PARROCCA SANT' ANDRIJA

375 sena Parrocca 1634 - 2009

Nimxu lejn 375 sena Parrocca

Niftakru fl-Gheruq

Nhar il-15 ta’ Mejju tas-sena d-diehla, jigifieri l-2009, il-parrocca taghna ser taghlaq 375 sena.  Dan ifisser illi l-gheruq tal-hajja nisranija f’dan ir-rahal taghna ilhom imqabbdin ghal dan iz-zmien kollu.  Il-komunita’ parrokkjali taghna inbniet bil-mod il-mod fit-taghlim ta’ l-Evangelju, fis-Sagramenti, fil-valuri nsara, imma fuq kollox fil-prezenza ta’ Gesu’ Kristu haj. Kien fl-1634 meta Hal Luqa, li kien ghadu jaghmel parti mill-parrocca ta’ Bir Miftuh, meta r-residenti ta’ Hal Luqa raw it-talba taghhom tigi accettata minn Ruma u mill-Isqof flimkien ma’ l-awtoritajiet tal-knisja, biex l-lokalita’ taghhom tigi rikonoxxuta bhala parrocca awtonoma u tibda tfendi ghal rasha, b’Kappillan u xi sacerdoti li jservuhom fil-htigijiet spirtitwali taghhom sabiex jikbru bhala wlied Alla.  Bla dubju dan kien jirrikjedi att ta’ fiducja f’Alla, u kuragg u sagrificcju kbir, l-aktar meta nafu li missierijietna kienu bdiewa li l-faqar ma kienx daqstant xi holma ghalihom, imma pjuttost il-hajja ta’ kuljum taghhom.

 

Naghrfu niehdu u naghtu Sahhitna

U meta xi haga taghmilha mill-qalb, tinduna ghax donnu ma jkunx hemm kwiet u dejjem tibda tara kif tkabbar, tirranga u ssebbah.  U hekk gara ghax aktar ma beda jghaddi z-zmien, aktar il-knisja kien jehtiegilha alterazzjoni u tkabbir, u bla dubju maz-zmien dan beda jissarraf f’tisbieh, anke minhabba l-fatt li Hal Luqa dejjem ipproduca nies ta’ certu kultura, arti u sengha, specjalment fil-bini.  Difatti l-opri l-antiki li ghadhom jezistu u l-knisja parrokkjali kif inhi llum tabilhaqq huma xhieda ta’ dan, u fuq kollox ta’ fidi f’Alla l-Imbierek u Qima lejn Sant’ Andrija.

 

Niccelebraw il-Hajja Nisranija

Bla dubju, ahna nirringrazzjaw lil Alla ta’ dan iz-zmien kollu li l-parrocca taghna ilha tezisti u ejjew naghmlu din is-sena li gejja sena li fiha, l-ewwel u qabel kollox niggeddu fil-fidi taghna f’Alla, fil-qima lejn il-qaddis patrun taghna, u fil-hajja ta’ bejnietna.  Ejjew nippreparaw biex niccelebraw kif jixraq, fuq kollox b’mod Pastorali, dan iz-zmien u relazzjoni f’hajjitna, li nittamaw ukoll li jkun apprezzat minn ta’ warajna!  U nittamaw li dak li jigi apprezzat minna u minn ta’ warajna ma jkunx sempliciment x’ser isir, imma ghaliex u ghal min qed isir!

 

W. Rev. Dun Karm Camilleri