser jghinnuna matul din is-sena u nuru r-rabta taghna mal-qaddis padrun taghna billi diversi rapprezentanti ta’ kategoriji u ghaqdiet tal-parrocca jgorru simboli relatati ma’ dawn it-temi, jimxu lejn l-altar principali flimkien mar-relikwa merfugha mill-Isqof, u imbaghad iqieghdu dawn l-affarijiet fuq l-altari proprji madwar il-knisja kollha. Ha nkunu qed inwasslu sinjal haj u effettiv tal-mixja taghna bhala Knisja lejn Alla u l-qdusija.

 

1.             Biex inhallu l-Kelma ta' Alla tiffurmana, apparti mill-Quddies u l-Liturgija, ghandna l-Laqghat u l-Irtiri organizzati minn diversi Ghaqdiet u Movimenti parrokkjali:

-  MUSEUM Subien –   Kulhadd                 Kull nhar ta’ Hadd fis-6:30pm

- Azzjoni Kattolika – Fergha Irgiel   Kull nhar ta' Tlieta fis-7:00pm

-  Azzjoni Kattolika – Fergha Nisa  Kull nhar ta’ Erbgha fid-9:00am   

-  Azzjoni Kattolika – Fergha Xebbiet          Kull nhar ta’ Tlieta fil-5:00pm

-  Legjun ta’ Marija – Fergha Irgiel   Kull nhar ta’ Sibt fil-5:00pm (Xitwa)

                                                                                    Kull nhar ta’ Sibt fil-5:30pm (Sajf)

-  Legjun ta’ Marija – Fergha Nisa   Kull nhar ta’ Erbgha fid-9:30am

-  Grupp Koppji Mizzewwga                        Kull hmistax – it-Tlieta – fid-8:15pm

-  Moviment tal-Fokolari                             Kull tieni Hamis tax-xahar fid-9:15am

-  Mixja Neokatekumenali                          Kull nhar ta’ Tlieta, Erbgha u Sibt fit-8:00pm

-  Grupp Karizmatiku                                             Kull nhar ta’ Erbgha fis-7:00pm

-  Luqa Youth Centre (LYC)                        Kull nhar ta’ Gimgha fit-8:30pm

-  Pre-Adolexxenti  – Form 1 u 2                 Kull nhar ta’ Hamis mill-5:15 sas-6:15pm

-  MUSEUM Subien -   Zghar                      Kull nhar ta’ Tnejn u Hamis fil-5:30pm

                                             -  Wara l-Grizma   Kuljum barra l-Erbgha fis-6:30pm

-  Duttrina Bniet                                        Kull nhar ta’ Tlieta u Hamis fl-4:30pm      

-  Abbatini                                                            Kull hmistax – il-Sibt – fl-4:30pm (Xitwa)

                                                                                    Kull hmistax – il-Sibt – fil-5:00pm (Sajf)

-  Girl Guides                                                        Kull nhar ta’ Gimgha mis-6:30 sat-8:00pm

 

2.             Matul is-Sibtijiet ta’ Jannar, id-diversi klassijiet tad-duttrina tal-bniet ser ikollhom sessjonijiet specjali b’mezzi awdjovizivi dwar xi aspetti partikulari tal-Kelma ta’ Alla u l- Katekizmu.

 

3.             L-aspett Pawlin fil-Kelma ta’ Alla ser nghixuh b’mod specjali permezz tal-partecipazzjoni fil-Katekezi fuq l-Ittri Pawlini li ser issir fil-Belt Valletta (8/02/09).

 

4.             Matul ir-Randan, ser ikollna Gimghat ta’ Ezercizzi Spiritwali ghall-Kategoriji kollha tal-parrocca bil-Kelma tal-Mulej bhala c-Centru:

-  Mizzewgin                                             (2-6/03/09)

-  Zghazagh                                              (9-13/03/09)

-  Kulhadd                                                (16-20/03/09)

-  Nisa                                                      (23-27/03/09)

-  Tfal ta’ l-Iskola Primarja  Luqa     (30/3-3/04/09)

 

5.             Biex inhallu l-Kelma ta' Alla tkompli tiffurmana, fil-gimgha ta’ meta twaqqfet il-parrocca u bhala thejjija ghall-Vizta Pastorali ta’ l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P., ser ikollna mumenti ta’ Katekezi.

 

6.             Ghandna l-hsieb li norganizzaw Gita-Pellegrinagg ghall-Art Imqaddsa u hekk zgur li ghal uhud mill-membri tal-parrocca taghna ser tkun opportunita’ tajba biex ninzlu aktar fil-fond fl-gharfien ta’ l-gheruq tal-fidi taghna bhala nsara. 

 

7.             Lejn nofs Settembru jkollna il-Gimgha ta’ Taghlim mill-membri tal-MUSEUM.

 

8.             Mod haj kif il-Kelma ta’ Alla narawha tappella ghal kulhadd specjalement ghaz-zghazagh (16+) ser nippruvaw nghixuha b’mod l-aktar haj peremzz ta’ Esperjenza ta’ hajja, talb u riflessjoni f’Taize'  gewwa Franza. (13-20/09/09)

 

9.             Bhala ghajnuniet halli l-Kelma ta' Alla tkompli takkumpanjana matul is-sena kollha qed nipproponu l-uzu ta’:

-  DVD’s tal-Vangelu Haj (Sena B) – li jistghu jintuzaw fil-laqghat ta’ l-ghaqdiet ecc.;

-  Diversi rivisti, ez. Kliem il-Hajja, li jitqassam minn diversi distributuri; u

-  Diversi ghajnuniet b’sentenzi mill-Kelma ta' Alla jew riflessjonijiet fuqha,

   li jingabru mis-Sagrisitja jew mill-kappella tal-Madonna tal-Ftajjar.

 

 

 

2. NAGHRFU NIEHDU U NAGHTU SAHHITNA

– IL-GUSTIZZJA u D-DJAKONIJA –

 

Jekk irridu li minn dan l-anniversarju jibqa' xi haga, irridu nsarrfu kollox fi mhabba fil-prattika. U dan nixtiequ naghmluh billi nsiru aktar konxji u nghixu aktar l-Opri tal-Hniena:


- Tghallem

- Taghti parir

- Tfarrag

- Tqawwi l-qalb

- Tahfer

- Tiehu pacenzja bl-ohrajn

- Titlob ghall-hajjin u ghall-mejtin

- Titma’ lil min hu bil-guh

- Tisqi lil min hu bi l-ghatx

- Tipprovdi kenn ghal min m’ghandux dar

- Tlibbes lil min hu gheri

- Izzur il-morda

- Izzur il-habsin

- Tidfen lill-mejtin.


 

Apparti li noholqu aktar kuxjenza dwar dawn, bhala parrocca  ser nippruvaw:

1.             Insahhu l-hidma tal-Kummissjoni Djakonija u l-gharfien ahjar ta’ diversi persuni li verament huma fil-bzonn unuraw kif nistghu inkunu ta’ ghajnuna mhux biss fuq livell materjali imma wkoll emotiv u psikologiku.

 

2.             Inheggu aktar il-volontarjat u nippruvaw ninvolvu aktar persuni, fosthom liz-zghazagh, fil-hidma ma’ l-anzjani u l-persuni b'dizabilita’.

 

3.             Ghal kull 30 tax-xahar, il-parrocca bhal taddotta xi wahda mid-djar tat-tfal u adolexxenti. Matul ix-xahar, magenb l-altar tac-Cintura jibda jkun hemm qfief apposta li fihom nistghu inqieghdu xi oggetti ta’ l-ikel biex naghtuhom lil dik id-dar partikolari.

- Dicembru                                Dar tal-Providenza, Siggiewi

- Jannar                                     Ursolini, Sliema

- Frar                                        Ursolini, G’Mangia

- Marzu                         Dar Santa Rita, Ursolini, Tarxien

- April                                        Dar li tigi assenjata mid-Djocesi minhabba Jum il-Karita’

- Mejju                          Dar San Guzepp, Santa Venera

- Gunju                          Dar il-Qalb ta’ Gesu’, Zurrieq

- Lulju                                       Dar Gesu’ Nazarenu, Zejtun

- Awissu                                    Dar Suret il-Bniedem, Gzira

- Settembru                               Residenza Santa Marija, Hal Farrug

- Ottubru                                   Ufficcju Missjunarju

- Novembru                                Dar Merhba Bik, Balzan

 

4.             Minn zmien ghal zmien, grupp mill-parrocca jibda jaghmel zjara lil hutna anzjani fir-residenza, San Vincenz de Paule, kif ukoll lill-morda id-dar jew fl-isptar Mater Dei.

 

5.             Hemm il-hsieb li l-Kappillan/Vici jzuru lil hutna Halluqin li qeghdin fil-facilita’ korrettiva ta' Kordin, kif ukoll lill-familjari taghhom.

 

6.             Il-Kappillan flimkien mal-Kummissjoni Djakonija ser taghmel kuntatt mal-familji li garrbu xi telfa billi tibghatilhom Sympathy Card u tara xi jkollhom bzonn f’mument daqshekk delikat.

 

7.             Waqt li ghaddej ix-xoghol fuq l-estensjoni tac-Cimiterju, li nittamaw jitlesta sa din is-sena, naraw li b’mod indiviwali jkun hemm zjajjar ic-cimiterju li jirriflettu l-atmosfera ta’ gabra u talb. Il-Hinijiet tal-Ftuh tac-Cimiterju huma:

-  Mit-Tnejn sas-Sibt                      3:00pm – 5:00pm 

-  Il-Hadd                                      8:00am – 12:00pm

-  Matul Novembru             8:00am – 5:00pm


 

3. NICCELEBRAW IL-HAJJA NISRANIJA

– IS-SAGRAMENTI u L-LITURGIJA –

 

Ghazilna s-Sena Liturgika biex tul is-sena kollha, flimkien mal-Knisja, ahna nghixu l-misteru tas-salvazzjoni taghna, li jilhaq il-qofol tieghu fit-tlett ijiem imqaddsa ta’ l-Ghid, fejn b’mod specjali, permezz tal-Liturgija li tigi ccelebrata, ser inkunu qed niffukaw fuq il-motto li ghazilna biex jakkumpanajana matul din is-sena Nghix, imma mhux jien, izda jghix fija Kristu” (Gal 2, 20), kif ukoll fuq it-tema pastorali proposta mid-Djocesi Maltija ghal dawn it-3 snin: “U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jiena nigbed il-bnedmin kollha lejja” (Gw 12, 32)

 

Il-bidu ta’ din is-sena pastorali jkun it-Tnejn, 1/12/2008, ezatt l-ghada ta’ l-Ewwel Hadd ta ‘l-Avvent, u jum il-festa liturgika ta’ Sant’ Andrija Appostlu (fit-30 ta’ Novembru 2008 ma nistghux niccelebrawha minhabba li proprju jahbat l-Ewwel Hadd ta’ l-Avvent).  Filwaqt li naghmlu t-Translazzjoni tar-Relikwa ta’ Sant’ Andrija fil-knisja stess lejn l-altar maggur, diversi lajci impenjati fil-hajja u l-ghaqdiet parrokkjali ser ikunu qed igorru diversi sagramentali jew simboli marbutin mal-motto u l-ghixien tieghu. Waqt it-tberik mic-celebrant u mumenti ta’ talb flimkien fil-bidu tal-quddiesa, dawn il-persuni ser iqieghdu dawn l-affarijiet fuq l-altari proprji madwar il-knisja kollha biex jibqghu hemm matul is-sena halli jfakkruna f’xi aspett partikulari tal-hajja parrokkjali, specjalment tal-hajja sagramentali – liema altari, bil-qaddis partikulari tieghu, ser ikun qed jirrapprezentaha.  B’dan inkunu qed inwasslu sinjal haj u effettiv tal-mixja taghna bhala Knisja lejn Alla u l-qdusija.

 

Maghmudija

OFFRU GISIMKOM u AQDU L-MULEJ

 

1.             Il-preparazzjoni ghall-Milied permezz tan-Novena, ser tkun animata mill-ghaqdiet tal-parrocca u ser tkun iffukata fuq l-Ghotja minghand u lil Alla - il-Hajja Naturali li hadna permezz tat-Twelid, u l-Hajja tal-Grazzja li nistghu nghixuha permezz tal-Maghmudija.  

 

2.             Biex niftakru aktar fil-Maghmudija taghna, Il-Hadd, 11 ta' Jannar 2008 – Festa tal-Maghmudija tal-Mulej, kif ukoll matul Hdud partikulari, fil-quddies, f'hinijiet differenti, inbierku l-ilma u waqt l-Istqarrija tal-Fidi jsiru l-weghdiet tal-Maghmudija.

 

3.             Fic-Celebrazzjoni tal-Maghmudija, tinghata lil kull tarbija, il-libsa bajda li tintlibes propju dak il-hin tac-celebrazzjoni u x-xemgha li tinxtghel mill-Blandun u li turi li issa l-persuna hadet id-dawl ta’ Kristu.

 

Ewkaristija

ITOLBU BLA WAQFIEN u AQSMU GIDKOM

 

4.             L-Altar u l-Ewkaristija: ”l-ghajn u l-quccata tal-Knisja”, bla dubju huma l-bazi ta’ l-ghixien ta’ din is-sena pastorali.

 

5.             Diga’ bhala preparazzjoni ghal din is-sena:-

(a)  Estendejna l-hin ta’ l-Adorazzjoni kontinwa fil-kappella tal-Madonna tal-Ftajjar:

-     Mit-Tnejn sas-Sibt mis-7:00am sas-7:00pm

-     Il-Hadd mis-7:00am sa 12:00pm:

 

 

(b)  Ghamilna wkoll promozzjoni ghall-Adorazzjoni komunitajra:-

-     Fil-Knisja Parrokkjali                  Kull Hamis 30 minuta qabel il-quddiesa ta’ filghaxija

-     Fil-Knisja Parrokkjali                  Kull Hadd 15-il minuta qabel il-quddiesa tal-5:30pm

-     Fil-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar  Kull Gimgha fit-3:00pm

-     Fil-Kappella tal-Vitorja, Hal Farrug    Kull Gimgha wara il-quddiesa tas-6:00pm

 

6.             L-Ewwel Gimgha tax-xahar nibdew nghixuh bhala Jum ta’ Sagrificcju ghall-Parrocca taghna u l-Adorazzjoni li ssir fit-3:00pm gewwa l-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar se norbtuha ma’ Kapitlu 12 ta’ l-Ittra lir-Rumani sabiex nidhlu aktar fil-fond ta’ dawn it-temi u nitolbu aktar permezz taghhom.

 

7.             Intejbu u nheggu ghal aktar partecipazzjoni fil-purcissjoni ta’ Korpus u fl-Adorazzjoni solenni (Kwaranturi) li ssir fil-Knisja li tispicca bil-Quddiesa tal-Qalb ta’ Gesu’.

 

8.             Inheggu lill-membri ta’ l-ghaqdiet u lajci mpenjati b’mod partikulari biex jikkommettu ruhhom ghall-adorazzjoni.

 

9.             Inheggu lit-tfal biex ukoll jibdew jaghmlu mumenti ta’ Talb Quddiem Gesu’ Ewkaristija, kemm il-Knisja u kemm fil-Kappella tal-Ftajjar – xi lezzjonijiet jistghu isiru hemm.

 

10.         Il-Quddiesa, bhala s-Sagrament li minnu ahna l-insara niksbu l-ghixien taghna, sabiex tassew Nghix, imma mhux jien, izda jghix fija Kristu” (Gal 2, 20), irriduha tassew tkun il-bazi ta’ din is-sena kemm matul il-gimgha, specjalment il-Hdud u l-Festi:

Hal Luqa

-     Mit-Tnejn sas-Sibt       6:00am, 7:00am, 7:45am, u 6:00pm (xitwa) / 6:30pm (sajf) 

-     Il-Hdud u l-Festi                      6:00am, 7:00am, 8:30am, 10:30am, u 5:30pm

Hal Farrug

-     Mit-Tnejn sal-Gimgha  6:00pm (xitwa) / 6:30pm (sajf)

-     Is-Sibt                                    6:30pm

-     Il-Hdud u l-Festi                      9:30am

Irridu naraw u nahdmu biex ic-celebrazzjonijiet ta’ l-Ewkaristija jkunu tassew riflessjoni u celebrazzjoni tal-hajja u nheggu aktar attendenza u partecipazzjoni, specjalment fl-Avvent u Zmien il-Milied, ir-Randan u Zmien il-Ghid.

 

11.         Matul l-2008 dorna ftit mal-mod kif naghmlu t-Tqarbin tal-Morda.

Hal Luqa, dan isir 3 darbiet f’gimgha:

-          It-Tnejn           AM – Toroq: Rixtellu, Andre Vassallo, Valletta, Hal Saflieni, Gdida,

Tarxien, Mikiel Ang Sapian, Sant’Andrija, Dun Joe M. Camilleri, Wilga, Dun Guzepp Micallef Mitjar

-          It-Tlieta           PM – Toroq: San Pawl, Dokkiena, Parrocca, San Guzepp, San Gorg

Santa Marija, Dun Pawl, Gdida, Guzeppi Penza, Ganni Vassallo,

u Misrah iz-Zghazagh. 

-          Il-Gimgha       PM – Toroq: Pawlu Magri, Papa Innocenz, Karmnu, Wied il-Knejjes,

G. Tragance, Censu Decandia, u Gorg Zahra.

Hal Farrug, dan isir 2 darbtjen f’gimgha:

-     L-Erbgha  PM                                     – Toroq Wied in-Noqor u Hal Farrug

-     Is-Sibt      PM / Il-Hadd  AM     – Toroq Wied in-Noqor u Hal Farrug

 

 

Attwalment ghandna mat-80 persuna li jitqarbuna d-dar, u apparti milli johorgu il-Kappillan u l-Vici, wara laqghat ta’ formazzjoni u preparazzjoni, involvejna aktar Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

 

Irridu naraw kif dan l-impenn inzommuh u nesploraw kif nistghu nikkordinawh ahjar sabiex tassew inkunu ta’ ghajnuna u ragg ta’ ferh ghal dawn in-nies.

 

Rikonciljazzjoni – Qrar

TAHMLUX IL-HAZEN; ZOMMU MAT-TAJJEB

 

12.         Is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni - is-sagrament li bil-grazzja tal-hniena ta’ Alla jaghtina li nergghu insibu lilna nfusna u lil hutna u fejn tassew inkunu nistghu nghixu l-esperjenza: "Bizzejjed ghalik il-grazzja tieghi; ghax il-qawwa tieghi tidher fl-aqwa taghha fejn hemm id-dghajjef." (2 Kor 12:9)

 

13.         Ghal habta tar-Randan, nohorgu Fuljett ta’ Katekezi dwar il-Qrar b’:

- Ghajnuna ta’ kif wiehed ghandu jifhem dan is-Sagrament;

- Ghajnuna ta’ kif wiehed ghandu jersaq lejn dan is-Sagrament;

- Proposti prattici ghal Atti ta’ penitenza.

Inheggu kemm ghall-uzu fuq livell personali u kemm fil-laqghat ta’ l-ghaqdiet.

 

14.         Qabel jew wara l-quddies, is-sacerdoti jkunu disponibbli ghall-qrar fil-knisja, specjalment:-

-  Il-Gimgha AM: mis-7:00am sat-8:15am;

-  Is-Sibt      PM: mill-5:15pm sas-6:15pm (Xitwa);

      PM: mis-5:45pm sas-6:45pm (Sajf);

-  Il-Hadd     PM: mill-5:00pm sas-5:45pm.

Min jixtieq jista’ jaghmel din l-esperjenza tas-sagrament tal-hniena ta' Alla jista’ jitlob ukoll appuntament lis-sacerdoti f’hin aktar konvenjenti ghalih.

 

15.         Nippruvaw ingibu wkoll sacerdot/i disponibbli ghall-qrar fil-knisja lejliet jew nhar okkazjonijiet partikulari:

-  It-Tnejn    1 ta’ Dicembru 2008     Festa Liturgika ta’ S. Andrija       5:00pm

-  L-Erbgha           24 ta’ Dicembru 2008     Lejliet il-Milied                            5:00pm

-  L-Erbgha           31 ta’ Dicembru 2008     Lejliet l-Ewwel tas-Sena              5:00pm

- L-Erbgha            25 ta’ Frar 2009             Ras ir-Randan                            5:00pm

- Il-Gimgha           27 ta’ Marzu 2009                      Ir-Redentur                                            8:30am

5:00pm

-  Il-Hamis              2 ta’ April        2009                 Jum ir-Rikonciljazzjoni                8:15am

- Lejliet id-Duluri -                                   5:00pm

-  Il-Gimgha            3 ta’ April 2009                        Duluri                                                    8:15am

                                                                                                                                                5:00pm

-  Il-Gimgha            5 ta’ Gunju 2009                      Lejliet l-Ewwel Tqarbina              6:00pm

-  Is-Sibt     4 ta’ Lulju 2009                        Lejliet Sant’ Andrija                    9:00am

5:00pm

-  Is-Sibt     3 ta’ Ottubru 2009        Lejliet tar-Ruzarju                                   5:00pm

-  It-Tnejn  30 ta’ Novembru 2009     Festa Liturgika ta’ S. Andrija       5:00pm

 

 

 

16.         Matul is-sena, fiz-zminijiet qawwija tas-Sena Liturgika, se jsiru Celebrazzjonijiet penitenzjali marbuta ma’ dan is-Sagrament sew fl-Iskolal Primarja u sew fic-Centri u tad-Duttrina.

 

Konfermazzjoni – Grizma ta’ l-Isqof

THEGGU FL-ISPIRTU

 

17.         Minkejja li kemm fl-2008 u kemm fl-2009, bhala parrocca mhux ser niccelebraw is-Sagrament tal-Konfermazzjoni, il-Grizma tal-Isqof (minhabba li l-eta’ tal-Grizma issa tiela ghal 12-il sena), dan il-perjodu qed joffrilna opportunita’ li nifhmu ahjar xi jfisser dan is-Sagrament – li ahna bhala nsara, bil-ghajnuna ta’ formazzjoni li l-Knisja taghtina u ta’ l-Ispirtu s-Santu bil-grazzja li ssahhana, nikkonfermaw il-fidi taghna.

U b’mod partikulari dan ser nippruvaw nghixuh billi:

 

18.         Fi Zmien il-Ghid nohorgu Fuljett ta’ Katekezi dwar l-Ispirtu s-Santu u l-fatt li ahna kkonsagrati, b’:

- Ghajnuna ta’ kif wiehed ghandu jifhem dan is-Sagrament;

- Ghajnuna ta’ kif wiehed ghandu jghix dan is-Sagrament;

- Talbiet biex tassew nitheggu fl-Ispirtu.

 

19.         Nifhmu l-Valur u Nghixu l-Vista Pastorali mill-E.T. Mons. Arcisqof Pawl Cremona O.P. fil-parrocca taghna (24-29 ta’ Mejju 2009) – Ara programm dettaljat

-  Thejjija pastorali li Taghlaq bic-Celebrazzjoni ta’ Jum il-Parrocca

   Katekezi – Mumenti ta’ Talb – Zjarat fil-Familji (11-14 ta’ Mejju 2009)

Organizzati mill-Ghaqdiet u jaghtu s-sehem taghhom membri tal-komunitajiet religjuzi u membri tal-ghaqdiet u l-movimenti kkordinati mi-Segreterija Pastorali tad-Djocesi

-    Pellegrinagg u Quddiesa ta’ Jum il-Parrocca (15 ta’ Mejju 2009)    

-    Vista Pastorali mill-E.T. Mons. Arcisqof Pawl Cremona O.P.

 

Hemm zewg skopijiet ghal din il-Vizta.

1.      L-ewwel skop hu li l-Arcisqof:

- ikun prezenti qalb l-operaturi pastorali u l-poplu tal-parrocca

- jismaghhom

- isahhahhom fil-fidi

- jaghtihom inkoraggiment u energija gdida.

 

2.      It-tieni skop hu li ssir:

- evalwazzjoni tal-hidma pastorali tal-parrocca

- u harsa ‘l quddiem lejn il-futur tal-parrocca

- biex tissahhah hidma pastorali integrata fid-dawl tas-Sinodu Djocesan.

 

 

 

Ordni Sagri – Sacerdozju

u Zwieg

FITTXU L-UMLI

 

20.         Is-Sejhat u d-dixxerniment taghhom huma parti importanti hafna mil-hajja nisranija : ahna bhala nsara mhux biss naraw l-inklinazzjonijiet taghna imma irridu naraw lilna nfusna fid-dawl ta’ dak li Alla jrid jurina minn zmien ghal zmien: ”Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ha jsir minni skond kelmtek” (Lq 1:38) u “Aghmlu dak li jgħidilkom hu” (Gw 2:5)

 

21.         Is-sejha tal-Mulej u l-Offerta ta' Konsagrazzjoni fis-Sagrament tal-Ordni Sagri, se niccelebrawha nhar it-Tnejn, 2 ta' Frar 2009. Wara li tingabar lista tas-sacerdoti u religjuzi hajjin kollha li huma jew hadmu fil-parrocca tahna, dawn ser ikunu mistiedna biex jingabru flimkien ghall-quddiesa tal-Kandlora.

 

22.         Matul dik il-gimgha immorru nzuru lil hutna religjuzi fil-monasteri tal-klawsura jew sacerdoti u religjuzi rikoverati d-dar tal-Kleru.

 

23.         Hemm il-hsieb li tintbghat kartolina fl-anniversarju tal-ordinazzjoni jew tal-professjoni. Dan barra ssoltu kuntatt li nzommu bejnietna s-sacerdoti u r-religjuzi, b'ittra maghquda mac-celebrazzjonijiet kbar tas-sena.

 

24.         F'kull celebrazzjoni taz-Zwieg, lill-gharajjes se naghtuhom il-kuruna tar-Ruzarju sabiex fuq l-ezempju u bil-ghajnuna ta’ Ommna Marija nghixu dejjem ta’ qaddejja tal-Mulej / il-Bibbja, il-Kelma ta' Alla li fuqha ghandhom jinbnu l-familja u li fl-istess hin takkumpanjhom matul il-hajja taz-Zwieg Sagrament.

 

25.         Naghtu izjed importanza lill-Konsagrazzjoni tal-Familja, specjalment waqt it-Tberik.

 

26.         Naghtu izjed importanza lit-Talba tar-Ruzarju:

- Kull nhar ta’ Tlieta tax-xhur ta’ Mejju u Ottubru il-membri tal-Legion of Mary jamimaw ir-Ruzarju fit-Toroq.

 

 

Grizma tal-Morda

STABRU FL-HEMM u ITTAMAW BIL-FERH

 

27.         "Hemm xi marid fostkom? Halli dan isejjah lill-presbiteri tal-knisja, biex dawn jitolbu ghalih u jidilkuh biz-zejt f'isem il-Mulej." (Gak 5:14). 

 

28.         Filwaqt li l-morda jinghataw attenzjoni specjali permezz taz-zjarat li jsiru fit-Tqarbin tal-Morda, bhala parrocca norganizzaw celebrazzjoni specjali ghalihom bl-ghoti ta’ dan is-sagrament tal-morda matul il-gimgha tal-festa ta’ Sant’Andrija f’Lulju.

 

29.         Irridu naraw kif dan l-impenn inzommuh u nesploraw kif nistghu nikkordinawh ahjar sabiex tassew inkunu ta’ ghajnuna u ragg ta’ ferh ghal dawn in-nies.

 

 

 

4.  TAJTNA NIBNULEK DAR LI TIDHER

INTI TIBNI IT-TEMPJU TIEGHEK LI HU AHNA

 

Dan kollu jghinna biex insiru aktar konxji li f’Hal Luqa ukoll, "Int tajtna nibnulek dar li tidher, fejn qatt ma tieqaf ixxerred il-grazzji fuq il-familja tieghek fil-mixja taghha lejk; u b'mod tal-ghageb f'din id-dar taghtina hjiel tax-xirka taghna mieghek." (mill-Prefazju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja).

 

1.             Matul dawn l-ahhar snin, ghaddejjin b’restawr kif ghandu jkun ta' din il-Knisja Parrokkjali, id-dar ta’ Alla, sew f’affarijiet ta’ Struttura: Invjar tal-knisja, Koppla gewwa u barra, bejt u saqaf, gallarija ta’ l-orgni, ecc. kif ukoll f’affarijiet li jintuzaw f’Celebrazzjonijiet Liturgici: vestwarju, ecc.

 

2.             Ghalhekk biex napprezzaw aktar dan l-aspett, matul din is-sena, ser ikollna dawn l-attivitajiet:

-      Il-Hadd 30/11/2008:          Sejjahli u Jiena nwiegbek

Open Day fil-kampnari u l-bejt tal-knisja biex jitfakkru t-80 sena tal-qniepen

-     Il-Gimgha 12/12/2008: Adveniat Regnum tuum

   Kuncert fuq l-orgni, li jfakkar il-225 sena mill-

   Konsagrazzjoni ta’ l-Ewwel Knisja u bi thejjija ghall-Milied

-     Mill-Hadd 9-17/5/2009: Wirja ta’ affarijiet storici u artistici marbuta mal-Parrocca.

-     Is-Sibt 28/11/2009 *:                Akkademja mill-Kor Parrokkjali li fiha issir it-tnehdija ta’ pubblikazzjoni dwar il-Knisja Parrokkjali u Ftuh ta’ Sala b’affarijiet antiki tal-Parrocca.

-      It-Tnejn 30/11/2008:   Quddiesa Solenni tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija li fiha hu ippjanat li tigi inawgurata l-pittura u r-restawr shih tal-Koppla.

 

 

 

5. F’DIN ID-DAR TAGHTINA HJIEL TAX-XIRKA TAGHNA MIEGHEK

AHNA GISEM WIEHED FI KRISTU

 

U f’din id-dar tal-gebel, imma hajja permezz tal-prezenza taghna fejn fiha nersqu lejn Alla, Sid il-Hajja, tfakkarna li ”ahna gisem wiehed fi Kristu” (Rum12:5)         

 

1.             Ghalhekk ta' mportanza kbira ser tkun is-solennita’ tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja, li ser niccelebrawha fil-gurnata propja, nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru 2009 (Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja  saret fis-26/09/62 mill-Isqof Mons. Mikiel Gonzi)

 

2.             Aspett iehor importanti huwa s-sehem taghna f’celebrazzjonijiet organizzati mid-Djocesi kif ukoll ghandna l-hsieb li norganizzaw jew nospitaw laqgha ekumenika f’Novembru 2009.

 

3.             Bla dubju fl-ewwel gimgha ta’ Lulju jkollna c-celebrazzjonijiet marbuta mal-festa tal-patrun tal-parrocca, Sant’Andrija Appostlu, li jilhqu l-qofol taghhom il-Hadd, 5 ta’ Lulju.

 

 

 

Mill-bqija huti, timxux max-xejra ta' din id-dinja, izda nbidlu skond it-tigdid ta' fehmietkom, biex isehhilkom taghrfu x'inhi r-rieda ta' Alla, x'inhu t-tajjeb li joghgbu, x'inhu perfett.”  (Rum12:2) halli tassew bhala Parrocca nkunu nistghu nistqarru bil-kliem u l-fatti:

 

 

"NGHIX, IMMA MHUX JIEN, IMMA JGHIX FIJA KRISTU” (Gal 2, 20)

 

 

Dun Karm Camilleri – Kappillan

Dun David Farrugia – Vici

Kunsill Pastorali Parrokkjali

Kumitat 375 Parrocca